Illum previous editions

ILLUM 27 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

Ġonna u Marina Sab ir-ruħ ambjentali jew bżar fl-għajnejn? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa l-Partit Laburista beda l-kampanja billi għamel diversi wegħdi ta' ġonna pubbliċi, spazji pedonali u imbagħad nhar it-Tlieta ħabbar li l-marina f 'Wied il-Għajn - li wasslet għal reżistenza u protesti - mhux se tkun qed issir. Imma dawn il-proġetti qed jindikaw li l-Partit Laburista qed ibiddel xi ftit mill-attitudni lejn l-ambjent? Sab ir-ruħ ambjentali tiegħu jew inkella dan kollu bżar fl- għajnejn għax ġejja l-elezzjoni? Il-gazzetta ILLUM titkellem mas-Sindki ta' San Ġwann u tal-Furjana - fejn il-Partit Laburista qed iwiegħed li toroq jsiru ġonna u żoni pedonali, lil Desiree Attard eks Kunsilliera f 'Wied il-Għajn u attivista kontra l-proġett tal-AUM fiż- Żonqor u l-marina, lill-Perit Ruben Abela li jmexxi Wirt iż- Żejtun u lill-Andre Callus, mill- Moviment Graffitti. 'Ikun min ikun hemm fil-Gvern, issa avżat: In-nies mhux se jħallu li jkompli jitnaqqar il-ġid komuni' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mal-eks Kunsilliera Laburista f 'Wied il- Għajn Desiree Attard li kienet fost l-aktar voċiferi kontra l-għoti ta' art fiż-Żonqor lill-American University of Malta, kwistjoni li ratha tidħol f 'battibekki diversi mal-Kunsill u speċjalment mas- Sibdku Mario Calleja. Mistoqsija dwar l-aħbar li l-marina f 'Wied il-Għajn fil-fatt mhux se tkun qegħda ssir u jekk tħossx li din hija deċiżjoni ta' konvinzjoni jew inkella ta' konvinzjoni hija bdiet billi qalet li l-ewwel reazzjoni tagħha kien ta' "soljev u ferħ." "Il-ħsara li kienet issir lill-Wied il- Għajn kieku tkompla l-proġett kienet tkun massiva u irreparabbli, mhux biss mil-lat ambjentali, imma anke soċjalment," qalet Attard. Hija sostniet mal-ILLUM li jekk dik ta' Abela kinitx deċiżjoni ta' konvenjenza jew konvinzjoni, ma tafx. "Fil-fehma tiegħi, tkun deċiżjoni ta' konvinzjoni ċara jekk jiġu aġġornati wkoll il-pjanijiet lokali, li għadna ntabbu bihom mill-2006, u li ntużaw bħala skuża biex toħroġ dil-proposta redikola," qalet Attard. "16-il sena wara, il-pjanijiet lokali żgur ma jirriflettux il-bżonnijiet u realtajiet tal-bliet u l-irħula tagħna," Hija qalet li rrispettivament minn kollox, "il-Gvern ta' wara s-26 ta' Marzu, ikun min ikun, issa avżat: in-nies illum- il ġurnata mhux se jħallu li jkompli jitnaqqar il-ġid komuni biex igawdu l-ftit." Mistoqsija jekk taħsibx li proposti dwar ġonna u spazji pubbliċi humiex biss "bżar fl-għajnejn", Attard qalet li hija tifhem min ikollu din it- tip ta' reazzjoni meta jisma' proposti bħal dawn u li jikkunsidrahom gimmick elettorali. "It-track record ambjentali ta' dawn l-aħħar snin żgur mhux xi ħaġa ta' min wieħed jiftaħar bih. Qed nagħżel li nkun ottimista, u ngħid li mhux biss il-Partit sab ir-ruħ ambjentali tiegħu, imma wkoll dik soċjali. L-ambjent, wara kollox, ma niħdux ħsiebu biss biex inħarsu lejh, iżda għax hu kruċjali għall- kwalità ta' ħajjitna." Hija qalet illi temmen li l-Partit Laburista qed jinduna li ekonomija sostenibbli hija waħda li tħares lejn l-ambjent bħala ġid innifsu, "mhux bħala spazju vojt li jiflaħ jinkesa konkrit." Hija qalet li dan li qed tgħid jiġi kkonfermat jekk Gvern ġdid - mingħajr dewmien - "inaddaf mill- qiegħ il-policies u liġijiet li f 'dawn l-aħħar snin ippermettew il-bini bla rażan, u l-prattiċi li mhux biss kerrhu lil pajjiżna, iżda wasslu biex bosta ħaddiema ħallew ħajjithom fil-post tax-xogħol," temmet tgħid mal-ILLUM Desiree Attard. Qed nagħżel li nkun ottimista, u ngħid li mhux biss il-Partit sab ir-ruħ ambjentali tiegħu, imma wkoll dik soċjali 'Dawn gimmicks... u l-bidliet meħtieġa jibqgħu ma jsirux!' Andrè Callus, attivist mal-Moviment Graffitti, ma tantx qagħad jomgħodha u sejjaħ proposti bħal dawk tal- Partit Laburista din il-ġimgħa bħala "gimmicks" u jgħid li la l-Partit Laburista u lanqas l-Partit Nazzjonalista qatt ma kellhom xi ruħ ambjentali. "L-affarijiet jinbiddlu għax in-nies jagħmlu pressjoni, kif għamlu f 'Wied il- Għajn. Mill-bqija, dawn il-proġetti li qed isemmu huma gimmicks. Tant li għandi dubji serji jekk fil-fatt jistgħux jsiru. Saru studji ta' vijabbilità? Sar studju tal- impatt ambjentali?" Huwa qal li billi jiġi xi ħadd "u jpinġi erba' siġar fuq il-kompjuter" mhux ser jissolvew il- problemi ambjentali tal-pajjiż. Huwa qal illi Graffitti kienet elenkat diversi bidliet li hemm bżonn isiru, primarjament bidliet fil-policies u bidliet mill-qiegħ fl-awtoritajiet, iżda jgħid li dawn l-affarijiet ma jinbidlux għax jisħaq li hemm l-interess tal-kuntratturi. "Ma jidhirli li hemm ħadd minn bejn il-PL u l-PN li qed iwiegħed li se jbiddilhom dawn." "Ħaġa oħra. Intuli nitkellmu fuq ġonna fit-toroq jekk ma jitnaqqsux il-karozzi. Il-parkeġġi li se jinbnew taħt l-art xi darba se jimtlew. U dan apparti problemi u kwistjonijiet ta' skavar u skart. Ħafna drabi, anzi, proġetti bħal dawn qed jintużaw biex il-vera bidliet meħtieġa ma jseħħux," temm jgħid Andrè Callus. Desiree Attard Andrè Callus elezzjoni2022 11 illum • IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 February 2022