Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
04 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 • illum L-ADPD issejjaħ għal azzjoni urġenti mill-Gvern biex itaffi mill-impatt tal-gwerra fuq pajjiżna Iċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo u d-Deputat Segretaju Ġenerali Sandra Gauci f 'konferenza stampa f 'Ħal Qormi saħqu li biż-żidiet "sfrenati fil-prezzijiet essenzjali li mistennija jkomplu fix-xhur li ġejjin minħabba l-impatt ekonomiku mill-invażjoni tar- Russja fl-Ukrajna", Malta għanda tikseb sigurtà fil-ġenerazzjoni tal-enerġija f 'pajjiżna billi żżid aktar investiment f 'enerġija rinnovabbli, ġenerata lokalment. Cacopardo u Gauci jgħidu wkoll, li b'mod partikolari issa, "f 'dawn iż-żmenijiet ta' inċertezza kbira hemm il-ħtieġa li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja tingħata ukoll f 'nofs is-sena." "il-Gvern għandu l-obbligu li dak li jseħħ f 'pajjiżna jitmexxa b'mod għaqli. Irridu paga diċenti bi dritt u mhux il-manna mis- sema fil-forma taċ-ċekkijiet waqt kampanja elettorali. Il-gvern ġdid għandu juri li bil-fatti huwa Gvern li jisma' u jwettaq dawn il-miżuri hekk kif jitlaqqa' il-Parlament," temmet tgħid Gauci. Gauci qalet li bħalissa kulħadd qed jinnota żieda fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali għall-ħajja. "Kull xahar dan il-piż qed ikompli aktar jagħfas l-isfel lill-batut li l-uniku kapriċċ li baqagħlu hu li jitrejjaq. Imsieken min bil-paga minima jrid jipprova jkampa xahar sħiħ speċjalment dawk li għandhom xi allerġiji għal ikel partikolari jew dawk li għandhom trabi u tfal żgħar, meta l-prezzijiet ta' affarijiet bħal ħrieqi u trab tal- ħalib komplew jisparaw 'l fuq." Hija kompliet tgħid li filwaqt li l-Gvern ma għandux kontroll dwar x'jiġri barra minn Malta, għandu kontroll dwar x'jiġri f 'Malta. Jgħidu li l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna kompliet tagħfas il- morsa fuq ċertu produtturi li mhux dejjem possibli għalihom li jgħaddu ż-żidiet fl-ispejjeż lill- konsumatur. Gauci żiedet tgħid li kumpaniji li l-produzzjoni tagħhom tiddependi fuq l-użu tal-qamħ u ż-żejt tal-ikel intlaqtu ħażin ukoll. Barra minn hekk qalet li xi pajjizi qegħdin jaħżnu dak li s-soltu kienu jesportaw peress li ħadd ma jaf kemm dan il-kunflitt se jdum għaddej. Min-naħa l-oħra Cacopardo qal li anke minħabba s-sigurtà ta' pajjiżna huwa importanti li jkollna l-akbar ammont ta' enerġija, nadifa u rinovabbli, ġġenerata lokalment. "Il-gwerra turina kemm hi urġenti l-indipendenza Ewropea fl-enerġija. Aħna lkoll affettwati mill-gwerra, u l-gwerra ta' Putin turi li kwistjonijiet geo- politiċi għandhom effett negattiv kbir. Is-sovranità fl-enerġija ta' pajjiżna għanda tiġi imħarsa u l-ADPD tingħaqad mal-appell tal-Ħodor fil-Parlament Ewropew u ninsistu li l-Kummissjoni Ewropea tgħaġġel il-proċess tal- bidla lejn enerġija mija fil-mija rinnovabbli. Qed nitilfu ħin prezzjuż," insista Cacopardo. Cacopardo saħaq li hemm bżonn li inħarsu l-agrikoltura f 'pajjiżna. Jgħid li mhux talli qegħdin jintlaqtu ħażin mit- tibdil fil-klima iżda art fertili "ġiet issagrifikata għal infrastruttura tat-toroq bħal fil-każ tal-proġett tas-Central Link. Barra minn hekk, art agrikola qegħda tibda tintuża għal żvog rikreazzjonali li jkompli jnaqqas l-art ikkultivata għat-tkabbir tal-frott u l-ħxejjex." Huwa temm jgħid li f 'dawn iż- żminijiet diffiċli huwa importanti li l-agrikoltura ġewwa pajjiżna tiġi mħarsa għaliex mingħajra inbatu lkoll. Il-partit jappella biex Malta jkollha inqas dipendenza fuq il-ħażna tal- enerġija mill-Unjoni Ewropea Carmel Cacopardo u Sandra Gauci Għawdex formalment japplika biex jissieħeb fl-Island Games Waqt laqgħa li saret fil- Ministeru għal Għawdex bejn il-Ministru Clint Camilleri u delegazzjoni mill-International Island Games Association (IIGA), saret applikazzjoni formali biex Għawdex jissieħeb f 'dan l-avveniment sportiv internazzjonali. Waqt din il-laqgħa, il- Ministru Clint Camilleri qal li preżentement f 'Għawdex qed isir l-akbar investiment sportiv li qatt rat il-gżira Għawdxija fil-bini ta' pixxina olimpika fil-magħluq u padiljun sportiv ġdid li jilħaq il-kredenzjali taż-żminijiet tal-lum. Il-Ministru Camilleri spjega kif dan mhuwiex l-uniku investiment li qed jaħdem fuqu l-Ministeru għal Għawdex fil- preżent, għaliex fil-futur qrib hemm il-ħsieb li jibda x-xogħol tal-immodernizzar tal-korsa taż- żwiemel f 'ta' Xħajma kif ukoll fix-shooting range taż-Żebbuġ. Il-Ministru qal li l-ministeru hu kommess ikompli jinvesti fl- isport f 'Għawdex. Il-Ministru Camilleri faħħar il- ħidma li qed issir mill-Gozo Sports Board, fejn dak l-isports li qabel ma tantx kien segwit qed jingħata l-attenzjoni li jixraqlu. Irrimarka li permezz tal-għajnuniet u skemi intiżi għal sportivi Għawdxin, bosta atleti qed jagħmlu isem kemm għalihom kif ukoll għal Għawdex fuq skala nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Il-Ministru Clint Camilleri awgura li l-applikazzjoni ta' Għawdex biex jissieħeb f 'din il- komunità sportiva u eventwalment igawdu minnha l-atleti Għawdxin tintlaqa' mill-Kumitat Eżekuttiv tal- IIGA. Il-Membri tal-Eżekuttiv tal- IIAG żaru x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fuq is-sit tal-pixxina olimpika u l-padiljun sportiv fil-Belt Victoria. Huma qalu li f 'Għawdex qed isir progress kbir fl-infrastruttura sportiva u wrew l-apprezzament u s-sodisfazzjon tagħhom għall-ħeġġa u d-determinazzjoni tal-gvern sabiex l-atleti Għawdxin ikollhom l-aħjar faċilitajiet u anke jikkompetu fil- logħob tal-International Island Games. L-International Island Games ġew organizzati għall-ewwel darba f '1985. Preżentement, 23 gżira minn madwar id-dinja jieħdu sehem f 'dawn il-logħob li jiġu organizzati kull sentejn. L-edizzjoni li jmiss ser tinżamm is-sena d-dieħla f 'Guernsey, gżira li tifforma parti mir-Renju Unit.