Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880
24 22 rakkont IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 • illum Innoċenti – L-ewwel parti minn erbgħa I ż-żaqżiqa astratta tal-ħadid fuq il-madum antik u xi ftit mikul mill-ġnub fil-kuritur hemm barra, kien kważi qabad jidraha. Imbagħad il-passi. U t-tfesfis ta' ilħna li x'aktarx kienu qegħdin jgħidu fuqu minn ġol-kmamar l-oħra. Il-kmamar fejn hu ma kellux aċċess. Ma setax imur. Kull ma kien ilu hawn ġew kienu biss ħmistax-il siegħa. Ħmistax-il siegħa. Imma kienu diġa ħarġuh hemm barra tlett darbiet u kienu reġgħu sakkruh hawn ġew. Hawn ġew f 'din iċ-ċella fejn kien qed iħoss nifsu soffokanti, fejn donnhom kien hemm par idejn imdawrin mal-għadma t'għonqu li kienu qegħdin jagħfsuh. Jagħfsuh. Aktar. U aktar. L-ewwel darba li kienu kważi kaxkruh 'l barra minn ġo din il-kmajra riħa ta' awrina mħallta ma' umdu, ma kienx lissen kelma. Kien qagħad iħares lejhom. Għajnejh ċassi. Il-vini ħomor madwar il- ħabba t'għajnejh kienu qegħdin jixhdu li kien ilu xi tlett iljieli ma jagħlaq għajn m'għajn. Xagħru kien għadu xi ftit aħjar. Ir-riħa ta' għaraq li kellu ma ħwejġu kienet għadha xi ftit ħafifa u mhux kif kienet qiegħda issa. Issa kienet tinxtamm minn seba' mili bogħod. 'Il barra miċ-ċella li kellha bieb miżbugħ b'żebgħa kważi mqaxxra għal kollox suppost safranija tal-injam mastizz, b'apertura ċkejkna u fann hemm barra tagħti għal ġewwa biex mingħalihom jaqtgħu din is-sħana tqila li kien qed iħoss hawn ġew fejn kull ma kellu għad-dispożizzjoni tiegħu kien saqqu mdennes għall-aħħar. Xħin kien qed jaqa' s-silenzju, Demis kien qiegħed jisma' r-ritmu ta' qalbu tħabbat qisha trejn mitlufa fl-abbissi. Lanqas ried jemmen li kien qiegħed hawnhekk! Kif seta' jkun? Hu ma kien għamel xejn ħażin! Jew kien għamel? Għax issa moħħu kien qiegħed jilgħab ċajt goff miegħu. Kultant kien qiegħed jiakar. U kultant le. Moħħu kien donnu jaqbad jiżvojta għal kollox. Imma kemm kien ser idum arrestat? Kienu diġa ġew ikellmuh ħafna drabi u hu kien qalilhom li kien innoċenti. U akar fiha. Martu. Hu ma kellux għalfejn joqtolha! Ma kellux għalfejn jagħmel biċċa xogħol bħal dik! Mela għalfejn kienu qegħdin iwaħħlu fih? Għalfejn kienu qegħdin jgħidulu li hu kien is-suspettat? X'waħdadin! Issa x'setgħa jagħmel? Għadu jiakar wiċċ l-avukat li kienu tawh dritt iċempel it ħin wara li kien sab ruħu hawn ġew. Kien iltaqa' miegħu f 'waħda mill-kmamar biż-żebgħa mqaxxra wkoll iżda dik ma kienx fiha riħa ta' awrina. Kienet tidher xi it aktar komda minn din għax kellha s-siġġijiet bil-kuxxini għalkemm kienu jidhru mikulin mhux it bħal lapes li kien qabad iħażżeż bih l-avukat u jgerrem it-tarf tiegħu hekk kif beda jipprova jfehmxu xi drittijiet kellu u x'drittijiet ma kellux. "Imma jiena ma qtilthiex ta!" kien ħatfu fil-pront Demis b'leħen kemmxejn maħnuq u b'espressjoni mħawwda mhux it. L-avukat kien għamillu iva b'rasu u kompla jħażżeż it ieħor. "Demis, ser ngħidlek mill- ewwel. L-affarijiet ma jidhrux sbieħ," kien wieġbu l-avukat b'wiċċ solenn għall-aħħar. "Kien hemm xi kameras u qabduk………" "X'qabduni nagħmel? Għidli x'qabduni nagħmel?" beda jsaqsih Demis b'leħen għoli għax kienet ser taqbiżlu. "Kont ser taħbat għal ġo fiha u hi waqgħet minn fuq l-irdum għal isfel!" kien wieġbu l-avukat pront pront. "Imma dak kien inċident! Dak kien inċident!" beda jgħajjat Demis mingħajr ma kien jaf. "Irridu nippruvaw li kien inċident. Minn fejn kont ġej?" "Issa jiena naf x'kull waħda, dal-mument moħħi mhux jaħdem." "Imma jkollok tħaddmu, Demis. Ejja prova ftakar…….." U Demis irrakkuntalu li kien għadu kemm telaq mingħand Leli tax-xorb. U li kien xorob kemm felaħ. U li ma kienx qed jiftakar sew. "Kif nistgħu nippruvaw illi minn tant nies, kont ser tidħol fil-karozza ta' martek u li minħabba fik dik waqgħet l-irdum bil-karozza b'kollox, niżlet isfel fil-baħar u mietet?" beda jgħidlu l-avukat. "Tista' tagħtini ftit ċans għax moħħi mhux qiegħed jaħdem sew?" staqsieh Demis. L-avukat kien għamillu iva b'rasu u qallu li kien ser jerġa' jgħaddi aktar tard qabel ma kienu ser iressquh il-qorti ħalli jġibulu l-prima facie. "Jien taf kemm inħobbok?" ftakar f 'leħen martu xi jumejn qabel ma kien ġara l-inċident. U ftakar ukoll f 'kemm kien rassha miegħu. F'kemm kien jixtrilha rigali u nefaq flus fuqha ħalli ma toqgħodx teqred. F'kemm kienet tgerger kull darba meta kien joħroġ jixrob waħdu mal-ħbieb. U f 'kemm kienet tħalli mbarazz jakkumulaw fid-dar mingħajr ma kienet tnaddaf. U anke f 'kemm kienet bkiet meta kienu saru jafu li hi kienet mielħa u li ma kienx seta' jkollhom tfal. U f 'kemm kienu tbiegħdu. U hu……….. Hu kien sar jistrieħ band'oħra. Michaela kienet it-tfajla l-ġdida li kien sab. It-tfajla li kellha kollox. Ġmiel. Ġisem. U kienet taf tidħaq. Mhux bħal dik il-mara li kien iżżewweġ. Imma l-mara li kien iżżewweġ qatt ma kienet toqgħod titolbu affarijiet lussużi bħal Michaela. Qatt ma kienet toqgħod tiddandan minn fuq dahru. U hu kien jaf. Iżda ma kien jgħid xejn. Kien kuntent hekk. "Jien taf kemm inħobbok?" kienet tgħidlu Angela, martu ta' kull filgħaxija. U hu……… Hu kien jagħmlilha iva b'rasu u ma jgħid xejn. Imma dan l-aħħar…………. Dan l-aħħar, l-istorja kienet inbidlet. Kienet bdiet tissusspetta. Kienet bdiet toqgħodlu għassa ta' dak li kien jibgħat bil-mowbajl. U kienet toqgħod tindiehes ma' dawk l-irġiel li kienu jkunu l-każin. "Ilek ma tarah lil Demis?" kienet staqsiet lil Pawlu, dak li kien ta' sikwit ikun il-każin jixrob miegħu. "Ilni ħabta ta' tlett ġimgħat," kien weġibha Pawlu xi ġimgħa qabel. "Tista' tgħidli kif inti għedtli li kont qed tixrob ma' Pawlu jumejn ilu?" kienet staqsietu Angela. "U ajma fejn sejjer moħħok?" kien ħataa Demis. "Jien għal Pawlu ta' Fonzu kont għedtlek mhux għal dak!" Imma Angela ma kinitx belha. U hu kien jaf li l-ġarra ġejja u sejra, fl-aħħar kienet ser tinkiser. U ftakar. Dak il-wiċċ mimli dmugħ. Dawk l-idejn iggranfati ma' għonqu. Id-daqqa ta' sieq li kienet tagħtu. Ftit qabel kien seħħ l-inċident. "Din ma naħfirhielek qatt!" kienet qaltlu. Imma mhux tort tiegħu. Mhux tort tiegħu li kien seħħ l-inċident. Hu kien innoċenti. Sharon Calleja