Illum previous editions

ILLUM 27 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 • illum 'Inqas taxxi, tramm u studju dwar ġimgħa b'erbat ijiem YENDRICK CIOFFI Nhar il-Ħamis li għadda, il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, approva l-Manifest Elettorali bit-tema 'Viżjoni għal Malta 2030." Fil-fatt, aktar milli programm elettorali għal-leġiżlatura li jmiss, dan jispjega l-viżjoni fit-tul li l-Partit Nazzjonalista għandu għall-pajjiż. B'kollox, il-Partit Nazzjonalista ppreżenta xejn inqas minn 542 proposta. F'dawn iż-żewġ paġni, il-gazzetta ILLUM għażlet uħud mill-aktar proposti li jispikkaw u li jafu jinteressaw lilek il-qarrej Int, Bernard u l-but; X'qed iwiegħdek? • Mill-paga minima għal-Living Income. Il-PN jipproponi l-introduzzjoni ta' dan il-kunċett biex ikun stabbilit id-dħul nett li familja jkollha bżonn biex tgħix ħajja diċenti • Spiċċajt bla xogħol? L-ewwel tnax-il xahar wara li tispiċċa bla xogħol tirċievi benefiċċju ekwivalenti għall-paga minima sabiex titħarreġ u ssib impjieg li jrendi • Il-pensjoni minima nazzjonali togħla daqs il-paga minima nazzjoni u jiġu indirizzati l-inġustizzji b'rabta mal-Pensjoni tas-Servizz • Ir-romol jibqgħu jkunu intitolati għal pensjoni sħiħa • Għotja addizzjonali ta' darba ta' €1,000 lill-ġenituri għal kull twelid. Dan japplika wkoll b'lura għal dawk il-ġenituri li twelldulhom it-tfal mill-1 ta' Jannar 2017 'l hawn. • Żieda ta' €150 fiċ-Childrens Allowance. Familji bi dħul taħt it-€12,000 jirċievu żieda ta' €250 • Żieda ta' €1,000 fid-Disability Childrens Allowance • Żieda ta' €1,500 fil-Foster Carer Allowance • Rifużjoni lil kull persuna li mill-2013 'l hawn 'insterqet' mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma • Traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma billi l-Gvern itemm il-kuntratt attwali tal-Electrogas. Tnaqqis ta' 50% fl-ispiża tal-arloġġi tal-elettriku u tal-ilma lill- pensjonanti • Taqla' inqas minn €20,000? Tingħata kreditu ta' taxxa ta' 10% fuq l-ammont tat-taxxa mħallas fis- sena ta' qabel • Taqla' bejn €20,000 u €40,000? Tingħata kreditu ta' taxxa ta' 5% fuq l-ammont tat-taxxa mħallas fis-sena ta' qabel • Taqla' bejn €40,001 u €60,000? Tingħata kreditu ta' taxxa ta' 3% fuq l-ammont tat-taxxa mħallas fis-sena ta' qabel • Taqla' sa €80,000? Ir-rata tat-taxxa tiegħek tkun ta' 25% • Fuq medda ta' ħames snin, l-ogħla rata ta' taxxa titniżżel għal 25% kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-persuni • Allowance lill-frontliners kollha: ħaddiema tas- saħħa, dawk f 'oqsma soċjali, edukaturi u ħaddiema tal-korpi dixxiplinati • €1,000 għotja lin-nisa li jkollhom it-tfal u jerġgħu jidħlu jaħdmu u ma jħallsux jew iħallsu ammont żħir ta' taxxa Int, Bernard u l-akkomodazzjoni; X'qed iwiegħdek? • Għal proprjetajiet residenzjali lesti, bi prezz sa €120,000, il-bejjiegħa ma jħallsux taxxa fuq il-qligħ kapitali u x-xerrejja ma jħallsux it-taxxa tal-boll u jingħata sussidju għall-imgħax fuq is-self • Familji żgħażagħ li ma jkunux jistgħu jħallsu d-depożitu tal-10%, jingħataw għajnuna ta' self mil- Gvern sa massimu ta' €20,000, li jitħallas lura fuq perjodu massimu ta' 30 sena • L-inċentiv tal-first-time-buyers isir permanenti bl- ammont li fuqu ma titħallasx bolla jkun ta' €400,000 • Persuni li jiddivorzjaw jew jisseparaw u jkollhom bżonn jixtru proprjetà residenzjali jiġu meqjusin first-time-buyers. • Anzjani li jbiegħu l-proprjetà biex imorru jgħixu fi proprjetà iżgħar, ma jħallsux bolla fuq l-ewwel €300,000 • Żgħażagħ taħt it-25 sena li jkunu qed jixtru għall- ewwel darba, jingħataw sussidju sa 2% tal-imgħax fuq is-self sa €250,000 għall-ewwel ħames snin tas- self • Rifużjoni tal-VAT sa €3,000 fis-sena lil dawk is- sidien li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija permezz ta' installazzjonijiet fid-djar u l-postijiet tagħhom. Ir-refużjoni titla' għal €6,000 fil-każ ta' familji li jinkludu pensjonant/a jew persuna b'diżabbilità Int, Bernard u l-kirjiet; X'qed iwiegħdek? • Persuni li jikkwalifikaw għas-sussidju tal-kera ta' qabel l-1 ta' Ġunju 1995 (sakemm min japplika ma jaqlax aktar minn €40,000), jingħataw għajnuna stabbilita fil-liġi b'mod temporanju, tapered fuq medda ta' tliet snin, biex l-inkwilini jaġġustaw għall- kera l-ġdida • Inċentivi lis-sidien li jikru biex iżommu rati raġjonevoli u aktar fit-tul: • Dħul minn kirjiet ta' inqas minn €300 fix-xahar ikunu eżenti mit-taxxa fuq il-kera • Dħul minn kirjiet ta' bejn €301 u €600 fix- xahar jiġu ntaxxati 7.5% fuq il-kera • Dħul minn kirjiet ta' aktar minn €600 fix-xahar jiġu intaxxati 15% fuq il-kera • Kirjiet li jsiru għal skopijiet ta' akkomodazzjoni soċjali (mal-Awtorità), jkunu eżenti mit-taxxa Int, Bernard u saħħtek; X'qed iwiegħdek? • Jintemm il-ehim tal-privatizzazzjoni ma' Steward Healthcare. Il-flus iffrankati jkunu investiti fi proġetti li jtejbu l-faċilitajiet tas-saħħa speċjalizzati • Tabib tal-familja b'xejn lill- pensjonanti kollha • Continuous Glucose Monitors lill-pazjenti dijabetiċi tat-tip 1 kollha u jingħataw l-istrippi ta' monitoraġġ b'xejn • €180 fix-xahar għall- pazjenti celiac biex jixtru prodotti speċjali li huma kostretti jixtru • Jingħalaq Mount Carmel u jinbena sptar ġdid, viċin Mater Dei • Dawk kollha eliġibbli għas-servizz tal-IVF ikollhom l-ispejjeż kollha koperti, inkluż it-trattament, il- faċilitajiet, il-konsultazzjonijiet u l-mediċini • Tax rebates ta' 100% tal-ispiża lil dawk il-professjonisti kollha li jkomplu jitħarrġu u jispeċjalizzaw fl- oqsma tas- s a ħ ħ a Il-gazzetta ILLUM tagħżel uħud mill-aktar proposti li jispikkaw mill-progamm elettorali li l-Partit Nazzjonalista approva u ppubblika fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 February 2022