Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 • illum aħbarijiet 'Anke jekk żgħira, Malta tista' tilgħab rwol importanti ... kruċjali li Malta turi appoġġ mal-Ukrajna' Malta stiednet lill-President Ukren Volodymyr Zelensky biex jindirizza l-Parlament Malti meta dan jerġa' jiftaħ. Malta kellha tagħmel din l-istedina? X'differenza din tista' tagħmel għall-Ukrajna? B'xi mod din tista' taffettwa n-newtralità ta' Malta? L-Oppożizzjoni qed tappoġġja din l-istedina? L-ILLUM titkellem mal-Kap tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali tal-Università u anke mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin YENDRICK CIOFFI "Huwa kruċjali li Malta turi appoġġ mal-Ukrajna. Anke jekk pajjiż żgħir, Malta tista' tilgħab rwol importanti." Hekk saħaq il-Professur James Sater li jmexxi d-Dipartiment tar- Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università ta' Malta. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Professur Sater ftit jiem biss wara li l-Ministru l-ġdid għall- Affarijiet Barranin, Ian Borg, ħabbar li l-Gvern Malti stieden lill-President Ukren, Volodymyr Zelenskyy biex jindirizza lill- Parlament Malti malli dan jerġa' jiftaħ. Immedjatament wara, bdew ir-reazzjonijiet u l-kummenti. Min jaqbel u jgħid li dan huwa ġest mill-isbaħ u min jisħaq li Malta qed tindaħal fejn ma jesagħhiex u li xi ħaġa bħal din tista' taffettwa n-newtralità ta' Malta. Propju dwar dan kollu, il- gazzetta ILLUM tkellmet mal- Professur James Sater li saħaq li l-istedina ta' Malta hija turija ta' appoġġ u fuq kollox ġest diplomatiku. Insista li dan ma għandu xejn x'jaqsam u bl-ebda mod mhu se jkun qiegħed jaffettwa n-newtralità ta' Malta. Fakkar li wara kollox, la Malta u lanqas l-Ukrajna ma huma membri tan-NATO, alleanza militari li tiġbor fiha 30 pajjiż. "Din l-istedina mhux se jkollha xi effett dirett fuq in- newtralità u f 'dan ir-rigward mhu se tkun qed biddel xejn," insista l-Professur. Saħaq li f 'dan l-istadju l-pajjiżi ftit li xejn jistgħu jagħmlu ħlief li juru appoġġ, jgħinu fejn jidħlu l-armamenti u anke l-għajnuna umanitarja. Malta, mill-banda l-oħra, anke għax hi pajjiż newtrali, inqas tista' tagħmel u għalhekk huwa kruċjali li almenu turi l-appoġġ tagħha, anke b'rispett lejn l-Ukreni li jgħixu f 'Malta u fi bnadi oħra. "Malta ma tridx tosserva biss. Malta anke jekk pajjiż żgħir, tista' tilgħab rwol importanti," kompla jisħaq il-Professur. "Anke jekk Malta mhuwiex xi pajjiż strateġiku li jista' jagħmel xi differenza kbira, wara kollox huwa p a j j i ż m e m b r u f l-Unjoni Ewropea." Kompla j i s ħ a q b ħ a l a parti mid- dinja u anke m i l l - U n j o n i E w r o p e a , Malta wkoll hija affettwata minn dan il- kunflitt. Fil-fatt, bħall-bqija tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, tpoġġiet f 'lista ta' pajjiżi, li għar-Russja huma "ostili." Hawn il-Profes- sur saħaq li l-ista- tus tan-newtral- ità, iċ-ċokon u anke l-pożizz- joni ta' Malta t a g ħ m i l h a pajjiż sigur għad-diskuss- joni u l-ħidma favur il-paċi u r- r e l a z z j o n i j i e t diplomatiċi. Fakkar kif f 'Malta, fl-1989, kienet ospitat summit storiku bejn l-aktar żewġ mexxejja influwenti tad- dinja ta' dak iż-żmien, jiġifieri George Bush, President tal-Istati Uniti u Mikhail Gorbachev, Mexxej tal-Unjoni Sovjetika. Dan is-summit kien kruċjali u huwa meqjus, anke simbolikament, bħala dak li ssiġġilla t-tmiem tal-Gwerra l-Bierda. Kien għalhekk li l-Professur insista li n-newtralità u ċ-ċokon tal-pajjiż kienu u jistgħu jibqgħu importanti għal Malta li bis-saħħa tagħha tista' tgawdi l-komunità internazzjonali. 'L-Oppożizzjoni qed tappoġġja l-istedina' Dwar dan, il-gazzetta ILLUM ħadet ukoll ir-reazzjoni tal- Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Affarijiet Barranin u Ewropej, Beppe Fe ne ch A d a m i li insista li l-Oppożizzjoni qed tappoġġja din l-istedina li qiegħed jagħmel il-Gvern Malti biex malli jerġa' jiftaħ il-Parlament, il-President Ukren jindirizza lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Fenech Adami saħaq li l-Partit Nazzjonalista qiegħed isegwi bi preokupazzjoni dak li qiegħed jiġri lill-wieħed mill-pajjiżi fl- Ewropa. Insista li l-pożizzjoni tal- Partit Nazzjonalista hija li din il-gwerra hija waħda li tikser il-liġi internazzjonali, timmina s-sovranità ta' pajjiż indipendenti u qed tħalli ħafna vittmi, inkluż nies innoċenti. Dwar il-kunċett tan-newtral- ità, Fenech Adami saħaq li dan ma jfissirx li Malta għandha tonqos milli turi s-solidarjetà tagħha ma' pajjiż li spiċċa fi gw- erra g ħ a x h e k k dehrlu xi ħadd ieħor. Insista li Malta anke jekk hija pajjiż ċkejken għandha ħafna x'toffri wkoll. Faħħar, fost oħrajn, il-fatt li Malta diġà laqgħet Ukreni li ħarbu minn pajjiżhom u ġew Malta biex isibu refuġju apparti għajnuna oħra offruta. Il-Ministru għall-Affarijiet Ukren grat għall-għajnuna li qed toffri Malta Nhar it-Tnejn li għadda, bħala waħda mill-ewwel impenji tiegħu bħala Ministru għall- Affarijiet Barranin, il-Ministru Ian Borg ħabbar li tkellem mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dymtro Kuleba. Saħaq li l-Ministru Ukren wera l-gratitudni tal-Gvern Ukren għall-għajnuna li qed tagħti Malta, fosthom għajnuna u m a n i t a r j a , i n t e r v e n t i mediċini u anke l-fatt li laqgħet għadd ta' refuġjati. I l - M i n i s t r u Borg fakkru li Malta hija b'mod sħiħ parti m i s - s a n z j o n i j i e t imposti fuq ir-Russja mill-Unjoni Ewropea. Qal li fiehem ukoll għaliex Malta għadha ma keċċitx mill-pajjiż diplomatiċi Russi. Insista li r-raġuni ewlenija hija ċ-ċokon tal-Ambaxxata Maltija f 'Moska. Intant, il-Gvern Ukren għadu ma infurmax lill-Gvern Malti jekk Zelenskyy hux se jilqa' l-istedina biex jindirizza l-Parlament Malti. Borg qal biss li l-Ministru Kuleba apprezza ħafna din it-talba u wiegħdu li se jkun qed jirrakkomanda biex din issir. Il-Parlament Malti se jerġa' jiftaħ il-bibien tiegħu nhar is- Sibt 7 ta' Mejju. Ritratti: Fuq nett, il-President Ukren Volodymr Zelenskyy Fiċ-ċrieki: Ian Borg, Beppe Fenech Adami u James Sater