Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880
Il-liġijiet ġodda li taf tara ma' wiċċha l-14-il leġiżlatura 10 elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 • illum Il-gazzetta ILLUM tħares lejn tliet kwistjonijiet li taħseb li se jkollhom amendi jew liġijiet ġodda marbuta magħhom: Il- qbiela, il-femiċidju u l-IVF MARIANNA CALLEJA Sa għada għandu jkollna indikazzjoni ta' min se jiggverna dan il-pajjiż fil-ħames snin li ġejjin u għalhekk ikun interessanti jekk inħarsu lejn dawk il-leġiżlazzjoni li kemm Partit Laburista fil- Gvern u anke Partit Nazzjonalista fil- Gvern se jkollhom jaffaċjaw ma' wiċċhom. B'niċeċ ta' persuni bħal bdiewa, koppji li qed isibuha diffiċli biex jirriproduċu u anke vittmi tal- vjolenza domestika jiddominaw il-manifesti elettorali, kien faċli biex l-ILLUM issib minn tal- inqas tliet sfidi li Gvern ġdid se jkollu jara li jaġixxi fuqhom kemm jista' jkun malajr. Il-Qbiela: kwistjoni ta' 'meta se ssir' mhux 'jekk hux se ssir' Għaddew tliet xhur minn meta l-ILLUM żvelat illi l-Ministeru li kellu Anton Refalo, dak tal- Agrikoltura, kien qed jaħdem fuq liġi ġdida tal-qbiela. Dan wara li l-bdiewa bdew jitkeċċew mill- art agrikola li jaħdmu mis-sidien tal-art, li ħafna drabi jkunu jridu ħlasijiet ħafna ogħla. Fil-manifest tiegħu l-Partit Laburista wkoll qal li se jirrevedi u jaġġorna l-liġijiet tal-qbiela sabiex "l-art agrikola tibqa' tinħadem minn bdiewa u tipproduċi l-ikel, b'rispett lejn id-drittijiet tas-sidien tal- art u l-ħtieġa li l-kera tirrifletti ż-żminijiet tal-lum." Dan hu l-famuż bilanċ li l-Partit Laburista ilu jisħaq fuqu dwar din il-kwistjoni. Fil-fatt l-MEP Laburista Alex Agius Saliba kien qajjem din il-kwistjoni fil- Parlament Ewropew. Il-ħsieb inizzjali tiegħu kien li "juża' lil Parlament Ewropew biex jerġa' jinħoloq bilanċ bejn il-bdiewa u s-sidien." Il-Partit Laburista ma speċifikax meta se jkun qed jemmenda din il-liġi ġaladarba jitla' fil-Gvern iżda x-xogħol beda' u l-wegħda saret allura issa din hi kwistjoni ta' meta u kif se ssir. Min-naħa tiegħu l-Partit Nazzjonalista għalkemm fl-ebda kopja tal-manifesti kollha li ppreżenta ma kiteb dwar il-qbiela, il-ħsieb tiegħu dwar dan hu simili tal-PL. Anzi Edwin Vassallo, il- kelliem tal-Agrikoltura għall-PN mal-ILLUM kien qal li mhux talli jaqbel talli ma jistax jiem kif il- Gvern dam daqshekk. Biex ngħidu kollox trid tkun mhux intiż fl-agrikoltura jew inkella fis-sħab biex ma tindunax bil-problema tal-qbiela. Ejja inkunu realistiċi, mhux vijabbli li sid jitħallas €50 fis-sena ta' ħames tomniet art meta jista' jikriha għal picnics u jaqla' €236 f 'xahar. Imma lanqas hu ġust li bidwi jħallas €1,000 f 'xahar għax is-sid iddeċieda li l-ammont preċedenti mhux biżżejjed. Fl-istess ħin, kienet il- famuża sentenza ta' Pulis li vera ġibdet l-attenzjoni tan-nies u ġegħlithom jgħidu "hawn isma għandna problema." Il-każ ta' Nazzareno u Antonia Pulis kien meqjus bħala wieħed uniku hekk kif kien dan il-każ li beda' dan kollu. Qabel il-liġi tal-qbiela kienet dejjem tiffavurixxi lill- bidwi iżda dan il-każ fetaħ il- bieb sabiex numru ta' bdiewa jiġu żgumbrati. Nazzareno u Antonia Pulis kienu bdiewa f 'art bil-qbiela f 'Ħaż-Żabbar. Is-sid tal-art, J&C Properties, rebaħ każ kontra l-Avukat Ġenerali wara li argumenta li l-liġi preżenti kienet qed tmur kontra d-dritt fundamentali tiegħu li jgawdi artu. Għaddiet sena minn dak il-każ u wara sensiela ta' artikli minn din il-gazzetta u anke editorjal li ħa pożizzjoni dwar il-kwistjoni, il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fil- Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha ċaħdet kawża għax- xoljiment ta' qbiela ppreżentata minn sid ta' għalqa fil-Qrendi, u ddeċidiet li l-liġi tal-qbiela eżistenti ħolqot bilanċ tajjeb bejn id-drittijiet tas-sidien u kerrejja. Fuq l-istess linja ta' ħsieb tal-editorjal tal- ILLUM, l-Imħallef Wenzu Mintoff iġġustifika d-diskrezzjoni wiesgħa tal-Istat biex jiżgura li s-settur agrikolu ma jmurx minn taħt. Bis-sentenza ta' Mintoff il- miżien "reġa' żbilanċja" u għalhekk issa wasal iż-żmien li l-Gvern jaqbad il-barri minn qrunu minflok inħallu l-maġistrati jiddeċiedu l-futur tal-bdiewa. Tajjeb li nfakkru illi Agius Saliba kien żvela mal- ILLUM kif studju mill-Kumitat Agrikolu tal-Parlament Ewropew dwar l-art agrikola f 'pajjiżna juri biċ-ċar illi l-valur kummerċjali ta' kull tomna art agrikola f 'Malta bħalissa jlaħħaq bejn €80,000 - €85,000. Dan filwaqt li l-valur agrikolu ta' kull tomna art, kieku dik it-tomna art ma ma tiġix spekulata iżda tintuża għall- agrikoltura, tiswa' biss €22,000. Il-biża tal-NGOs li l-introduzzjoni tal-femiċidju fil-kodiċi kriminali qabel l-elezzjoni kienet biss "mossa kosmetika" Studju ta' Fem-United dwar femiċidji f 'Malta għamilha ċara daqs il-kristall li l-maġġoranza tal-femiċidji f 'pajjiżna huma riżultat ta' vjolenza domestika. L-istess studju jgħid li fuq medda ta' 10 snin, il-każijiet irrappurtati ta' vjolenza domestika żdiedu fin-numru, minn 848 għal 1,645. Allura tifimha li organizzazzjonijiet, b'mod partikolari dawk li jiġġieldu għad-drittijiet tan-nisa bħal Womens Rights Foundation u Moviment Graffitti, jinkwetaw. Issa biex niċċaraw l-isudju jikkjarifika li ż-żieda allarmanti fil-każijiet rappuratati ta' vjolenza domestika hi kawża ta' żewġ fatturi: iż-żieda tal-popolazzjoni u ż-żieda ta' għarfien fost il- popolazzjoni ġenerali, li jwassal għal aktar nies jirrappurtaw. Dan ifisser li mhux bilfors qed jiżdiedu l-abbużi taħt is-saqaf tad-djar tagħna. Għal darba oħra l-ILLUM donna qrat il-futur għax propju ġurnata qabel ma ġie ddikjarat mill-Prim Ministru Robert Abela li l-Kodiċi Kriminali ta' Malta se jkun qed jara l-introduzzjoni tal-kunċett tal-femiċidju, Lara Dimitrijevic tkellmet propju dwar dan ma' dan il-ġurnal. L-avukata kienet qalet li jeħtieġ li dan il-pass isir sabiex "nwasslu messaġġ ċar u tond li dan huwa tip ta' qtil, atteġjament, vjolenza li mhux aċċetata fis-soċjetà tagħna." Qalet ukoll mal-ILLUM li l-edukazzjoni mhux dejjem hi biżżejjed. Li ma qalx il-Gvern u l-Partit Laburista fl-ebda ħin, sakemm ġie mistoqsi minn ġurnalista tal- ILLUM f 'djalogu li seħħ ġewwa l-MCAST hu li mal-waqfa tat- 13-il leġiżlatura, dan l-abbozz ta' liġi waqa'. Din mhux kulħadd kien informat dwarha, l-iktar meta tiaħ il-manifest elettorali tal-PL fuq il-paġna 234 u tara il- frażi "wettaqna diversi riformi legali ... inkluż it-tibdil riċenti li jirrikonoxxi l-femiċidju fil- Kodiċi Kriminali." Fil-verità il-femiċidju għadu mhux rrikoxxut fil-liġi u jitla' min jitla' fil-Gvern jrid jerġà jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra biex jgħaddi dan l-abbozz. Minkejja li fl-istess dibattitu il- Kandidata u s-Sindku ta' Bormla Alison Zerafa Civelli qalet li PL fil-Gvern se jdaħħal dan l-abbozz fl-ewwel 100 jum fil-Gvern, bosta persuni mis-soċjetà ċivili jibżgħu li din hi biss "mossa kosmetika" biex il-partit jiġbed l-vot tan- nisa. Il-kwistjoni tal-IVF: Tispiċċa ballun politiku bil-koppji fil- bżonn jiżfnu fin-nofs Ejja ninsew għal mument li l-kwistjoni tal-IVF spiċċat qisha logħba futbol bil-ħin addizzjonali, penalties inklużi u anke b'karta ħamra min-naħa tal-PN. Iż-żewġ Partiti kbar qablu li se jsiru emendi fil-liġi tal-IVF issa jekk jitlax il-blu jew jitlax l-aħmar l-emendi ġew imwegħda. Min-naħa tal-PN wiegħed li dawk kollha eliġibbli għas- servizz tal-IVF ser ikollhom il-proċess kollhu kopert bla ħlas, inkluż it-trattament, il- faċilitajiet, il-konsultazzjonijiet u l-mediċini kollha neċessarji. "Fil-każ li jkun hemm bżonn