Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652
17 analiżi illum • IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 mhumiex problema ta' min isuq biss. "Issa li hawn amministrazzjoni ġdida, nixtiequ li din il-ħaġa terġa' tittieħed bis-serjetà u tiġi diskussa mal-istakeholders kollha." 48 każ ta' korriment gravi fi żmien xahrejn Din l-għaqda tgħid li, parti mill-problemi li hawn fil-pajjiż mil-lat ta' sigurtà fit-toroq, hu li l-infurzar mhux b'saħħtu biżżejjed. Għalhekk tgħid li biex tikkoordina l-elementi kollha u tirranġa din is-sitwazzjoni, hemm bżonn li titfwaqqaf awtorità li torganizza l-affarjiet kollha f 'dan il-qasam, taħt kappa waħda, b'aġenda waħda. "Għaliex? Għax dan l-aħħar snin konna qed nitilfu bejn 15 u 20 persuna fis-sena minħabba inċidenti. U dawk l-imwiet biss. Fir-rigward ta' korrimenti gravi jkollna mat-300 każ fis- sena. Dawn ifissru nies li tilfu x-xogħol, ikunu rikoverati fl- isptar mill-inqas sitt ġimgħat. Kif ukoll hemm ir-realtà li l-persuna mweġġa' possibilment tkun dik li jkollha d-dħul ewlieni tal- familja," qalet l-NGO. Kien hawn li Gatt, li huwa kirurgu fit-taqsima tal-ortopedija spjega li huma jikklassifikaw korriment li jkun gravi meta jkun ksur kbir. L-agħar każi jkunu dawk ta' ksur tal-pelvi, fil-kuxtejn u l-qasba tas-sieq. Qal li mill-ewwel tas-sena sa' din il-ġimgħa kien hemm 48 persuna li ddaħħlet l-isptar minħabba inċidenti. Minn dawn 38 persuna kienu sewwieqa jew passiġġiera u 10 persuni kienu mexjin fit-triq. Il-kirurgu jgħid li meta mqabbla ma' inċidenti industrijali, seħħew aktar inċidenti tat-traffiku u dan juri l-problema li għandu l-pajjiż. 'Il-karozzi f 'Malta huma l-king of the road' L-għaqda tenniet li l-karozzi jieħdu preċedenza qabel kull aspett ieħor fit-toroq Maltin. "B'mod ġenerali nibża' li l-ewwel it-tieni u t-tielet priorità hija l-karozza imbagħad forsi jiġi l-aspett ta' sigurtà. Il-karozzi f 'Malta huma l-King of the road." L-għaqda fakkret li skont il-kalkoli tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa (WHO), l-ispiża ekonomika ta' dawn l-inċidenti, għall-pajjiżi bi dħul medju huwa ta' 1.5% tal-Prodott Gross Domestiku, "jiġifieri jekk tikkalkulaha ma' Malta, iċ-ċifra tiġi bejn €200 u €250 miljun, li hi ċifra li kważi lanqas temminha. Għal dan m'għandniex studji speċifiċi imma huwa importanti li naċċettaw u nemmnu li għandna problema kbira, kemm mil-lat ekonomiku u anke uman." Gatt għalhekk kompla jgħid li biex din il-problema tittieħed verament bis-serjetà, trid tħares lejn diversi aspetti fosthom dak legali u tal-infurzar. Għalhekk jisħaq fuq l-importanza ta' awtorità. 'Imma x'inhu jikkawża dawn l-inċidenti?' Il-gazzetta ILLUM staqsiet: L-ammont sostanzjali ta' karozzi fit-toroq, qed ikunu parti mill- problema tal-inċidenti? Wasal iż- żmien li ngħollu l-età tal-liċenzja tal-karozza? Hawn l-għaqda tgħid li hemm diversi fatturi li jwasslu għal- inċidenti u allura wieħed ma jistax jgħid liema hija dik il-kawża ewlenija. Gatt, filwaqt li ma jarax il- bżonn li ngħollu l-età tal-liċenzja tal-karozza jgħid li, "l-mument li tgħaddi mit-test tal-karozza ma jibqgħux jintużaw ir-regoli li wieħed ikun tgħallem waqt il- lezzjonijiet proprju biex jitla' għat- test. X'inhi r-raġuni m'għandniex risposta għaliha! Għalhekk huwa importanti li jkollna awtorità, li twieżen u tirregola dak kollu li qed jiġri hemm barra." Punt ieħor li qajjem Gatt huwa l-fenomenu ta' distracted driving. Jgħid li filwaqt li l-islogan tagħhom bħala NGO hija 'eyes on the road', jisħaq li fil-pajjiż qed jinħolqu diversi distrazzjonijiet li jwasslu biex is-sewwieq jaljena rasu. Fosthom huwa jsemmi; billboards, screens u ornamenti oħra li jiġu inawgurati ma' xi triq ġdida. "Għalkemm tista' toqgħod tgħid li tagħmel ħaġa u oħra, din għandha ssir b'mod professjonali. Dak hu l-punt tat-tluq, li jkun hemm xi ħaġa ddedikata għal din il-kwistjoni biss. Issa qabel ma ssolvi l problema tkun xi tkun, trid tara li għandek problema u tammetti li għandek problema," kompla jgħid Gatt. 'Jekk ma taħsibx li se tiġri lilek u tkun involut f 'inċident, sejjer żbaljat' Doctors for Road Safety tgħid li, minkejja li din hija reazzjoni umana normali, l-kunċett li persuna taħseb li qatt ma tista' tkun involuta f 'inċident u li, 'u le din mhux se tiġri lili', hu wieħed żbaljat. Jikkwota għal darb'oħra lill- Organizzjoni Dinjija tas-Saħħa li tgħid illi s-sigurtà fit-triq mhux biss għas-sewwieqa iżda wkoll għal dawk kollha li jinsabu fit- Triq. L-WHO tgħid li dawk li jkunu fit-triq u jintlaqtu b'karozza li għaddejja bil-veloċità ta' 30 km fis-siegħa għandhom ċans ta' 90% li jgħixu, filwaqt li dawk li jintlaqtu b'velotċità ta' 45 km fis-siegħa għandhom inqas minn 50% ċans li jgħixu. Minn naħa l-oħra dawk li jintlaqtu b'80 km fis-siegħa m'għandhom l-ebda ċans li jgħixu. "Kulħadd iħossu superman… Ejja ngħidu li ma tiġrix lilek, però qed tħallas għaliha inti. Dan kollu npattu għalih aħna mit-taxxi ta' kulħadd. Fl-aħħar tal-ġurnata hija problema ta' kulħadd mhux biss min għandu karozza," żiedet l-NGO. 'Il-Maltin dipendenti wisq fuq is-sewqan' L-NGO tgħid li Malta hija dipendenti wisq fuq is-sewqan u l-karozzi tagħna. Gatt jgħid li meta persuna tkun dipendenti fuq l-alkoħol l-ewwel stadju tal-programm huwa li wieħed jirrikonoxxi li għandu problema u għalhekk tgħid li pajjiżna hekk għandu bżonn li jagħmel. Ray Gatt temm jgħid mal- ILLUM li "l-għan tagħna huwa li nwasslu biex mhux insewwu l-iżball iżda li nipprevjenu milli jsir." 'Illum il-karozzi għandhom poter qawwi u jekk ma nużawhomx sew ikunu 'killing machines'