Illum previous editions

ILLUM 27 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 illum • IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 aħbarijiet Kważi 20% inkwetati bil-korruzzjoni, 12.7% bl-għoli tal-ħajja u 11% bil-Covid-19 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Meta l-gazzetta ILLUM staqsiet x'inhi l-aktar ħaġa li qed tħasseb lin-nies bħalissa l-ebda kwistjoni waħda ma ssemmiet minn maġġoranza assoluta. Minkejja dan, f 'sondaġġ xjentifiku magħmul minn POLAR għall-gazzetta ILLUM, l-aktar kwistjoni li ssemmiet kienet il-korruzzjoni, b'20% tal- parteċipanti jsemmu din bħala l-aktar ħaġa li qed tinkwetahom bħalissa. Warajha b'12.7% tissemma' l-għoli tal-ħajja u warajha bi 11% tal-parteċipanti, tiġi l-Covid-19. Dawn it-tliet kwistjonijiet jirrapreżentaw ukoll fost l-aktar li qed jiġu diskussa politikament u li għaddew jew għaddejjin minnhom in-nies, speċjalment il-fenomenu tal-għoli tal-ħajja - riżultat ta' żieda fil-prezzijiet tat-trasport, taċ-ċereali, ġwież u anke l-prezzijiet tal-enerġija. Il-pandemija wkoll, minkejja li kkalmat xi it baqgħet kwistjoni fuq moħħ ħafna nies, speċjalment dawk li għadhom qed ibatu il- konsegwenzi ta' restrizzjonijiet. Il-Korruzzjoni: 45% tan- Nazzjonalisti mħassbin, imma 3.8% biss tal-Laburisti jħossu li din problema Id-differenzi f 'dak li jirrigwarda korruzzjoni, ma jistgħux ikunu aktar ċari milli huma f 'termini ta' alleanza politika. Fil-fatt minn dawk li se jivvutaw lill- Partit Nazzjonalista huma xejn inqas minn 44.9% li qalu illi l-korruzzjoni hija l-akbar tħassib tagħhom bħalissa. Minn naħa l-oħra iżda kienu biss 3.8% ta' dawk li se jivvutaw Labour li qalu l-istess - differenza enormi li tirrifletti n-narrattiva politika tal- PN u l-PL f 'dawn l-aħħar snin. Fost dawk li sa issa qed jgħidu li ma jivvutawx 12.8% semmew il-korruzzjoni, filwaqt iżda li 18.8% semmew l-għoli tal-ħajja bħala l-akbar tħassib tagħhom. Minn dawk li qed jgħidu li ma jivvutawx huma 3.9% biss li jsemmu l-Covid-19 filwaqt 17% isemmu l-problema tat-traffiku, eku wkoll tat-traffiku kbir li rajna wara inċident fi Triq Aldo Moro l-ġimgħa l-oħra. Fost dawk li għadhom indeċiżi fuq kif se jivvutaw 12.6% semmew il-korruzzjoni bħala l-akbar tħassib tagħhom. L-akbar inkwiet fost dawn iżda hija l-Covid-19 li tissemma minn 19.8% ta' dawk kollha li ma jafux kif se jivvutaw. Kważi 14% semmew l-għoli tal- ħajja. Il-korruzzjoni hija l-akbar inwkiet ta' dawk li jgħixu fl- inħawi ta' Ħal Balzan, Ħal Lija, Ħ'Attard, Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat u postijiet oħrajn - jiġifieri fir- reġjun tal-Punent ta' Malta - fejn 34.8% esprimew dan it-tħassib. L-inqas li huma mħassbin dwar il-korruzzjoni huma dawk li jgħixu f 'Birżebbuġa, il-Gudja, Ħal Għaxaq, iż-Żejtun, iż-Żurrieq u Marsaxlokk u postijiet oħrajn - jiġifieri r-reġjun tax-Xlokk. Hawnhekk huma b'kollox 10.5% biss li semmew il-korruzzjoni bħala l-akbar tħassib. L-akbar tħassib hawn huwa t-traffiku u t-toroq bi 18%. It-tieni l-akbar tħassib b'24.5% kien espress fit-Tramuntana ta' Malta - li jinkludu l-Mellieħa, l-Imġarr u San Pawl il-Baħar - fejn 17.3% mill-ġdid semmew it- traffiku. It-tieni l-inqas żona fejn issemmiet il-korruzzjoni kien in-nofsinhar tal-Port, li jinkludi l-Kottonera, Ħaż Żabbar, il-Marsa u l-Fgura - fejn 16.2% semmew il-korruzzjoni bħala l-akbar problema li qed jiffaċċja l-pajjiż bħalissa. F'termini ta' livell edukattiv, dawk b'livell primarju huma l-inqas li jsemmu l-korruzzjoni bħala l-akbar tħassib b'9.9% biss, filwaqt li 27.4% ta' dawk b'livell edukattiv terzjarju jsemmu l-korruzzjoni bħala l-akbar problema. L-Għawdxin l-inqas li qed iħossu l-għoli tal-ħajja u dawk b'livell primarju l-aktar li jħossuha Intant fuq l-għoli tal-ħajja l-inqas li semmew din bħala problema kienu l-Għawdxin b'5%, filwaqt illi l-aktar li jsemmu din il- problema, mill-ġdid huma dawk fil-Punent ta' Malta b'19.9%. Kienu b'kollox 8.6% tal- Laburisti li semmew din bħala l-akbar problema u tħassib filwaqt li kienu 15.1% tal-votanti Nazzjonalisti li semmew l-għoli tal-ħajja bħala problema. Naturalment, kif wieħed jistenna, l-aktar li qed tinħass l-għoli tal-ħajja hija fost dawk li għandhom livell primarju ta' edukazzjoni, fejn ġeneralment ser issib l-aktar nies li għandhom l-aktar pagi baxxi u dipendenza ogħla fuq is-servizzi soċjali. Huma b'kollox 17% ta' dawk b'dan il-livell ta' edukazzjoni li semmew l-għoli tal-ħajja, filwaqt li kienu biss 9.1% ta' dawk b'edukazzjoni terzjarja li jemmnu li din hija l-akbar problema tal-pajjiż bħalissa. U finalment l-Għawdxin huma l-aktar inkwetati bil-Covid-19 b'30.7% filwaqt li dawk fix-xlokk tal-pajjiż huma l-inqas inkwetati. L-aktar inkwetati huma dawk b'livell edukattiv primarju (20.4%) u l-inqas dawk b'livell edukattiv terzjarju (5.3%). U l-votanti l-ġodda x'jaħsbu? U finalment ħarsa lejn il-votanti l-ġodda, jiġifieri dawk bejn is-16 u s-17-il sena, illi l-aktar li jsemmu bħala problema hija t-traffiku u t-toroq b'22.3% u wara jsemmu l-korruzzjoni b'20.2%, 10.2% isemmu l-kostruzzjoni u 9.2% l-għoli tal-ħajja. Interessanti wieħed jinnota illi fl-aħħar jum ta' dan is-sondaġġ li baqa' għaddej sal-bieraħ filgħodu fost 21.7% li semmew kwistjonijiet oħrajn, kien hemm numru ta' nies li bdew isemmu l-gwerra, kwistjoni li ma kinitx qed tiġri f 'ħafna mill-ġranet illi fihom sar dan is-sondaġġ. Korruzzjoni Għoli tal-ħajja Covid-19 Tra ku/toroq Kostruzzjoni 19.8% 12.7% 11% 9.9% 7.7% X'qed jinkwetak l-aktar bħalissa?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 February 2022