Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663
24 22 Żur ilma.org.mt għal aktar pariri siewja. JEKK GĦANDEK BIR, UŻAH! L-ILMA TAL-BIR HU TAJJEB BIEX... ISSAQQI L-PJANTI TAĦSEL L-ART U T-TWIEQI TAĦSEL IL-ĦWEJJEĠ JEW IL-KAROZZA TIFFLAXXJA T-TOILET IŻDA QATT M'GĦANDEK TIXORBU, TUŻAH FL-IKEL JEW TINĦASEL BIH. Programm Opera v I - Fondi Stru urali u ta' Inves ment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompe va u sostenibbli li lqa' l-isfidi tagħna" Proġe parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 • illum Il-battalja għall-attenzjoni pubblika S a fejn naf jien qatt ma kien hemm kampanja eletto- rali li seħħet fid-dell ta' gwerra. Din il-ġimgħa meta ltqajt ma' ħbieb ħadd minnhom ma tkellem fuq l-elezzjoni u minflok tkellmu fuq l-Ukrajna. Din it-tip ta' realtà ma tantx tista tkun tajba għall-partiti politiċi. Diġà kien hemm is-sensazzjoni li ħadd ma jrid ikun jaf bil-politiċi. Waqt li qed isir is-sondaġġ mit- tim POLAR li jagħmel is-sondaġġi għall-gazzetta MaltaToday u n-nies jiġu mitluba biex jindikaw x'inhuma l-affarijiet li huma ta' tħassib għalihom, fost l-affarijiet li ssemmew kien hemm – 'il-politiċi.' Dan it-tħassib ġdid juri bl-iktar mod ċar li l-klassi politika għandha problema. Problema li ma bdietx issa, imma li ċertament l-avvenimenti tal-aħħar tlett snin u forsi qabel ukoll komplew iħawwdu din il- borma partikolai. Illum meta tħares sew lejn is- sondaġġi tara li it li xejn hemm avvanz ta' voti ġodda lill-Partit Nazzjonalista. Iżda hija inkwetanti għall-Partit Laburista, li hemm ħafna Laburisti li qed jgħidu li ma jridux jivvutaw. U dan in-numru m'huwiex żgħir. U ċertament jista' jnaqqar sew il-maġġoranza kbira li għandu l-Partit Laburista. Hemm tliet aspetti li jridu jiġu diskussi meta inti tkun tħares lejn din is-sitwazzjoni. • Għaliex il-PN mhux qed jirbaħ biżżejjed votanti ġodda? • Għalfejn hemm Laburisti li ma jridux jivvutaw? • Kif il-partiti ser jegħlbu dawn l-isfidi? Ovjament nistgħu nispekulaw. Nistgħu noħorġu bi spjegazzjonijiet kumplessi. Imma jibqa' l-fatt li hemm skuntentizza fost eluf ta' votanti għall-klassi politika. Il-PN jrid ikun iktar konxju li l-passat huwa memorja xejn sabiħa għal bosta nies. Min ivvota għall-Labour għall- ewwel darba fl-2013 ċertament għamel hekk għax ried nifs ġdid. L-avvenimenti tal-aħħar snin, illi fihom Joseph Muscat fotta kollox, iddiżappuntaw lil biżibilju nies li kien emmnu fih. Il-fatt li Muscat għadu jħuf fil-periferija politika hija ħażina. Il-Labour, biex jikkonvinċi lil dawk li vvutaw Labour u li issa ma jridux jivvutaw, irid juri umiltà liema bħalha u kovinżjoni b'argumenti sodi biex jirbħu lura dak li tilfu. U dan kollu sar aktar diffiċli bl- aħbarijiet xokkanti mill-Ukrajna! Saviour Balzan huwa Editur Maniġerjali tal-MediaToday Saviour Balzan