Illum previous editions

ILLUM 27 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 ijiem xogħol' – X'se jagħmel il-PN jekk jitla' fil-Gvern? tagħhom • kollha b'xejn għall-pensjonanti • ta' ċentri tas-saħħa speċjalizzati, fosthom għad- dijabete u mard tal-qalb Int, Bernard u n-negozju; X'qed iwiegħdek? • Il-VAT għar-ristoranti u l-barijiet jonqos għal 7% • Negozji u self-employed b'fatturat sa €60,000 ma jkunux meħtieġa jitolbu l-VAT jew rifużjoni tal-VAT • Skemi ta' inċentivi għal dawk l-intrapriżi li jipparteċipaw fi proġett nazzjonali dwar ġimgħa xogħol mifruxa fuq erbat ijiem • Skema ta' darba ta' tax credit ta' 50% biex lukandi ta' tlieta, erba' u ħames stilel ikunu jistgħu jagħmlu investiment biex itejbu l-faċilitajiet tagħhom Il-PN qed jipproponi numri ta' inċentivi għal dawk in-negozji li jkunu konformi mal-qafas tal-kriterji soċjali, ambjentali u ta' governanza (ESG). • Tnaqqis fuq ir-rata tat-taxxa tal-qligħ tan-negozji konformi mal-ESG, għal 15% fuq l-ewwel €500,000 profitt li jinżammu fin- negozju • Titneħħa t-taxxa fuq it-trasferiment mal-wirt tal-ishma f 'kumpaniji mill- ġenituri għat-tfal Int, Bernard u l-edukazzjoni; X'qed iwiegħdek? • Skemi biex ġenituri jkunu jistgħu jnaqqsu mid-dħul taxxabbli, kull miżata tal-edukazzjoni u ħlasijiet għall- attivitajiet extrakurrikulari kif ukoll dawk tal-isport • Għotja annwali ta' €300 lill-ġenituri tal- istudenti iżgħar minn 18-il sena li jieħdu sehem f 'xi programm extrakurrikulari jew inkella li jkunu f 'assoċjazzjonijiet sportivi, tal-arti performattiva jew kulturali • Kull sena tinfetaħ skola ġdida sekondarja speċjalizzata f 'oqsma bħat-teknoloġija diġitali, il-metaverse, id-dinja virtwali, fit-teknoloġija tal- manifattura u r-robotika u fl-arti u l-kultura • Dritt ta' study leave għal dawk il-persuni li jkunu jaħdmu full-time filwaqt li jkunu qed jistudjaw biex jiksbu minn MQF 5 'il fuq • L-istipendji jogħlew b'25%. Għall-istudenti li jwettqu xogħol volontarju ma' xi organizzazzjoni rreġġistrata, l-istipendju jiżdied b'25% addizzjonali • Vawċer ta' €500 liż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-21 sena għall-ivjaġġar sportiv jew kulturali Int, Bernard u l-ambjent; X'qed iwiegħdek? • Biex art ODZ tiddaħħal f 'żona tal-iżvilupp ikun jinħtieġ il-vot ta' żewġ terzi tal-Parlament • Kull sena, il-Gvern iżid 50,000 metru kwadru ta' art pubblika maż-żoni meqjusin barra miż-żona ta- iżvilupp, ODZ • 'L-akbar' programm ta' afforestazzjoni biex kull belt u raħal ikollhom spazju miuħ u aktar ċentri urbani pedonali • Għotja ta' €10,000 fuq ħames snin lill-familji li jeħilsu minn vettura antika mingħajr ma jiksbu vettura oħra • Traħħis ta' 20% fir-rata tal-elettriku għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi minn 13ċ għal 10ċ5 • Ikun mibni t-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija Int, Bernard u t-trasport; X'qed iwiegħdek? • Sistema ta' trasport tal-massa mingħajr binarji magħrufa bħala 'Trackless Tram'. Din tgħaddi minn toroq arterjali u distributorji permezz ta' korsiji reservati • Sistema ta' trasport pubbliku li tuża karozzi tal-linja jew tipi oħra ta' vetturi biex ittejjeb il-konnessjoni bejn żoni residenzjali, ċentri ta' impjiegi u ċentru oħra importanti. Din taħdem id f 'id mat-'Trackless Tram' • Bini ta' network ta' toroq tal-art biex tkun indirizzata l-problema tat-traffiku Bernard u l-Għawdxin; X'qed iwiegħdek? • Referendum dwar il-proġett tal-mina • Jitkabbar il-port tal-Imġarr • Żewġ vapuri ġodda, wieħed għall-passiġġiera u l-ieħor għall-merkanzija • Sptar Ġenerali ġdid ta' 400 sodda • Bini ta' kampus ġdid tal-MCAST Mill-Qrati sal-Parlament: Proposti oħra interessanti • Id-data tal-elezzjoni ma tibqax prerogattiva tal- Prim Ministru imma ssir data skedata fil-liġi elettorali għajr għal meta Gvern jiġi sfiduċjat • Parlamentari jkollhom l-għażla li jieqfu mill- professjoni jew mill-prattika privata tagħhom biex jiddedikaw il-ħin kollu tagħhom għall- ħidma fil-Parlament • Tiddaħħal sessjoni kull ġimgħa għal Mistoqijiet lill-Prim Ministru fil-Parlament • Id-dikjarazzjonijiet tal-assi jsiru aktar intensivi • Reġistru biex kull membru tal-Kabinett jagħti rendikont tal-laqgħat li jkollu • ta' Maġistrat Inkwirenti Speċjali kontra l-korruzzjoni • pilota ta' Open Prison għal dawk il-persuni li l-Qorti tiddikjara li Kordin mhuwiex l-aħjar post għalihom • tal-Forzi Dixxiplinati jkunu jistgħu jagħżlu li jieħdu l-pensjoni wara 25 servizz u xorta jibqgħu jservu • n-numri ta' Imħallfin, Maġistrati u ħaddiema • ġdid tal-Qorti biex jiżdiedu l-awli u l-faċilitajiet u anke jkun hemm childcare b'xejn għal dawk li jkollhom jidhru quddiem il-Qorti • ewro għall-ħolqien ta' għaxar setturi ekonomiċi ġodda • fil-programm tal-bejgħ taċ-ċittadinanza. • Tinbena t-trakka tat-tlielaq proposta f 'Ħal Far

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 February 2022