Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663
04 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 • illum PROPRJETÀ: GĦALL-KAMRA TAL- KUMMERĊ MHUX IĊ- ĊIFRI L-IMPORTANTI IMMA LI 'MA NINSEWX DAK LI JAGĦMEL MALTA, IL-PROPJU MALTA' MARIANNA CALLEJA Marthese Portelli, is-CEO tal-Kamra tal-Kummerċ ġiet mistqosija mill-gazzetta ILLUM rigward l-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), fejn lil hinn min-numri u ċ-ċifri, Portelli saħqet li l-importanti jibqa' li f 'industrija daqshekk mexxejja, "ma ninsewx dak li jagħmel Malta, il-propju Malta." Imma għaliex il-Kamra tal- Kummerċ tibqa' tagħfas fuq dan is-suġġett u saħansitra tgħid li qed mhu isir biżżejjed? 'Dak li jiddistingwina minn pajjiżi oħrajn importanti li jittejjeb u mhux jintilef jew jinqered' Mistoqsija mill-ILLUM x'inhuma l-ħsibijiet tal-Kamra tal-Kummerċ dwar l-andament tax-xogħol f 'termini ta' bejgħ ta' propjetà, Marthese Portelli qalet li għalkemm iż-żieda hi tajba, mhux hi l-iktar ħaġa importanti. L-aħħar ċifri mill-NSO juru li f 'Jannar ta' din is-sena, in-numru ta' kuntratti ta' bejgħ relatati ma' proprjetà residenzjali ammontaw għal 1,114. Dan ifisser li dan ix- xahar ra żieda ta' 10.4% fil-bejgħ tal-proprjetajiet residenzjali ikkumparat ma' Jannar tal-2021 (1,009). "Wieħed għandu jara wkoll illi din l-industrija, bħal kull industrija oħra, tkun qed topera b'mod illi Malta, l-prodott Malti, u dak li jiddistingwina minn pajjiżi oħrajn jitjieb, u mhux jintilef,' qalet Portelli. Spjegat kif il-Kamra tal- Kummerċ dejjem emmnet li industrija għandha ssaħħaħ lill- oħra, f 'dan il-każ kif l-industrija tal-kostruzzjoni għandha tikkumplimenta anzi ssaħħaħ l-industrija tat-Turiżmu. Hawn fejn wieħed jistaqsi, kif jista' jkun? Hija semmiet l-importanza tal-estetika ta' proprjetà u l-istil. Iddeskriviet kif il-karatteristiċi ikoniċi fuq il-faċċati tipiċi Maltin fil-qalba tar-raħal huma dawk il-fatturi li jiġbdu l-attenzjoni ta' ħafna turisti. Huma l-bibien strambi ta' kull lewn u l-gallariji tal-injam magħluqa b'xi salib ta' Malta imnaqqax, li jsibu ruħhom fuq ir-riklami u l-postcards. Hija l-ġebla tal-franka, il-ġebla Maltija, li l-Unjoni Internazzjoni għax- Xjenzi Ġeoloġiċi tqis bħala waħda mill-15-il formazzjoni ġeoloġika madwar id-dinja li jistħoqilha għarfien bħala riżorsa ta' wirt dinji. Huwa dan kollu li jwassal lit-turisti jagħżlu lil Malta bħala d-destinazzjoni tagħhom. Huwa dan kollu li jagħmel l-investiment fi proprjetà, profittabbli u fl-aħħar minn l-aħħar isaħħaħ l-industriji oħra. Fl-aħħar snin ġew diskussi proprjetajiet bi stil u arkitettura tipika u tradizzjonali Maltija. Fil- fatt fil-Baġit tal-2021 għall-2022, djar ġodda fuq dan l-istil hekk imsejjaħ Malti tneħħiet minn fuqhom it-taxxa tal-Capital Gains u t-taxxa tal-boll b'mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà. L-istess miżura ġiet mfakkra mill-Partit Laburista nhar il- Erbgħa li għadda ġewwa r-Rialto. 'Mhux kull dar residenzjali tista' tinqaleb kummerċjali u allaħares' Lura għaċ-ċifri tal-NSO, li jgħidu illi x-xerrejja potenzjali individwali ammontaw għal 548, jew 82.5%, filwaqt li l-bqija kienu jinvolvu kumpaniji. Mistoqsija dwar dan, Portelli tgħid li allaħares ma kienx hekk. Hija sostniet li kien ikun ferm inkwetanti li kieku kellu jkun bil- kontra ghax dan kien ikun ifisser illi żoni residenzjali kienu lkoll qegħdin jiġu mmarkati biex isiru kummerċjali, u jkompli jinqered il-karattru Malti u Għawdxi. Huwa għalHekk li mhux kull dar li sservi bħala residenza tista' tinqaleb kummerċjali. Spjegat li kumpanija ġeneralment tagħżel li topera minn ġo żoni meqjusa kummerċjali u dan m'għandux jinbidel. Għaldaqstant hemm kumpaniji li jkunu xtraw bl-iskop li jibnu residential units u hawnhekk importanti illi l-iżvilupp li jsir ikun tali li jirrispetta l-pajsaġġ u l-kultura rispettiva tal-lokal. L-ogħla numru ta' atti finali ta' bejgħ kienu rreġistrati fir-reġjun ta' Għawdex, għaliex? Ma kinitx sorpriża għall-Kamra tal-Kummerċ li l-ogħla numru ta' atti finali ta' bejgħ kienu rreġistrati fir-reġjun ta' Għawdex. Portelli qalet lill-ILLUM li dan ma seħħx b'kumbinazzjoni iżda minħabba żewġ fatturi ewlenin. "L-ewwel wieħed hu l-fatt illi, prezz bi prezz, l-proprjeta' ġewwa Ghawdex għadha relattivament irħas minn dik f 'żoni oħrajn f 'Malta," bdiet tgħid Marthese Portelli. Tajjeb ngħidu li fuq l-istess linja ta' ħsieb, il-ġimgħa l-oħra mal-gazzetta tkellem aġent tal- proprjetà. Meta l-ILLUM daret fuq Dorian Grech, Branch Manager tal-Aġenzija Remax dwar għaliex Għawdex jibqa' wieħed mill- favoriti, anke mal-Maltin, huwa wieġeb li l-fatt li Għawdex għadu maqtugħ minn Malta, tikkawża roħs konsidorevoli fil-prezzijiet tal-proprjetà. It-tieni fattur li ssemmi Portelli hu illi numru ta' nies, l-aktar il- Maltin jaraw lil Għawdex bħala destinazzjoni għal btala qasira jew għal it mistrieħ. Għalhekk jagħżlu li jixtru l-proprjeta' għall- użu personali u anke biex jikruha lil terzi persuni meta ma tkunx qed tintuża minnhom. Mistoqsija jekk il-Kamra tal- Kummerċ għandhiex indikazzjoni jekk dawn inxtrawx minn Maltin jew inkella minn Għawdxin stess, Portelli tgħid li minn informazzjoni illi ġabru minn operaturi fis-settur jidher illi l-bejgh ma sarx esklussivament mal-Għawdxin iżda kien hemm ukoll numru ta' Maltin li xtraw f 'Għawdex. Nhar il-Ħadd li għadda, il- gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li urew kif anke fi żminijiet ta' inċertezza, ħafna Maltin jibqgħu jinvestu fil-proprjetà. B'kollox f 'Jannar saru 1,114-il kuntratt li flimkien ilaħqu l-valur ta' €232.5 miljun. Bejgħ qed jiżdied u dan huwa tajjeb imma l-Kamra tal-Kummerċ tinsisti li aħjar niffukaw fuq il-kwalità. L-ILLUM titkellem ma' Marthese Portelli, is-CEO tal-Kamra tal-Kummerċ Marthese Portelli, CEO tal-Kamra tal-Kummerċ