Illum previous editions

ILLUM 24 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 illum • IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 aħbarijiet 'Il-PN qed jagħmel lil Muscat forċina u jarmi lil min ħadem ma' Gonzi' Aquilina jistaqsi għaliex ħadd għadu ma tressaq il-Qorti la l-pulizija temmen li Caruana Galizia nqatlet minħabba l-korruzzjoni Hekk kif il-Partit Nazzjonalista l-Ġimgħa filgżaxija bagħat stqarrija li permezz tagħha bena argument ekonomiku fuq studju tal-eks PM u eks Mexxej Laburista Joseph Muscat, l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sejjaħ din il-mossa bħala "ġennata." "Meta biex tagħmel punt politiku taqa' biex tagħmel il-ġennata li tikkwota lil min gie iddikjarat l-iktar politiku korrott fid- dinja, wasal iż-żmien li tagħmel eżami profond ta' għaliex int fil-politika," sostna Azzopardi li huwa wieħed mill-eqqel kritiċi ta' Muscat u tal-Partit Laburista u li sa qabel l-elezzjoni kien l-aktar persuna li tkellem dwar il-każ relatat ma' Christian Borg. Azzopardi iżda kompla b'botta ċara lejn Bernard Grech u t-tmexxija kurrenti tal- PN u sostna illi filwaqt li l-PN qed juża lil Joseph Muscat u l-argumenti tiegħu "bħala forċina", fl-istess ħin insista li qed jiċħad u jarmi lil "min kien onest sempliċiment għax ħadem ma' Lawrence Gonzi." "Alla vera refgħani minn xagħari, anke jekk m'għandix," temm jgħid Azzopardi. Jason Azzopardi ma kienx elett fl-aħħar elezzjoni, lanqas mill-elezzjoni każwali, probabbilment riżultat ta' żewġ fatturi: Il- fatt li kien l-aktar persuna voċifera kontra l-eks Kap tal-PN Adrian Delia u t-tieni raġuni hija dik li rat ċaqlieqa ċara tal- votanti Nazzjonalisti lejn kandidati ġodda. Il-Ġimgħa filgħaxija f 'mossa pjuttost sorprendenti il-PN bagħat stqarrija dwar l-ekonomija li bdieha hekk: "M'hemmx dubju li Malta għandha quddiemha sfidi sinifikanti. Dan ġie kkonfermat ukoll fis- sondaġġ ippubblikat ilbieraħ mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat." Intant il-PN kompla jikkwota l-istudju tal-eks PM Laburista li jgħid illi l-kunfidenza tal-konsumatur mhix se tirkupra u li dan in-nuqqas ta' fiduċja tal- konsumatur "qed ikollu impatt fuq diversi setturi ekonomiċi u d-dħul tal-Gvern." Ara wkoll paġni 12 u 13 ANTHEA CACHIA Ilbieraħ l-għaqda Repubblika marret il-Belt Valletta u l-President tagħha Robert Aquilina saħaq li issa għadda wisq żmien u persuni li wettqu, kienu kompliċi jew iffaċilitaw reati kriminali serji, bħalma huma l-korruzzjoni u l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, għadhom ma' tressqux quddiem il-Qrati ta' Malta biex "jieħdu dak li ħaqqhom skont il-liġi." Repubblika waħħlet tmien ritratti mal-faċċata tal-Qorti u dawn kienu ta' Carmelo Abela, Keith Schembri, Yorgen Fenech, Joseph Muscat, Chris Cardona, Konrad Mizzi, Edward Scicluna, l-eks kummissarju tal-Pulizija Lawrence Fenech u Silvio Valletta. Aquilina qal li kellhom jagħmlu dan il-pass hekk kif erba' snin u nofs wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, dawn il-persuni għadhom ma tressqux quddiem il-Qorti. "M'aħniex se nħallu dawn l-umiljazzjonijiet jibqgħu għaddejin qisu mhu qiegħed jiġri xejn. Dalgħdu ħadna l-inizjattiva aħna u peress li ma nistgħux inġibu lilhom hawn, ġibna ritratti tagħhom. Waħħalna r-ritratti ta' dawn in-nies li, għal raġunijiet ħżiena, m'għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni," qal Aquilina. Huwa kompla jgħid li dan għamluh biex il-poplu ma jinsiex li erba' snin u nofs ilu wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia għadu ma tressaq ħadd dwar il-korruzzjoni li waslet għall-qtil tagħha. Aquilina jgħid ukoll li filwaqt li l-pulizija ressqet lil Yorgen Fenech u akkużatu bl-assassinju, sa' issa ma għadhom ressqu lil ħadd inkluż lill-istess Fenech dwar il-mottivi tal-assassinju, jiġifieri l-korruzzjoni. Jgħid li Repubblika marret fuq il-post biex twassal messaġġ, "b'mod speċjali lil dawk li waħħalna mal-grada", li se tibqa' tiġri wara l-istituzzjonijiet tal- pajjiż biex jaqdu dmirhom, biex issir il-ġustizzja li għandha ssir fir-rigward ta' dawn l-individwi u biex kull wieħed jieħu dak li ħaqqu. 'Għalxejn jaljenaw lill-poplu għax aħna se nibqgħu nesiġu li ssir ġustizzja kontra dawk kollha marbutin ma' 17 Black' Aqulina staqsa, "jekk il-pulizija temmen li Caruana Galizia inqatlet minħabba l-korruzzjoni għaliex għadu ma tressaq assolutament ħadd fuq din il- korruzzjoni?" Huwa qal li l-messaġġ ta' Repubblika huwa li jsiru kemm isiru tentattivi biex "inessu u jaljenaw lill-poplu" se jibqgħu jesiġu li ssir l-ġustizzja kontra l-poltiċi u dawk kollha responsabbli mal-kumpanija 17 Black. Kien hawn li huwa fakkar fil-kuntratt tal-electrogas, il-kuntratt tal-windfarms tal- Montenegro, il-kuntratt tal- bejgħ tat-tliet sptarijiet pubbliċi, dwar il-bank Pilatus u dwar il- korruzzjoni li nkixfet permezz tal-Panama Papers, fost l-oħrajn. Żied jgħid li mhux se jaċċetta sitwazzjonijiet simili bħal dik li assistejna għaliha jumejn ilu, "meta l-prosekutur ewlieni tal- Unjoni Ewropea żvelat li ħadd mill-Istituzzjonijiet tagħna mhu qed jinvestiga reati finanzjarji li jaqgħu taħtha." Huwa saħaq li ma jistax ikun li f 'dawn is-snin kollha l-Pulizija u l-Avukat Ġenerali Victoria Buttiġieġ għadhom ma rnexxilhomx jibnu lanqas każ wieħed kontra ħadd minn dawn il-persuni. "Ma jistax ikun li mill-evidenza kollha li rajna mill- ġurnali, wara li d-dinja kollha rat l-ikbar evidenza li qatt stajna naraw - il-bomba li qatlet lil Caruana Galizia - fil-Qorti jibqa' ma jitressaq ħadd dwar din il- korruzzjoni," qal Aquilina. 'Minflok għamlu dmirhom lejn pajjizna, marru jieklu l-fenek u jixxalaw' Aquilina jisħaq li l-Kummissarju Gafa' u l-Avukat Ġenerali Buttiġieġ, qed iżommu lura milli jaqdu dmirhom anke wara li jkunu ngħalqu inkjesti maġisterjali. Huwa rrefera għall-inkjesta tal-Bank Pilatus li ngħalqet aktar minn sena ilu u li rrakomandat li jittieħdu passi konta Ali Sadr u l-inkjesta Egrant li rrakomandat li jittieħdu passi kontra l-accountant ta' Nexia BT, Karl Cini. Huwa kompla jgħid li ċertu uffiċjali pubbliċi minflok għamlu dmirhom lejn pajjizna, "marru jieklu l-fenek u jixxalaw ma' min suppost kellhom jinvestigaw. Dawn huma xeni li konna naraw fil-films tal-Mafia. M'aħniex se naċċettaw li jibqa' għaddej iż- żmien u ma jwieġeb ħadd hawn fil-Qorti għall-għaġir tiegħu." Huwa temm jgħid li din l-impunità hemm bżonn li tieqaf, "hawn min għandu interess u beda kampanja manipulattiva biex il-ġustizza ma ssirx. Aħna ddeterminati aktar minn qatt qabel li l-ġlieda tagħna nkompluha."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2022