Illum previous editions

ILLUM 28 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462899

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 11

08 elezzjoni2022 IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2022 • illum X'wassal għal rebħa storika u kbira għall-PL? Ftit ħin biss wara li tħabbar ir-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali, l-ILLUM tieħu l-kummenti ta' wħud mill- esponenti tal-PL preżenti fiċ-Ċentru ta-Għadd tal-Voti fin-Naxxar ANTHEA CACHIA Għal din l-edizzjoni speċjali tal-gazzetta ILLUM, fid-dawl tat-tielet rebħa konsekuttiva tal- Partit Laburista, l-ILLUM marret fuq ħames esponenti Laburisti u staqsiet lil Ian Borg, Rosianne Cutajar, Alex Muscat, Josianne Cutajar u Byron Camilleri. Ilkoll qablu li s-suċċess tal-PL kien li Gvern Laburista ħadem man-nies, kien preżenti waqt kriżi globali bħalma hi l-pandemija u r-riformi li saru u oħrajn proposti li jsiru. 'Dan hu partit magħqud li joffri l-istabbilità' Ftit mument wara li tħabbret ir-rebħa tal-PL, l-ILLUM tkellmet ma' Ian Borg li bi tbissima qalilna li r-rebħa għall-partit hija konferma li, "il-ġid li għamel il-Gvern fl-aħħar snin ġie apprezzat u n-nies ivvutaw għal din il- viżjoni". Tenna li l-viżjoni tal- PL kienet pjuttost waħda pożittiva. Fl-aħħar huwa temm jgħid li jinsab kuntent li l-PL, għat-tielet darba, għamel rebħa importanti. 'Lill-poplu tajnih il-viżjoni, issa li jonqos hu li nxammru l-kmiem' Min-naħa l-oħra Rosianne Cutajar, irringrazzjat lil dawk kollha li għażlu li jagħtu l-fiduċja lill-PL. Hija temmen li l-poplu ta l-fiduċja għax jafda lill-PL, "jaf li għandna l-kompetenza u jaf li għandna r-rieda li nimplimentaw l-1000 proposta li ressaqna lill-poplu." Dan apparti li tgħid li issa l-partit beħsiebu jkompli jaħdem biex aktar minn qatt qabel, il-pajjiż ikollu futur sabiħ. Cutajar tgħid ukoll li bla dubju wieħed mil-fatturi li wassal għar-rebħa kien ix-xogħol li jsir minn wara l-kwinti, mhux biss mill-politiċi iżda l-volontiera kollha. "Dan kien riżultat ta' tim wieħed għaliex inti ma tistax tmur quddiem l-elettorat mingħajr viżjoni u kredibilità. Lill-poplu tajnih mill-ġdid il-viżjoni tagħna. Issa jonqos li nxammru l-kmiem u li nimplimentaw din il-viżjoni," temmet tgħid Cutajar. 'Huwa evidenti li l-poplu apprezza l-ħidma kbira' Alex Muscat qal li minkejja li fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 kien hemm maġġoranza minn naħa tal-PL, "baqa' Gvern tal- poplu u dan hu mandat kbir ta' fiduċja lill-Prim Ministru Robert Abela." Huwa kompla jgħid li d-direzzjoni tal-PL hija tajba, ix-xogħol li wettaq il-Gvern f 'dawn l-aħħar disa' snin huwa tajjeb wkoll iżda issa wasal iż-żmien li, "nibqgħu mixjin u niġru 'l quddiem f 'dik id- direzzjoni." Meta mistoqsi x'wassal għal din ir-rebħa huwa wieġeb, "ħidma bla waqfien, ġid bla preċedent u l-fatt li dan il-ġid laħaq lin-nies u baqa' f 'kuntatt kontinwu mal-poplu." 'Dan huwa messaġġ mill-elettorat li l-politika ta' Gvern Laburista tagħmel differenza' Fis-sala tal-għadd tal-voti ngħaqdet mal-kandidati, il-Membru tal-Parlament Ewropew (MEP) Josianne Cutajar li stqarret kif il-Gvern Laburista wettaq diversi miżuri fosthom l-irkupru ekonomiku waqt il-pandemija, "fejn anke konna b'ċertifikati ekonomiċi tajbin". Tgħid ukoll li waqt dan kollu, r-riformi baqgħu għaddejin minkejja l-pandemija. Ir-rebħa għall-PL, fl-opinjoni tagħha, hija messaġġ mill-elettorat Malti u Għawdxi, li l-politika ta' Gvern Laburista qed tagħmel differenza għall-ħajja ta' kuljum. Tgħid ukoll li fattur li wassal għal din ir-rebħa kien manifest "straordinarju" bi proposti importanti li jolqtu s-setturi differenti tas-soċjetà. 'Irridu nifhmu għaliex kien hemm min għażel li ma jagħtix il-fiduċja lill-PL' Fl-aħħar il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Byron Camileri, li stqarr li din ir-rebħa għalih hija ta' sodisfazzjon kbira. "Minkejja r-rebħa, minn għada rridu nifmu lil dawk il-persuni li għażlu li ma jagħtuniex il-fiduċja u nindirizzawhom". Huwa temm jgħid li fl- aktar mumenti ta' sfida Gvern Laburista indirizzahom u kien man-nies u dan ġie apprezzat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2022