Illum previous editions

ILLUM 27 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 'Robert Abela għandu jdejh marbuta. Jgħid ...U lil Bernard Grech, Marlene Farrugia tgħidlu: 'taf li se titlef xorta ... mela iknes' YENDRICK CIOFFI Marlene Farrugia. Ma kienx hemm kontroversja li ma kinitx fuq quddiem titkellem dwarha. Trabbiet f 'familja Laburista iżda l-ewwel sehem tagħha fil-politika kien mal-Partit Nazzjonalista. Kienet kandidata tal-PN, Deputat Laburista, fundatur tal-Partit Demokratiku u ma' Simon Busuttil waqqfet il-Forza Nazzjonali fl- 2017. Fl-aħħar snin kienet Deputat indipendenti u skantat lil kulħadd meta ressqet mozzjoni Parlamentari biex jiġi ddikriminalizzat l-abort. Farrugia mhux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali. Il- gazzetta ILLUM iltaqgħet magħha biex tipprova tiem aħjar lil waħda mill-aktar politiċi voċiferi u xi it jew wisq kontroversjali li qatt rat Malta. 1987 – 'Ivvotajt għall-Partit Nazzjonalista' L-ewwel deċiżjoni 'iebsa' li kellha tieħu Marlene Farrugia kienet li tivvota lill-Partit Nazzjonalista minkejja li l-familja tagħha kienet Laburista attiva. Fi kliemha, minn hemm bdiet tinduna li meta ma tikkonformax, ikollok tbati. "Kien żmien diffiċli ħafna. Tħossok li qed tiżola ruħek. Għaż- Żurrieq, fejn trabbejt kienet tabú," insistiet Farrugia, iżda saħqet li ż-żmien kien diffiċli u ma setgħetx tivvota lill-Partit Laburista. Bdiet tmur tisma' lil Eddie Fenech Adami, li għall-familja tagħha kien "giddieb" u "ħalliel tal-ħaddiema." "Mort nivvota. Ġie missieri miegħi kważi jibki. Ivvotajt one għal Louis Galea u two għal Ninu Zammit. Dawn kienu l-kapuljuni tal-PN f 'dak iż-żmien," kompliet tirrakkonta. 'Kont jien li ħeġġiġt lil Jeffrey joħroġ għall-politika' Sal-1996 Marlene Farrugia qatt ma riedet toħroġ għall-politika. Fi kliemha, bejn il-professjoni u t-tfal, it li xejn kien ikollha ċans. Madanakollu kienet ħeġġet lil Jeffrey Pullicino Orlando, dak iż- żmien żewġha, biex joħroġ għall- politika. "Niakar kien ġie jkellimna Alfred Sant biex jiena u Jeffrey noħorġu mal-PL," kompliet Farrugia. "Jeffrey kien ħareġ. Ovvjament mal-PN u kien elett. Kont ħdimtlu ħafna." 1996 – 'Kont għadni lanqas noħlom li nivvota Labour' Fl-1996, Marlene Farrugia għamlet l-ewwel pass fil-politika imma ħarġet għall-Kunsill Lokali telgħet mill-ewwel. "Sa dak iż-żmien, kont għadni lanqas noħlomha li nivvota jew noħroġ mal-Partit Laburista," kompliet tirrakkonta. Fi kliemha, ħarġet biex tgħin lil Jeffrey, anke jekk bejniethom, dak iż-żmien, kien diġà beda l-inkwiet. "Żewġt irjus iebsa imma xorta waħda għentu għax kont naf li kapaċi jagħmel differenza," insistiet. 1998 – 'Irsistejna ħafna biex jirbħu n-Nazzjonalisti' Sentejn wara, hekk kif waqa' l-Gvern ta' Alfred Sant, Eddie Fenech Adami kien ħeġġiġha toħroġ. Għamlet dan sempliċiment minħabba l-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea, għax Sant kien iffriża l-applikazzjoni ta' Malta għas- sħubija. "Ġibt it 'il fuq minn 300 vot. Miegħi kien hemm Franco Debono u Hermann Schiavone. Ħadd minna ma tela'," kompliet tirrakkonta. Anke jekk ma għamlitx kampanja personali, insistiet li kienet ħadmet ħafna biex in-Nazzjonalisti jirbħu. "Kont fuq quddiem, l-istess kif kont biex niġbru għan-NET TV. Minjaf kemm ħabbatt bibien is- Siġġiewi," irrakkontat. 'Ħassejt li stajt nagħti kontribut lil dak il-partit li ħadd ma ried' Anke jekk qatt ma kienet xi waħda minn dawk li jkunu dejjem id-dar ċentrali, Farrugia kienet midħla ħafna tal-PN. "Iż-żmien għaddej. Bdejt ninnota ċertu affarijiet li jiġru lil kull partit li jkun ilu fil-Gvern. Jekk ma jkollokx mexxej b'saħħtu biex jikkontrolla, jiġru bik, kif wara kollox ġara lil Joseph Muscat," insistiet. Minkejja dan, anke jekk kienet għadha kemm isseparat, baqgħet tagħti l-appoġġ tagħha lill-PN u l-kampanja tiegħu għas-sħubija fl- UE. "Għamilt dak li stajt. Kont nikkonvinċi lin-nies biex jivvotaw favur is-sħubija," kompliet tgħidilna. Wara r-referendum u wara li Alfred Sant kien qal li l-partnership rebaħ, Farrugia ħasset li kien hemm bżonn li l-Partit Laburista "jieħu ħsieb id-dar tiegħu." "Kien wasal iż-żmien li l-Partit Laburista jirranġa d-dar tiegħu u nies li setgħu jġibu bidla, kienu fid- dover li jagħmlu dan. Ma kienx sew li l-PN jibqa' jikber u l-PL jibqa' fejn hu." saħqet. Spjegat kif kien avviċinaha Joe Mifsud, illum Imħallef u kien ikkonvinċiha tidħol mal-Partit Laburista, anke għax hi kienet taħsibha differenti fuq ħafna affarijiet u dak iż-żmien, kien hemm bżonn nies bħalha. Fi kliemha, dak iż-żmien (qed nitkellmu wara l-elezzjoni tal- 2003), il-Partit Laburista kien "jaqq" u ħadd ma ried jaf bih. "Fil-ħajja ma tistax tgerger biss. Fil-ħajja trid tagħmel xi ħaġa biex tbiddel," insistiet Farrugia. "Jiena nservi lill-pajjiż. Dejjem dik żammejt quddiemi. In- Nazzjonalist bilgħaqal u l-Laburist bilgħaqal iridu l-istess affarijiet għal pajjiżhom." 'Is-sitwazzjoni fil-PL kienet diżastruża ... allaħares irbaħna' Farrugia saħqet li s-sitwazzjoni fil-Partit Laburista kienet diżastruża. "Kulħadd ried li jinbidel il-Mexxej," insistiet. Hija ħarġet għall-elezzjoni tal- 2008 u ġiet eletta. Madanakollu qalet li anke jekk il-Partit Nazzjonalista rebaħ din l-elezzjoni bi it mijiet ta' voti, fil-Partit Laburista kulħadd kien qata' qalbu li l-partit tagħhom kien se jirbaħ. "Jiena qatt ma kont naħseb li se jirbaħ il-Labour u kont ngħid li allaħares jirbaħ," insistiet. Minkejja dan insistiet li n-Nazzjonalisti kellhom bżonn tbeżbiża għax kienet qed tinħass l-arroganza u kien hemm ħafna problemi, inkluż kwistjonijiet ambjentali, fosthom il-famużi pjani lokali tal-2006. 'Kont ħdimt għal George Abela għax kien moderat' Wara l-elezzjoni tal-2008, Marlene Farrugia kienet ħadmet biex George Abela jkun elett Mexxej tal-Partit Laburista. Fi kliemha, għamlet dan, għal żewġ raġunijiet ewlenin: il-fatt li Abela kien favur l-Unjoni Ewropea u għax kien moderat. "Joseph Muscat kien ġurnalist tal-ONE u kien iġib ruħu b'ċertu mod li ma kien jogħġobni xejn. Ma hemmx għalfejn tkun kiesaħ man- Nazzjonalist," insistiet. Fi kliemha, mill-kandidati kollha, l-uniku persuna moderata li setgħet teqred it-tribaliżmu fil-pajjiż, kien George Abela. 'Sakemm int leali lejn il-pajjiż, jien leali lejk' – Marlene lil Joseph Madanakollu, il-PL eleġġa lil Joseph Muscat u Farrugia ħadmet miegħu wkoll. "Meta sar Mexxej, wara d-diskors, niżel jgħannaqni u jien għidtlu: 'sakemm int leali lejn il-pajjiż, jiena leali lejk," insistiet. Fi kliemha, kien żmien ta' tama kbira u kien hemm bżonn kbir ta' bidla fil-pajjiż. 'Bdejt nara ċertu affarijiet li lili ma bdewx idoqquli' Madanakollu, għal Marlene Farrugia, beda jberraq qabel l-elezzjoni tal-2013. "Bdejt nara ċertu affarijiet li lili ma bdewx idoqquli. Kien hemm ċertu assoċjazzjonijiet ma' ċertu nies li qatt ma dehru 'l hemm," qalet Farrugia. "Bdejt nikkunsidra nikkontestax." Mistoqsija jekk hux qed tirreferi għal Keith Schembri u Konrad Mizzi, Farrugia wieġbet fin-negattiv. Fi kliemha, kemm Mizzi u anke Schembri huma nies intelliġenti u dak iż-żmien kienu jidhru li se jippromettu. "Kien qed idejjaqni l-mod kif pereżempju bdew jiġbru l-fondi. Kienu jmorru fuq negozjanti u kważi kważi jobbligawhom," kompliet tgħid. Marlene Farrugia elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 February 2022