Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 Kultura IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 • illum Lura l-art wara snin twal f'qiegħ il-baħar DANIELA ATTARD BEZZINA Skrun ta' ajruplan, miksi b'dak li ħallew fuqu għexieren ta' snin fis-sikta kiesħa ta' qiegħ il-baħar, jiġbidlek l-attenzjoni malli tmidd riġlejk f 'wieħed mil-laboratorji ta' Heritage Malta f 'Bighi. Fil-ħemda t'hemm ġew, qed jagħmel ħiltu kollha biex jidra l-ossiġnu u t-temperaturi ġodda li sab ruħu fihom, filwaqt li ż-żewġ konservaturi li qed jaħdmu fuqu jagħmlu l-almu tagħhom biex jisimgħu l-ġrajja li qed jipprova jgħidilhom u jifhmu minn xiex għadda qabel ma għereq, huma u jagħtuh il- ħajja mill-ġdid. Ninette Sammut, Konserva- triċi Anzjana fid-Dipartiment tal-Konservazzjoni tal-Arke- oloġija ta' Qiegħ il-Baħar fi ħdan Heritage Malta, u l-kol- lega tagħha Lucia Gutier- rez jitkellmu b'passjoni kbira dwar l-oġġetti taħt il-ħarsien tagħhom u l-proċessi delika- ti involuti fid-diversi fażi- jiet taż-żjara twila ta' dawn l-oġġetti fil-laboratorju tad-Di- partiment. Qabelxejn, Ninette għamli- tha ċara li l-ebda oġġett b'valur storiku ma jista' jittella' mill- baħar mingħajr il-permess tas-Sovrintendenza tal-Patri- monju Kulturali. Kif spjegatli, meta oġġett bħal dan jittella' l-art, ikun qed jitneħħa mill- kuntest tiegħu. Dan ifisser li tkun qed tiġi mbagħbsa l-is- torja ta' dak l-oġġett u tal-bqija tas-sit. Dan jgħodd partikolarment għal siti fejn intilfu l-ħajjiet bl-għarqa ta' bastimenti jew ajruplani fil-gw- erer, li għalhekk huma meqju- sa bħala oqbra tal-gwerra (war graves). F'ċirkostanzi bħal dawn ikun hemm l-involviment mhux biss tas-Sovrintendenza iżda wkoll tal-qraba tal-mejtin u l-pajjiżi minn fejn oriġinaw il-vittmi. Dan minbarra l-osservanza stretta ta' liġijiet u konvenzjonijiet marittimi internazzjonali. L-aspett ewlieni li jiddisting- wi l-oġġetti li jaslu fil-labora- torju tad-Dipartiment tal-Kon- servazzjoni tal-Arkeoloġija ta' Qiegħ il-Baħar huwa jekk ikunux għadhom kemm it- tellgħu l-art jew ikunux ilhom ħafna barra mill-ilma baħar mingħajr ma ngħataw tratta- ment xieraq. F'dan ir-rigward hija importanti ħafna l-kollab- orazzjoni mill-qrib ma' kol- legi mit-Taqsima għall-Wirt Kulturali ta' Qiegħ il-Baħar (UCHU) fi ħdan Heritage Mal- ta. Id-Dipartiment jaħdem mill-qrib ukoll mal-Proġett għar-Riċerka dwar l-Arke- oloġija Marittima tal-Univer- sità ta' Malta. Fil-fatt, għadd ta' oġġetti li ttellgħu waqt skav fil-Bajja tas-Salina bħalissa qed jiġu kkurati taħt is-superviżjo- ni ta' Ninette. "Jekk l-oġġett ikun għadu kemm ittella' mill-baħar, l-aktar ħaġa im- portanti hija li ma tħallihx jinxef," qaltli Ninette. "Ir-raġuni hi li malli l-oġġett jinxef, il-melħ jikkristal- lizza, jespandi u jifqa' l-materjal. Għalhekk l-oġġetti li jkunu għad- hom kemm ittellgħu, jiġu għand- na fl-ilma baħar biex jibqgħu fl-istess konċentrazzjoni ta' melħ. Imbagħad nibdew innaqqsu dik il-konċentrazzjoni bil-mod il- mod billi nżidu l-ilma ħelu ftit ftit. Matul dan il-proċess, li jista' jieħu diversi xhur – skont jekk il-ma- terjal tal-oġġett ikunx organiku jew le, jiġi ċċekkjat kontinwament kemm ħiereġ melħ mill-oġġett għax jekk il-melħ joħroġ f'salt, l-oġġett jista' jinqasam." Din il-fażi inizjali tkun seg- wita mill-proċess delikat tat- tnixxif tal-oġġett. Bħal fil-fażi preċedenti, l-oġġett ma jistax jinxef f'daqqa għax inkella jinqasam. Għalhekk jitnixxef gradwalment u f'ambjent kon- trollat. Huwa importanti wkoll li waqt li l-oġġett ikun qed jinxef, il-materjal tiegħu jibqa' jokkupa kemm jista' jkun l-ist- ess volum biex ma jinqasamx. Għaldaqstant l-oġġetti jintiżnu regolarment matul il-proċess tat-tnixxif. "Ladarba l-oġġett ikun nixef, inqisuh bħallikieku hu ħuta barra mill-ilma – ħlejqa li qa- bel kellha garġi iżda li issa trid tieħu n-nifs mill-pulmun. Issa l-oġġett irid jadatta ruħu għall- ħajja fuq l-art, espost għall- ossiġnu u gassijiet oħra fl-ar- ja li jistgħu jagħmlulu ħsara daqskemm għamillu l-melħ. Għalhekk il-biċċa xogħol li jmiss tkun li, permezz ta' trat- tament apposta, nipproteġu l-oġġett minn dawn l-elementi. Dan it-trattament ivarja skont il-materjal tal-oġġett u l-istat ta' preservazzjoni li jinsab fih. M'hemmx regola fissa – kull oġġett jiġi trattat skont il-ħtiġi- jiet speċifiċi tiegħu, l-istess bħall-bnedmin," kompliet Ninette. Hija saħqet fuq l-importanza li kull pass fil-proċess ta' kon- servazzjoni jiġi dokumentat u li t-tagħrif kollu li jinġabar jiġi disseminat. Tingħata wkoll at- tenzjoni kbira biex l-interpre- tazzjoni futura tal-oġġett ma tkun kompromessa bl-ebda mod. Dan billi wieħed jibqa' leali għalkollox lejn il-kuntest li fih instab l-oġġett u lejn l-is- torja tiegħu. Ngħidu aħna, jekk oġġett instab imkisser ma jfis- sirx neċessarjament li l-bċejj- eċ tiegħu se jerġgħu jitwaħħlu flimkien – id-deċiżjoni dwar jekk oġġett 'jissewwiex' tit- tieħed skont il-każ. Jiġi kkunsidrat ukoll fejn se jkun qed jinżamm l-oġġett wara li jitlesta t-trattament. Jekk l-oġġett mhux se jitqiegħed għall-wiri, jiġi ppakkjat b'mod li jiżgura l-protezzjoni tiegħu fit-tul. Jekk min-naħa l-oħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022