Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta għadu kemm nieda l-iskeda ta' titjiriet tiegħu għall- istaġun tas-sajf. Din l-iskeda tinkludi 99 rotta f '34 pajjiż differenti, jiġifieri kważi 80% tal-konnettività li kienu jgawdu minnha l-Gżejjer Maltin fis-sajf tal-2019. Nhar il-Ħadd li għadda, l-ajruport laqa' titjira minn Shannon li, għall-ewwel darba, ser tkun qed tipprovdi konnessjoni diretta bejn Malta u l-kosta fuq in-naħa tal-Punent tal-Irlanda sa Ottubru. Din it-titjira ser tkun operata darbtejn f 'ġimgħa minn Ryanair, flimkien mas-servizz offrut mill-istess linja tal-ajru tliet darbiet f 'ġimgħa lejn il-kapitali tal-Irlanda – Dublin. Ryanair ser tintroduċi wkoll servizz lejn Bordeaux; waħda mid-disa' rotot li ser jgħaqqdu lil Malta u Franza għax-xhur tas-sajf. Franza ser ikollha t-tielet l-aktar ammont ta' rotot matul is-sajf li ġej, wara l-Italja, li ser tkun tista' tintlaħaq permezz ta' 21 rotta, u r-Renju Unit, li ser ikollu 12-il rotta, fosthom dik ta' Bristol li hija titjira ġdid għal-linja tal-ajru Jet2. "It-tim tal-Iżvilupp tat-Traffiku tal-ajruport u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħadmu bla heda sabiex jirkupraw kemm jista' jkun possibbli l-konnettività li kellna qabel il-pandemija, u l-iskeda ta' titjiriet tagħna għas- sajf hija xhieda tas-suċċess ta' din il-ħidma. Il-konnessjonijiet li ksibna jawguraw tajjeb għax- xhur li ġejjin, u l-fiduċja tagħna li l-istaġun li ġej ser ikun ferm aħjar miż-żewġt isjuf ta' qablu kompliet tiżdied hekk kif il-Prim Ministru wiegħed li l-gvern ser ikun qiegħed ineħħi r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 li fadal. Huwa biss jekk inħallu lin-nies jerġgħu jibdew jivvjaġġaw b'mod ħieles lejn Malta, li nkunu nistgħu tassew nibdew nikkompetu ma' destinazzjonijiet Mediterranji oħrajn," qal il-Kap Eżekuttiv tal- MIA Alan Borg. Kienu ħafna l-linji tal-ajru li diġà taw lil Malta bħala destinazzjoni l-vot ta' fiduċja tagħhom permezz tat-tnedija ta' servizzi ġodda jew il-bidu mill-ġdid ta' titjiriet li kienu ġew sospiżi mat-tifqigħa tal-COVID-19, u t-tneħħija tar-restrizzjonijiet għandha tagħti spinta tant mixtieqa lill- kunfidenza tal-konsumatur. F'April, il-linja tal-ajru Transavia France hija mistennija tirritorna lejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta bis-servizz tagħha lejn Orly f 'Pariġi, wara li kienet waqqfet l-operat tagħha f 'Marzu 2020 minħabba l-pandemija. F'April, ser naraw ukoll lil Air Baltic terġa' tgħaqqad lill-Gżejjer Maltin mal- Latvja permezz ta' titjira lejn il- kapitali Riga, u lil-linja nazzjonali Air Malta żżid servizz ta' tliet darbiet f 'ġimgħa lejn Madrid mal- iskeda tagħha. Il-linja tal-ajru Spanjola Vueling ser tintroduċi titjiriet lejn Bilbao, il-belt Spanjola sinonima mal-Bilbao BBK Live festival, li ser ikunu operati kull nhar ta' Erbgħa u nhar ta' Sibt bejn ix-xhur ta' Ġunju u Ottubru. L-Ajruport iniedi l-iskeda tas-Sajf u jilqa' l-wegħda li r-restrizzjonijiet tal-Covid jitneħħew kollha L-istat tad-dritt u l-kondizzjonalità: Il- Kummissjoni għandha tibda l-proċedimenti immedjatament Il-Kummissjoni Ewropea għandha tieħu azzjoni urġenti u tapplika minnufih il-Mekkaniżmu ta' Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt billi tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati bil-miktub. F'riżoluzzjoni adottata il-Membri Parlamentari Ewropej laqgħu s-sentenza reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li ċaħdet l-azzjonijiet mill- Ungerija u l-Polonja kontra r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità mal-Istat tad-Dritt, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Qorti li r-regolament huwa konformi mad-dritt tal-UE u s-setgħat tiegħu fir- rigward tal-istat tad-dritt. Il-Parlament jenfasizza li wasal iż-żmien li l-Kummissjoni twettaq id-dmirijiet tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati tal-UE u tirreaġixxi għall-ksur li għaddej tal-prinċipji tal-istat tad-dritt f 'xi Stati Membri tal-UE, li huma ta' periklu għall-interess finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. In-nuqqas ta' azzjoni lejn strutturi oligarkiċi jdgħajjef l-Unjoni Ewropea kollha, jgħid it-test, u jinsisti li l-flus ta' min iħallas it-taxxa jeħtieġ li jiġu protetti kontra dawk li jdgħajfu l-valuri tal-UE. Il-Membri tal-PE jikkunsidraw it-tweġiba tal- Kummissjoni għad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal- Ġustizzja tas-16 ta' Frar 2022 bħala "inadegwati" u jenfasizzaw li l-Kummissjoni għandha d-dmir li timplimenta l-leġiżlazzjoni tal-UE "irrispettivament mill-iskedi elettorali fl-Istati Membri". Ir-riżoluzzjoni tinnota li, f 'Ottubru 2021, il- Parlament nieda azzjoni kontra l-Kummissjoni minħabba n-nuqqas tagħha li tapplika r-regolament u għat-tentattiv tagħha li "tilgħab għall-ħin". Il-MEPs jenfasizzaw li l-Mekkaniżmu għall-Kundizzjonalità mal-Istat tad-Dritt għandu jiġi applikat kemm għall- baġit tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-fondi tal- pakkett NextGenerationEU. Ir-regolament dwar il-kundizzjonalità baġitarja daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021, iżda l-Kummissjoni s'issa naqset milli tapplikah. Fil-11 ta' Marzu 2021, il-Polonja u l-Ungerija kkontestaw ir-regolament fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. Il- Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-16 ta' Frar, fejn ċaħdet iż-żewġ appelli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022