Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462899
elezzjoni2022 09 illum • IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2022 X'wassal għal telfa diżastruża għall-PN? Ftit ħin biss wara li tħabbar ir-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali, l-ILLUM tieħu l-kummenti ta' wħud mill- esponenti tal-Partit Nazzjonalista preżenti fiċ-Ċentru ta-Għadd tal-Voti fin-Naxxar MARIANNA CALLEJA L-atmosfera fis-Sala tal- għadd tal-voti kienet waħda unika. Fejn fin-nofs tas-sala ħakem il-briju u l-kant, jserħu fil-kantunieri u mal-ħitan stajt tara lil xi Nazzjonalist iddiżapuntant jew lil xi Nazzjonalista konfuża tistaqsi x'wassal għal dan ir-riżultat. Din l-istess mistoqsija bla dubju qed jistaqsiha kull persuna li mhux jemmen ir- riżultat rekord li kiseb il-Partit Laburista, imma x'inhi r-risposta tal-kandidati Nazzjonalista għal din l-istess mistoqsija? 'Il-PN se jkollu l-mumenti tiegħu ... irid jirrifletti fuq x'tibdiliet jistgħu isiru' – Michael Piccinino Is-Segretarju Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista Michael Piccinino kien wieħed minn dawk li minkejja r-riżultat u d-diżappunt xorta baqa' fis-Sala tal-għadd tal-voti f 'kull mument sabiex jassigura li "kull vot jgħodd." L-ILLUM tkellem ma' Piccinino qabel ma sar magħruf li l-Partit Laburista rebaħ din l-elezzjoni b ' m a ġ ġ o r a n z a assoluta u fil- fatt l-ewwel frażi li qal lill- gazzetta kienet "huwa kmieni wisq." Għaldaqstant i s - S e g r e t a r j u Ġenerali qal li fiż-żmien li ġej il- Partit Nazzjonalista għandu obbligu inkluż lejn l-eluf ta' nies li taw il- fiduċja tagħhom lill-partit u dan jinkludi li l-Partit innifsu jirrifletti. "Jirrifleti kif jista' jkun aħjar, kif se jkompli jisaħħaħ anke bħala oppożizzjoni biex ikompli jimbotta l-viżjoni għal pajjiżna." Qal li jaħseb li hemm numru ta' fatturi għaliex il-poplu fl- aħħar minn l-aħħar iddeċieda li jivvota kif ivvotaw. Mal-ILLUM temm jgħid li jaħseb li fil-ġimgħat li ġejjin il-PN se jkollu l-mumenti fl- istruturi interni tiegħu fejn ikollu jirrifletti fuq ir-riżultati u l-kampanja, fuq x'seta' sar aħjar, x'jista jitgħallem u x'tibdiliet jistgħu ssiru. 'Wara kull vot hemm storja ... anke jekk ma ħarġux jivvotaw, tajjeb nistaqsu għaliex' – Albert Buttiġieġ Is-sindku ta' San Ġiljan u kandidat għall-Partit Nazzjonalista fuq id-disa' u l-10 distrett ammetta mal-ILLUM li ovvjament id-diżappunt wara t-telfa ħasu żgur iżda aċċetta li dan il-proċess kollu hu parti mid-demokrazija. "Il-poplu għażel u allura aħna rridu dejjem nirrispettaw dik l-għażla," qal Buttiġieġ. Mistoqsi x'jaħseb li kienu l-fatturi li wasslu għal distakk daqsekk kbir, huwa saħaq li ma jaħsibx li jkun hemm fattur wieħed biss għalfejn rebaħ partit u tilef ieħor. Kompla li f 'dawn il-jiem li ġejjin jistenna li l-partit jagħmel eżami tal- kuxjenza u jifhem sewwa dak li ġara u dak li ma ġarax. "Irridu nkunu kapaċi u kuraġużi biżżejjed biex nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn." Dawn id- deċiżjonijiet skont Buttiġieġ iridu jsiru mhux biss għal ġid tal-PN imma wkoll għall-pajjiż li filwaqt li għandu bżonn Gvern b'saħħtu għandu bżonn ukoll l-istess mill-oppożizzjoni. Fl-aħħar is-Sindku sostna li ż-żewġ partiti jridu jpoġġu rashom flimkien għal ġid tal-pajjiż għax "aħna ħriġna fil-politika għal ġid tal-pajjiż mhux għal dak personali." Fakkar ukoll li wara kull vot hemm storja anke jekk in-nies ma ħarġux jivvotaw. 'Nirrispettaw id-deċiżjoni tal- poplu bħal ma dejjem għamilna' – Ian Vassallo Hagi Ikun xi jkun ir-riżultat personali tiegħu, Ian Vassallo Hagi kandidat fuq is-seba' distrett, wiegħed li se jibqa' jaħdem dejjem għal Malta. Dan qalu mal-ILLUM meta mistoqsi l-istess mistoqsija tal-kandidati l-oħra. Qal li l-Partit se jirrispetta d-deċiżjoni tal-poplu bħal ma dejjem għamel iżda bħala partit se jibqgħu jaħdmu għal Malta. "Nemmen li l-Partit Nazzjonalista kien, kemm fil-passat u anke bħalissa, dejjem fuq in-naħa t-tajba tal-istorja u "se nibqgħu naħdmu biex inkunu ta' servizz bħala opożizzjoni b'saħħitha." Mitlub mill- ILLUM biex isemmi raġunijiet għaliex jaħseb li l-partit kiseb dan ir- riżultat, u sostna li skont hu għadu wisq kmieni biex jiddeċiedu. Temm jgħid li jemmen li jkun hemm diversi fatturi imma "issa irridu nistudjaw ir-riżultat finali x'kien u forsi fejn kien hemm riżultat niddiskutuh bejnietna." Is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino Albert Buttigieg Ian Vassolo Hagi