Illum previous editions

ILLUM 24 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 aħbarijiet Ix-xahar id-dieħel il-Prosekuzzjoni fil-każi kontra Dun Ġużepp Cini u Dun Ġużepp Sultana se tkun ressqet il-provi kollha YENDRICK CIOFFI Ix-xahar id-dieħel, il- Prosekuzzjoni mistennija tagħlaq il-provi kollha li kellha tressaq fil-każi kontra Dun Ġużepp Cini u Dun Ġużepp Sultana, żewġ saċerdoti Għawdxin li qed ikunu akkużati b'abbuż sesswali. Minkejja li sorsi qrib il-każ ilmentaw mal-gazzetta ILLUM li l-każ qed idum u hemm it- tkaxkir tas-saqajn, sorsi oħra li huma qrib l-investigazzjoni insistew li l-każ miexi ġmielu u kif ippjanat. Anke kelliem għall-Pulizija kkonferma mal-ILLUM li l-każ miexi u li fl-20 ta' Mejju li ġej, jiġifieri fis-seduta li jmiss, il- Prosekuzzjoni mistennija li tkun ippreżentat il-provi kollha tagħha u anke ressqet ix-xhieda kollha li għandha. Il-Kelliem għall-Pulizija ċaħad ukoll li kien hemm xi seduti fejn il-Pulizija ma kinux preżenti għalihom. Insista li l-Prosekuzzjoni qed taħdem u li l-każ miexi kif ippjanat. Qal biss li kien hemm diferiment ta' seduta waħda hekk kif oriġinarjament il-każi kontra ż-żewġ qassisin kienu qed jinstemgħu quddiem il- Maġistrat Monica Vella iżda eventwalment, il-każi kollha li kellha Vella fil-Qorti ta' Għawdex għaddew f 'idejn il- Maġistrat Bridgette Sultana. Is-sorsi qrib il-każ insistew li t-trasferiment tal-każi kollha lill-Maġistrat il-ġdid mexa tajjeb ħafna tant li f 'dan il-każ, ġiet diferita biss seduta waħda u bi ftit jiem biss. Iż-żewġ qassisin tressqu l-Qorti f 'Jannar li għadda. Sultana għandu 85 sena u serva fil-parroċċa tax-Xagħra filwaqt li Cini li għandu 71 sena serva bħala Kappillan tal-Għasri għal xi żmien u anke serva fil- parroċċa tax-Xagħra. Ix-xhud ewlieni f 'dan il- każ huwa żagħżugħ li għandu fuq l-għoxrin sena. Skont iż- żagħżugħ, li xehed ukoll fis- seduti, anke jekk jgħix barra, l-allegat abbuż seħħ meta hu kellu tmien snin u kien abbati fil-parroċċa tax-Xagħra. Fil-każ ta' Dun Ġużepp Sultana, l-allegat vittma kien qal li s-saċerdot kien jieħdu f 'kamra, li tintuża għall-Qrar fis-sagristija tax-Xagħra u kien imissu, ġieli anke ftit qabel il- quddiesa tal-Ħadd. Skont iż- żagħżugħ, l-abbuż dam għaddej aktar minn sena u ġieli ħadu wkoll fis-sala parrokkjali. Il-każ kontra Dun Ġużepp Cini huwa xi ftit jew wisq aktar serju anke skont dak li rrakkonta l-vittma fil-Qorti. Kien xehed kien is-saċerdot kien, allegatament, jieħdu fil- karozza tiegħu fl-imwarrab u kif l-abbuż saħansitra spiċċa nbidel fi stupru anke meta aktar tard kien ħadu d-dar tiegħu biex taparsi jurih ritratti tal-wrestling li l-abbati kien iħobb. Skont il-vittma, Dun Ġużepp Cini, allegatament kien jagħtih il-flus kull darba li jabbużah. Il-vittma kien sab ħafna għajnuna mingħand Dun Anton Teuma li llum huwa l-Isqof ta' Għawdex, anke għax kien spiċċa jieħu d-droga, jixrob u saħansitra pprova jagħmel suwiċidju meta kellu 18. Fil-fatt, fix-xhieda tiegħu kien qal kif Teuma u qassis ieħor Għawdxi, mis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu, kienu għenuh jagħmel kuraġġ u jitkellem mas-Safeguarding Commission tal-Kurja meta rrakkonta magħhom l-allegat abbuż. Sa dak iż-żmien, il-vittma ma kienx żvela l-ismijiet taż-żewġ saċerdoti. Fil-fatt, l-Isqof Teuma kien qal li kemm Dun Cini u anke Dun Sultana twaqqfu mill- ministeru pastorali tagħhom f 'Awwissu tal-2020, meta bdiet l-investigazzjoni tas- Safeguarding Commission. Il-każ kontra ż-żewġ qassisin qed ikompli bil-bibien magħluqa u kienu tpoġġew taħt att ta' akkuża. Huma qed jiċħdu l-akkużi kollha miġjuba kontrihom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2022