Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
06 analiżi IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 • illum Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-riżultati elettorali mill-2008 sal-2022 u tqabbel. Huwa ċar li s-sitwazzjoni tal- PN fin-nofsinhar ta' Malta kompliet tiggrava. Imma għaliex? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Nazzjonalista tilef xejn inqas minn 9,739 vot mid-distretti meqjusin aktar fin-naħa ta' isfel ta' Malta, f 'dawn l-aħħar 14-il sena, jiġifieri mill-2008 sal-elezzjoni ta' din is-sena li issa ilha prattikament xahar li saret. Il-gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn ix-xejriet ċari li ħarġu fl-aħħar elezzjonijiet u allura fejn il-partiti qed jaraw l-aktar telf, speċjalment il-PN li ilu mill-2009 jitlef kull elezzjoni fuq bażi nazzjonali b'distakki ta' aktar minn 33,000 vot. Ħarsa lejn l-ewwel sitt distretti elettorali li jinkludu n-naħa ta isfel ta' Malta u ż-żona tal-Port il- Kbir - diġà tradizzjonalment aktar Laburisti - raw d-distakk bejn il-partiti jitla' minn 26,095 vot fl- 2008 għal 46,301 fl-2022 - jiġifieri rdoppja. Fl-2017 id-differenza bejn il-partiti fl-ewwel sitt distretti kienet ta' 44,842 vot, it inqas minn dak fl-elezzjoni ta' din is-sena. Ħarsa lejn dawn id-distretti li fihom hemm ħafna lokalitjiet fejn il-Partit Laburista minn dejjem kien b'saħħtu ħafna bħaż-Żejtun, Żurrieq, Marsa, Raħal Ġdid, Bormla, Birgu, l-Isla, Ħaż Żabbar, Fgura, Ħal Qormi, Birżebbuġa, Marsaxlokk u Ħal Luqa, turi illi l-PN baqa' jara xejra inkwetanti l-isfel u tnaqqis qawwi fl-appoġġ f 'din iż-żona ta' Malta. Fil-fatt huwa ċar, meta wieħed jara n-numri, illi f 'dawn id-distretti u lokalitajiet il- Partit Laburista ssaħħaħ f 'kull każ, filwaqt li l-PN iddgħajjef f 'kull każ. L-ewwel distrett bl-akbar swing kontra l-PN u favur il-Labour L-aktar distrett li għandu għaliex jinkwieta lill-PN huwa l-Ewwel Distrett li jinkludi lill-Belt Valletta, Furjana, Ħamrun u Marsa - fejn minn 10,586 vot fl-2008 il-Partit Nazzjonalista ċekken il-vot globali tiegħu għal 8,144 - jiġifieri tnaqqis ta' 2,442 vot. Dan filwaqt li l-Partit Laburista żied bi kważi l-istess numru ta' voti jew 2,357 vot. Dan kien l-akbar swing kontra l-PN u favur il-PL, f 'distrett li fih hemm il- Belt Valletta fejn normalment il-PN kien jikseb maġġoranza. Fl-2008 il-PN kien kiseb 49.2% u l-PL 49.7% - u allura kien id- distrett li fih ġew fost l-aktar qrib il-partiti u l-aktar distrett li kien qed jirrapreżenta r-riżultat elettorali nazzjonali - għal 37.6% għall-PN u 60% għall-PL din is-sena. It-tieni l-akbar swing kien fit- Tielet Distrett li jinkludi liż-Żejtun, Marsaxlokk (li qabel kien mal-5 Distrett) u Ħal Għaxaq - lokalitajiet b'maġġoranzi Laburisti qawwija ħafna - pero' wkoll Wied il-Għajn fejn il-preżenza tal-PN hija it akbar. Hawnhekk il-PN tilef 1,726 vot u l-PL iggawadanja 1,713-il vot bil-persentaġġi jinbidlu minn 35.7% għall-PN fl-2008 għal 27.7% fl-2022 u minn 62.5% għal 69% għall-Partit Laburista. It-tielet l-akbar swing seħħet fis- sitt distrett li jinkludi lil Ħal Luqa u Ħal Qormi - żewġ lokalitajiet tradizzjonalment Laburisti - imma wkoll il-lokalità tas-Siġġiewi fejn sa qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli tal-2019 il-PN dejjem kiseb maġġoranza. Hawnhekk il-PL żied il-voti tiegħu minn 12,090 fl-2008 jew 53.6% għal 14,106 biex laħaq il-perċentwal ta' 60.6% fl-2022, it aktar mid-59.4% li kiseb fl-2017. Il-PN naqqas 1,538 vot mill-2008 u reġa' naqqas it mijiet bejn l-2017 u l-2022 biex minn 10,215-il vot (45.3%) fl-2008 niżel għal 8,677 vot (37.3%) fl-2022. Swings konsiderevoli oħra seħħew fit-Tieni, Raba' u Ħames Distrett fejn imqabbel mal-2008 il-PN tilef 1,115-il vot, 1,545 vot u 1,373 vot rispettivament. Dan filwaqt li l-Labour żied il-voti f 'kull każ meta mqabbel mal-2008: +1,396 fit-Tieni Distrett, +1,711-il vot fir-raba' distrett u +1,294 vot fil- Ħames Distrett. Numerikament l-inqas illi naqqas il-PN kien fit-Tieni Distrett, iżda dan ġara minn proporzjon diġà żgħir ta' voti fl-uniku distrett li fih il-PL kien itella' erba' siġġijiet sa qabel l-2013. Hawnhekk il-PN ra l-vot tiegħu jonqos minn 32% fl-2008 għal 26.3% u l-Labour iżid minn 66.7% għal 71.2%. Il-vot totali tal-Partit Nazzjonalista f 'dawn is-sitt distretti niżel b'mod konsiderevoli f 'dawn l-14-il sena: minn 52,846 fl-2008 għal 46,301 vot fl-2022. Il-vot totali tal-Partit Laburista żdied bil-qawwi, għalkemm naqas xi it ukoll bejn l-2017 u l-2022. Minn 78,941 vot fl-2008 il-Partit Laburista kiseb 92,884 vot fl-2017 u madwar 3,400 vot inqas fl-2022 għal total ta' 89,408 voti. Dan ifisser li fil- perjodu ta' żmien li qed inħarsu lejh il-vot Laburista fin-nofsinhar tal- pajjiż u parti miċ-ċentru u allura fl- ewwel Sitt Distretti żdied b'10,467. Raġunijiet għal dan ir-riżultat Il-Partit Nazzjonalista qatt ma kien b'saħħtu wisq f 'dawn id- distretti iżda kif jixhdu dawn in- numri s-saħħa tiegħu fin-nofsinhar kompliet tonqos drastikament, bid-distakk bejn il-partiti jiżdied b'20,000 vot, filwaqt li l-Partit Laburista jkompli jissaħħaħ. Dawn id-distretti allura jistgħu jitqiesu bħala kruċjali biex il-Partit Laburista jibqa' jżomm il-livell qawwi ta' appoġġ li ilu jżomm mill- 2009. F'termini ta' siġġijiet il-Labour kien jikseb ir-raba' siġġu biss fit-tieni distrett sa qabel l-2013, iżda f 'dawn l-aħħar elezzjonijiet rebaħ ir-raba' siġġu fit-Tielet u r-Raba' distretti wkoll. Dan filwaqt li rebaħ ir-raba' siġġu fil-Ħames Distrett fl-2013, tilfu fl-2017, imma reġa' rebħu fl- elezzjoni ta' din is-sena biex b'hekk il-PL għandu erba' siġġijiet f 'erba' distretti, filwaqt li l-PN ma għandu ir-raba' siġġu f 'ebda distrett. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu bosta. 1 - L-ewwelnett hemm ir-realtà ta' nies li jiċċalalqu minn post għall-ieħor. Dan l-effett huwa newtralizzat hekk kif qed jeskludi dawk li ċċaqalqu u marru lejn lokalitajiet li huma f 'dawn is-sitt distretti. Iċ-ċaqlieq soċjali wkoll it jista' jkun raġuni b'saħħitha biex tispjega xejra ċara kontinwa 'l isfel għall-PN u 'l fuq għal Labour fin- nofsinhar ta' Malta 2 - Gvern Laburista - taqbel jew le miegħu - huwa meqjus illi wettaq proġetti li kien hemm bżonnhom Il-PN abbandunat fis-South L-ISWING TAL-VOTANTI LI BAQGĦU JITILQU LILL-PN. IMMA GĦALIEX?