Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 Kultura IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum Nilqgħu lill-Papa fostna! Il-Ħniena FRANK ZAMMIT Bħal-xheda għasel mimlija bin- naħal bieżel, li ma jiqfax mument mix-xoghol iffukat li jwettaq hekk ukoll il-Papa Frangisku bl-uffiċċju tal-Elemozinerija tiegħu li ma tieqaf qatt tassisti lill-vulnerabbli li jgħixu fil- periferija tas-soċjetà. Sa mil- bidu tal-pontifikat tieghu, l-Papa Franġisku wera' b'mod ċar x'kellha tkun l-għajnuna tiegħu lejn il-fqir, lejn il-marid, lejn il- priġunier. Viżjoni li tinkorpora fiha l-priedka tal-opri tal-ħniena minn Sidna Gesu Kristu. Fil-bidu tal-pontifikat tiegħu l-Papa Frangisku għolla għad- dinjità kardinalizja lil-Elemozinier tiegħu. Mhux biex jimlih b'xi mondanità anzi dejjem jgħidlu li qatt ma jrid jarah fil-kuriduri tal-Kurja Rumana imma biss fit- toroq ta' Ruma jassisti lil-fqar tieghu. Għax fuq kollox il-Papa jgħix l-irwol ta' Isqof ta' Ruma kif għandu jagħmel. Mhux hekk biss imma lil- Elemosineria Apostolica, permezz tal-Kostituzzjoni Apostolika gdida Predicate Evangelium għolliha għad-dinjità ta' Dekasteru bl- Elemozinier saħansitra jibda jissejjaħ bħala l-Prefett. Din il-kostituzzjoni appostolika ġdida ħadem fuqha l-Kunsill tal- Kardinali u l-Papa Frangisku ser jippromulgaha nhar is-solennita' tal-Pentekoste. Din il-kostituzzjoni ser tissostitwixxi l-Kostituzzjoni Appostolika Pastor Bonus ta' San Gwanni Pawlu "Il-Kbir" li kien inawguraha lejliet is-solennita' ta' San Pietru u San Pawl tal-1988. L-oriġini tal-elemosineria tmur lura għall-ewwel sekli tal-Knisja, meta xi djakni kienu ġew inkarigati mill-Papa biex iqassmu l-karità lill- foqra ta' Ruma. Sussegwentement din il-kariga kienet eżerċitata minn membri familjari tal-Papiet mingħajr dinjità ġerarkika jew prelatika speċjali, li ngħatat aktar tard. F'bolla tal-Papa Innoċenz III naqraw li l-Elemozinier kien rwol/ uffiċċju diġà eżistenti. Madankollu, il-karità ġiet stabbilità formalment fis-seklu tlettax mill-Papa Girgor X. Bdiet mill-pontifikat ta' Ljun XIII, din l-istituzzjoni għandha l-inkarigu li tibgħat il-parċmini bil-barkiet papali u d-dħul mill- offerti ta' dawk li jitolbu l-parċmini jingħata għall-opri ta' karità tal- Papa. Fil-5 ta' Ġunju 2022, bid-dħul fis- seħħ tal-kostituzzjoni appostolika, il-Praedicate evangelium se tieħu l-isem doppju ta' "Dikasteru għall- qadi tal-karità" u "Elmożinerija appostolika", u ssir immedjatament għal kull effett korp intern tal- Kurja Rumana. In Coena Domini fil-Habs tal- minorenni Il-Papa Franġisku wera kemm iħobb lill-vulnerabbli sa mill- ewwel jiem wara l-elezzjoni tiegħu għas-Servizz Petrin meta għas-solennita' ta' Ħamis ix-Xirka għamel il-liturġija ta' din il-festa għażiża fil-Ħabs tal-minorenni ta' Casal del Marmo. Il-Papa Franġisku ried ikompli f 'Ruma dak li kien drawwa għalih fi Buenos Aires: li jiċċelebra Quddiesa "in Coena Domini", nhar is-solennita ta' Hamis ix- Xirka bir-rit tal-ħasil tar-riġlejn f 'post sinifikanti, fost dawk li jigu l-ahhar. Għalhekk l-għażla tal- ħabs tal-minorenni Ruman ta' Casal del Marmo, fejn ħasel saqajn 10 subien u żewġ bniet, Taljan u ieħor Serb. Ġie mxandar dan kollu esklussivament mir-Radju Vatikan. Il-Quddiesa, li damet siegħa b'kollox, spiċċat bir-"ripożizzjoni" tas-Santissimu Sagrament, tipika tal-liturġija tal-Ħamis ix-Xirka. Wara ċ-ċelebrazzjoni, laqgħa fil-ġinnasju, bit-tislima tal-Papa lit-tfal u 150 persuna tal-familja tal-Istitut. Ir-rigal taż-żgħażagh lill-Papa: kurċifiss tal-injam u nginokjatur tal-injam, magħmulin minnhom stess fil-ħanut tal- artiġjanat tal-ħabs, filwaqt li l-Papa Franġisku ta bajd tal-Għid u l'"colomba" lil kulħadd. Applaws kbir sellem id-dħul tal-Papa fil-ġinnasju tal-istitut penali tal-minorenni Casal del Marmo, akkumpanjat minn Patri Leonardo Sapienza u l-Ministru tal-Ġustizzja, Paola Severino. "Int l-ewwel kustodju ta' dawn it-tfal u t-tamiet tagħhom," qalet il-ministru: "Huma joħolmu li l-ħajja futura tagħhom tista' tkun sempliċi u onesta, kif kitbu. Wara li ħasel saqajn dawn iż-żgħażagħ u ħares lejhom, wieħed seta' jinnota tant mħabba f 'għajnejh, u l-ispirtu ta' servizz li jrid ikollna lkoll". Imbagħad kien imiss lill-Papa Franġisku, li wara li rringrazzja lill-ministru u lill- awtoritajiet daru lejn iż-żgħażagħ u qalilhom: "Nirringrazzjakom, żgħażagħ, tal-merħba tagħkom. Jien kuntent li nkun magħkom. Inharsu 'l quddiem! Tħallux it- tama tagħkom tinsteraq! Fhimtu? Dejjem, bit-tama, 'l quddiem". Imbagħad il-Papa bies u sellem liż-żgħażagħ, li reġgħu lura f 'posthom viżibilment mpressjonati, kif irrappurtat mill- kummentarju esklussiv ta' Radju Vatikan. Il-Papa ta lil kulħadd bajda u ħamiema tradizzjonali tal-Ghid maghrufa mat-taljani bhala l-"colomba".. Meta mistoqsi minn tifel dwar ir-raġuni għall- għażla ta' Casal del Marmo, il-Papa Franġisku wieġeb: "L-affarijiet tal- qalb m'għandhomx spjegazzjoni, jiġu waħedhom". Dan l-avveniment seħħ fl-ewwel gimgħat tal-Pontifikat tiegħu. Id- direzzjoni ta' dan il-pontifikat kien diġà ċar daqs il-kristall! Attività taht il-Kolonnat tal- Bernini L-Elemozinier Papali, l-Kardinal Konrad Krajewski jew Don Corrado kif iħobb li jiġi msejjaħ, ma jħobbx jidher fil-pubbliku b'dak li jagħmel kuljum favur il-fqir u l-batut. Qatt ma jagħti intervista lil xi ġurnalist li jaqbdu f 'xogħlu bil- lejl. Hu jgħid li jaghmel hekk ghax mhux fl-istil tal-vanġelu li joqgħod jiddandan bl-operat tiegħu. Ma ninsew qatt kliem Ġesu li tul ħajtu kien iwissi li meta wieħed jagħmel karità, l-id tax-xellug ma tkunx trid taf x'qed tagħmel l-id tal-lemin. Xi kultant lanqas jaċċetta flus minn persuni li jiddandnu b'li jkunu qed jagħmlu. Ħafna drabi jispjegalhom li l-karità ma tħarisx fil-wiċċ tal-batut u li l-flus ma jingħatawx biex wieħed iraqqad il- kuxjenza tiegħu. Dan mhux dak li jistenna minnha l-Vangelu. Grupp ta' Amerikani li kienu qed iżuru l-Vatikan żaru lil Don Corrado sabiex jagħtuh somma interessanti ħafna ghall-karità. Xtaqu jiffinanzjaw xi showers fejn setgħu jinħaslu kuljum il-fqar tad- dintorni Vatikani. – Għalhekk hu tahom parir biex dawn l-ewwel immorru jduru dawra mal-Vatikan biex jaraw b'għajnejhom imorru jaraw u wara jixtru u jġibu din il-faċilità biex tkun tista tibda topera. Dan il-proġett irnexxa. Dawn ix-showers taħt il-kolonnat tal- Bernini jinħaslu fihom aktar minn 150 persuna kuljum, dawk bla dar….b'kollox 4,500 persuna jużaw dan is-servizz tal-Elemozineria kull xahar. L-attività tal-barbiera u s-servizz tax-xagħar għan-nisa huma wkoll fl-aqwa tagħhom f 'xi wħud mill-kmamar biswit ix- showers taħt il-kolonnat. Kollox huwa b'xejn, inkluż ix-xogħol tal-barbiera u tal-parrukkiera, li huma voluntiera, karità fis-servizz tal-foqra, xogħlijiet moderni ta' ħniena korporali" li ħafna ddeċidew li jwettqu, bħal barbier li jiġi mill-Calabria, żewġt iljieli fuq il-ferrovija darba fix-xahar 200 sleeping bag, showers, barbier u l-Kont tal-Ħniena - Il-qalb tal-Papa Franġisku li mill-bieraħ is-Sibt sal-lum il-Ħadd se jkun qed idur madwar pajjiżna u jiltaqa' mhux biss mal-awtoritajiet u l-komunitajiet iżda wkoll mal-immigranti. L-Ambaxxatur Malti Fis-Santa Sede Frank Zammit jikteb... Il-Papa Franġisku jaħsel is-saqajn taż-żgħażagħ fil-ħabs tal-minorenni ta' Casal del Marmo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022