Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

kummerċjali IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum 24 L-involviment taċ-ċittadin jista' jifforma l-ibħra tagħna F'DAWN l-aħħar xhur, l-Aw- torità tal-Ippjanar bħala parti minn proġett madwar l-Ewropa kollha dwar l-Ippjanar tal-Is- pazju Marittimu wettqet stħar- riġ bil-ħsieb li tkabbar il-fehim tal-Awtorità dwar kif u x'jaħseb il-pubbliku dwar kwistjonijiet tal-ispazju marittimu. Alexia At- tard mill-Awtorità tal-Ippjanar ta' Malta (PA) taqsam għaliex il-parteċipazzjoni tal-pubbliku hija neċessità biex nippjanaw u nimmarkaw kif ngħixu fuq, ħde- jn u mal-kosta u l-baħar. Lura fl-2014 il-Parlament Ew- ropew fittex il-ħtieġa li jinħoloq qafas għall-Ippjanar Spazjali Marittimu (MSP) bil-għan li jiġi mmaniġjat b'mod sistem- atiku l-użu tal-ibħra tagħna, biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-bniedem isiru b'mod effiċ- jenti, sigur u sostenibbli. "Id-Direttiva tal-Ippjanar Spazjali Marittimu tal-UE għandha l-għan li tnaqqas il-kunflitti u toħloq sinerġiji bejn attivitajiet marittimi dif- ferenti, tinkoraġġixxi t-tkabbir fl-ekonomija blu, iżżid il-koop- erazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u tipproteġi l-ambjent u l-eko- sistemi minn impatti umani ta' ħsara," tispjega Alexia Attard, l-Uffiċjal tal-Ippjanar speċjal- izzat fl-ippjanar spazjali marit- timu u l-immaniġġjar tal-kosta fi ħdan il-Green and Blue De- velopment Unit tal-PA. Fl-2020, l-Awtorità tal-Ippja- nar flimkien ma' kontroparti- jiet oħra mill-Italja, Franza, il-Greċja, is-Slovenja u Spanja imbarkaw fuq proġett ta' €2.5 miljun iffinanzjat mill-Fond Ewropew Marittimu u s-Sa- jd (EMFF). L-għan primarju tal-proġett MSP-MED huwa li jappoġġa l-istabbiliment ta' pjanijiet koerenti u kkoordi- nati madwar ir-reġjuni tal- baħar tal-Mediterran u bejn l-Istati Membri, f'konformità mad-Direttiva MSP. Għal Mal- ta, ir-riżultat ta' dan il-proġett mistenni jgħin lill-Awtorità tal-Ippjanar fir-reviżjoni tal- Pjan Strateġiku għall-Amb- jent u l-Iżvilupp li huwa me- qjus bħala l-Pjan Nazzjonali għall-Ispazju Marittimu f'Mal- ta. Xi ftit xhur ilu, permezz tal- Proġett MSPMED, il-PA wet- tqet stħarriġ man-nazzjon kol- lu maħsub biex jaċċerta kemm hu mifrux l-għarfien pubbliku dwar il-mod kif juża diretta- ment jew indirettament il- baħar u kif il-pubbliku fil-fatt jipperċepixxi l-potenzjal futur tal-baħar. X'urina l-istħarriġ? "Mis-sejbiet tal-istħarriġ joħorġu għadd ta' riżultati in- teressanti. Pereżempju, ħamsa fil-mija biss ta' dawk li wieġbu jqisu l-impjieg tagħhom bħala relatat mal-baħar. In-numru kbir (27%) ta' dawn il-parteċi- panti ġejjin mir-Reġjun tal- Port tat-Tramuntana. Dan mhux sorprendenti. Meta Kemm-il darba nieqfu u naħsbu jekk ix-xogħolijiet tagħna ta' kuljum għandhomx xi effett fuq il- mod kif nużaw l-ibħra tagħna? Li taqbad il-mowbajl sabiex tiċċekkja notifika hija possibbli biss minħabba internet cable li hemm taħt l-ilma. Li taħsel idejk huwa possibbli biss permezz ta' impjant kostali ta' reverse osmosis li jibdel l-ilma baħar f'ilma desalinizzat. Id-domanda għall-ispazju tal- baħar u kostali hija għolja–allura x'inhi s-soluzzjoni sabiex jiġi żgurat li l-prijoritajiet qed jintlaħħqu mingħajr ma ssir ħsara lill-ekosistemi fraġli tal-kosta u tal-baħar? Alexia Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022