Illum previous editions

ILLUM 27 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 Għaliex għażilt lill-Partit Laburista... I l-Partit Laburista dejjem ħadem għall-ġid taz-żgħir jew il-batut fis-soċjetà. Huwa partit li dejjem baqa' f 'kuntatt u jisma' lin-nies, anki dawk l-iktar umli. Għalhekk għażilt li nkun parti mill-Partit Laburista, għax irrid inkun man- nies u naħdem għan-nies. L-ikbar kisba għalija kienet iċ-childcare b'xejn. Dan wassal biex kulħadd kellu aċċess għall- metodu biex jaqla' l-ħobża ta' kuljum, filwaqt li uliedu jkunu indukrati. Dan neħħa piż kbir minn fuq in-nanniet kif ukoll ta kuraġġ lin-nisa li jafu llum li jistgħu tassew jinvestu fihom infushom biex ikollhom karriera u mhux jkollhom itemmu kollox mal-ewwel tarbija. Kisba kbira wkoll għalija kienet il-maternity leave mħallsa minn maternity fund! Qabel kien jaqbillek finanzjarjament timpjega raġel u mhux mara ħalli ma jkollokx għaliex tħallaslu paga, waqt li qiegħed irabbi lill- uliedu. Illum minn jimpjega jħallas ammont żgħir ta' flus lejn il matenity fund għal kull impjegat, irrilevanti hux mara jew raġel. Għalhekk ma tagħmilx differenza timpjegax mara jew raġel. Kemm iċ-childcare b'xejn kif ukoll il maternity fund għenu biex in-nisa jkunu aktar viċin l-ugwaljanza vera u jkollhom mezz biex jilħqu il-potenzjal tagħhom. Iktar riċenti, waqt żmien ta' pandemija, il-Gvern kellu jara kif l-ekonomija setgħat tibqa' għaddejja. L-iktar għajnuna li laqtitni kienet dik biex negozji u anki il-Gvern ikunu jistgħu jħallu ħaddiema jaħdmu mid-dar. Ilni nistudja dan il-metodu ta' xogħol sa mis-sena 2000. Ir-reżistenza enormi li kien hemm kienet megħluba kompletament waqt il-pandemija. L-ambjent fl-uffiċini kienu saru ta' riskju għall-ħaddiema u għalhekk kellha tinstab soluzzjoni biex ix-xogħol jkompli għaddej mingħajr xkiel. Il- possibiltà li taħdem mid-dar kienet għajnuna imprezzabbli, biex mhux biss jonqos traffiku żejjed imma anki jkun jista' jintlaħaq bilanċ aħjar bejn ix- xogħol u l-ħajja privata. Il-ħin li kien jinħela fit-traffiku, illum ħafna ħaddiema jistgħu jgħadduh mal-familja. Dan japplika wkoll b'mod speċjali għall-ħaddiema Għawdxin. Kisba oħra li laqtitni hija li Malta reġa' għandha f 'idejha l-art taż-Żonqor. Il-kosta ta' bejn Smart City u Marsaskala hija kosta bi sbuħija eċċezzjonali u li din tibqa' f 'idejn il-Gvern Malti kien pass importanti sabiex nissalvagwardjaw il-wirt naturali tagħna. Kisba importanti oħra kienet l-investiment fl-infrastruttura tat-toroq li llum nistgħu ngħidu hija fost l-aktar moderni u verament tnaqqas il-ħin fit- traffiku. Niakar li biex taqsam minn naħa ta' fuq ta' Malta għan- naħa ta' isfel kont iddum siegħa fit-traffiku fil-Marsa. Illum dan kollu spiċċa u qed jkollna iktar ħin li għaddu mal-familja. Il-ħolma tiegħi għal Malta hija li l-familji jkollhom ċans jgawdu il-ġmiel ta' dan il-pajjiż flimkien. Dan jista' jintlaħaq billi naraw li l-familji ikollhom biżżejjed ħin liberu. Għandna wkoll nipproteġu l-ambjent u l-wirt storiku imprezzabbli li għandna. Importanti wkoll ntejbu il- kundizzjoni ta' ħafna positijet li hawn mitluqa. Eżempji tajbin ta' dan huma il-Forti Ricasoli u xi swar tal-Kottonera. Eżempju ieħor huwa il-Park tal-Inwadar li minn miżbla qed isir post ta' rikrejazzjoni. Il-Partit Laburista huwa kommess li jonfoq €700 miljun fuq medda ta' seba' snin sabiex ikollna verament spazji ta' rikrejazzjoni li huma tant importanti għas-saħħa tal- bniedem, kemm dik fiżika u anke dik mentali. Żvilupp ta' dawn is-siti mitluqa għall-użu rikrejazzjonali jżid il-valur ta' gżiritna. Dan jġib miegħu livell ta' għixien aħjar għall-Maltin kollha, kif ukoll jattira iktar turisti u investituri lejn pajjiżna. B'hekk inkunu nistgħu nkomplu nkabbru l-ekonomija tagħna u nsostnu is-servizzi soċjali bħall-pensjonijet u servizzi għal nies b'diżabiltà. Fleur Vella hija Kandidata tal-PL għall-elezzjoni Waqt żmien ta' pandemija, il- Gvern kellu jara kif l-ekonomija setgħat tibqa' għaddejja. L-iktar għajnuna li laqtitni kienet dik biex negozji u anki il-Gvern ikunu jistgħu jħallu ħaddiema jaħdmu mid-dar elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 • illum Fleur Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 February 2022