Illum previous editions

ILLUM 27 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 • illum 'Illum Għawdex mutur ekonomiku u mhux mażra m'għonq Malta' – Clint Camilleri Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, dwar dak kollu li jaħseb li sar tajjeb u li għad baqalu jsir fil-gżira ta' Għawdex. Mistoqsi x'qiegħed jagħmel il-Gvern biex l-Għawdxin ikollhom l-istess opportunitajiet daqs il-Maltin, il-Ministru Clint Camilleri sostna li l-għajta tal- Gvern għal Għawdex kienet propju l-impjiegi. Madankollu huwa saħaq li l-Gvern ma stenniex li x-xogħol jinħoloq waħdu mingħajr ebda' tip ta' inċentiva b'mod partikolari fis-settur privat. Fost dawn l-inċentivi, Camilleri semma l-Gozo Employment Scheme. B'din l-iskema, kumpaniji jew persuni li jaħdmu għal rashom u jimpjegaw numru ta' ħaddiema magħhom jibbenefikaw minn għajnuna fiskali fuq l-ewwel tliet snin tal-impjieg. L-istess skema tapplika wkoll għall-kumpaniji li diġà huma bbażati ġewwa Malta iżda jiddeċiedu li jmexxu parti mill-operat tagħhom ġewwa Għawdex. Camilleri saħaq li tul dawn l-aħħar sentejn, minn din l-iskema ibbenefikaw madwar 500 ruħ. Camilleri stqarr li s-sitwazzjoni ekonomika t'Għawdex illum tinħass aħjar tant li,"illum għandek Għawdex attiv, Għawdex mutur ekonomiku u Għawdex li m'għadux jitqies bħala mażra mal- gżira ta' Malta," saħaq Camilleri. 'Qed issir konsultazzjoni għall-ewwel ajruport reġonali f 'Għawdex' Fejn jidħlu l-pjanijiet għall- konnettività għal Għawdex, saħaq li din hija waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern għal din il-Gżira. Fl-istess waqt jgħid li ser jagħti serħan il-moħħ lil dawk kollha li jaħdmu, għandhom kumpanija jew jixtiequ li jinvestu fis-settur diġitali ġewwa Għawdex. Dan għaliex jistgħu jagħmlu dan mingħajr biża' li jekk ikun hemm ħsara fil- fibre optic cable se jaqgħu offline u jfisser li n-negozju tagħhom ma jkunx jista' jopera. Huwa kompla jispjega kif madwar sentejn ilu Għawdex ġie ntrodott fibre optic cable ieħor. Dan huwa it-tieni wieħed għal gżira ta' Għawdex u għalhekk dan ukoll jagħti konnettività diġitali aħjar għal Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex dawwar is-suġġett fuq il- konnettività permezz tal-ajru. Camilleri jgħid li forsi meta wieħed jisma' bl-ajruport mal- ewwel jiġih f 'moħħu ammont ta' art agrikola li se tkun qed tinqered biex ikun jista' jsir żvilupp għal runway. "Mill-pjanijiet li għandna u anke mid-diskussjonijiet li għamilna b'mod intern qed naħsbu li din l-istess runway tkun żviluppata fil-post eżistenti li llum għandna l-heliport," qal il-Ministru. 'Għawdex tista' tkun gżira li tattira niċeċ partikolari ta' turiżmu' Huwa qal li nofs l-ekonomija f 'Għawdex hija bbażata fuq it- turiżmu, kemm estern kif ukoll intern. Għalhekk huwa sostna li Għawdex tista' tkun gżira li tattira ċertu niċeċ fosthom it-turiżmu sportiv. Din hija r-raġuni għaliex bħalissa il-Gvern għaddej bil- kostruzzjoni taċ-ċentru akwatiku u sportiv, li ser ikun ta' livell internazzjonali, biex apparti li jgawdu minnu n-nies tal-lokal, il- klabbs u kull min iħobb l-isport, jista' jkun ċentru li jattira turiżmu speċifiku. Huwa fakkar li it xhur ilu, il-Ministeru t'Għawdex tefa' n-nomina sabiex fl-2031, Għawdex ikollha l-opportunità tieħu wkoll it-titlu tal-Gżira Kulturali Ewropea. Dan ifisser li d'dawn l-10 snin li ġejjin, se tkun opportunità sabiex Għawdex jkabbar il-valuri u l-inizjattivi kulturali u dak kollu li għandu x'jaqsam ma' kultura biex inkunu nistgħu noffru prodott aħjar. 'F'Malta rajna progress infrastrutturali… f 'Għawdex le' Huwa insista li l-gżira għandha ħafna x'toffri iżda jemmen li għad baqa' ħafna xi jsir mill-att ta' żvilupp biex bħala pajjiż ikollha prodott tal-ogħla livell. Il-Ministru jemmen li kien hemm perjodu, anke mill-Gvern preċedenti li ma kienx hemm investimenti biżżejjed fejn tidħol l-infrastruttura. Għaldaqstant Camilleri sostna li fl-aħħar sentejn il-Gvern għamel sforz qawwi wkoll il-kostruzzjoni ta' diversi toroq residenzjali imma anke wkoll toroq arterjali. 'L-estetika ta' bini li ma jaqbilx mal-madwar qed idejjaq lin-nies' Lejn l-aħħar ta' din l-intervista, Camilleri jammetti li huwa jħoss li l-aktar kwistjoni li qed iddejjaq lill-Għawdxin huwa l-fatt li l-estitka ta' ċertu bini ġdid mhux jaqbel mal-bini diġa eżistenti. Intant huwa kkjarifika li meta wieħed iħares lejn kif għandu jsir l-iżvilupp żgur li l-iżvilupp għandu jieħu ħsieb l-affarjiet bażiċi, l-aspetti astetiċi tal- iżvilupp u kif jidru t-toroq tal- madwar. Saħaq li bidla sempliċi fejn jidħlu l-materjali jistgħu jħallu effett biex l-iżvilupp ikompli jsir iżda jkun qiegħed jagħmel sens fil-lokalità. Bħala eżempju huwa semma l-użu tal-ġebla maltija minflok materjali li jintużaw fil- preżent. Tenna li jekk wieħed imbagħad iħares lejn aspetti oħra fejn għandu x'jaqsam l-ambjent, il- Gvern qiegħed ukoll jagħmel il- parti tiegħu. Fl-aħħar huwa jgħid li bħala Ministru jemmen li l-ambjent u l-iżvilupp iridu jimxu id f 'id. "Naħseb li d-direzzjoni qbadniha pero irridu nkomplu nagħfsu fuqha biex naraw li l-iżvilupp ikun wieħed verament sostenibbli," temm jgħid il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 February 2022