Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 • illum Carmel Bonnici L-atmosfera Gotika tas- sud tal-Istati Uniti (1) Nafu li fil-Gwerra Ċivili Amerikana (1861-1865) l-Istati tas-Sud tilfu din il- battalja. Dan ir-reġjun pjuttost agrikolu, ta' għelieqi ta' distanzi enormi, fejn l-ilsiera kienu jistinkaw bla heda fil- wesgħat kbar tal-q oton, fejn kienu jgħixu s-sinjuri u dawk aristokratiċi ġo djar statali qishom palazzi, jissejjaħ Dixieland. It-tradizzjoni Gotika tas-Sud Amerikan kien muri fil-letteratura ta' awturi rinomati bħal Carson McCullers, Flannery O'Connors u William Faulkner sa minn żmien ilu qabel ipprovdiet pataun rikk ta' kontenut għaċ-ċinema. Huma ġew iggalvanizzati jiktbu minn dak li l-awtur ċelebri Tennesse Williams sejjaħ "sens ta' biża' li jgħaddi minn taħt fl-esperjenza moderna u ambjentata madwar il- grandezza li qed titmermer tad-djar lussużi tas-Sud li m'għadux daqshekk sabiħ". Dawn il-films huma msaħħra mill-ispirtu tal-iskjavitu', mħabba mitlufa u sigrieti familjari oskuri u jħaddnu eżilji eċċentriċi kkaratterizzati minn vjolenza makabra. F'waħda minn dawn id-djar, f 'Sumner, Mississippi, f 'Tallahatchi County, trabba William Faulkner f 'post jismu Oxford minn fejn ħa l-ispirazzjoni għall-volum jismu Faulkner's Mississippi. Tallahatchi County hija msemmija għax-xmara li tgħaddi minn ġo nofsha li fl-1955 kisbet xi it fama ħażina meta nstab il-ġisem mejjet kollu daqqiet ta' Emmett Till li nħareġ mix-xmara. Dan inqatel għax kellu l-ħila jitkellem ma' mara bajda. Wieħed mill-films li kien ikklassifikat bħala Southern Gothic kien dak dirett mis- soltu attur Charles Laughton fl-1955, il- klassiku Night Of e Hunter fejn Robert Mitchum, predikatur fanatiku reliġjuż, jiġri wara tfal orfni għal xi flus misruqin minn missierhom. Liebes l-iswed, kalm u determinat, Mitchum ikollu bejn l-għadam tas-swaba ta' idejh fuq waħda il- kelma LOVE u fuq l-oħra HATE u tassew jirnexxilu jkexkex. Xenarju li jinkorpora l-atmosfera li diġa' semmejt fil-paragrafu ta' qabel. L-immaġini persistenti ta' dan ir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Amerika kif imxerrda mill-ħafna ulied nattivi u minn dawk il-"carpetbaggers" (dawk li jipprofittaw ruħhom minn kull okkażjoni li tinqala') li niżlu mit-Tramuntana biex jakkwistaw wara r-rebħa fil-Gwerra Ċivili, hija l-benniena li Grail Marcus laqqam bħala "Old Weird Amerika" (l-Amerika antika u stramba). Wieħed mill-films li jesprimi dan hu Wild River (1960) tad-direttur Elia Kazan, iffotografat fil-Wied ta' Tennesse. Is-Sud sikwit kien muri bħala art ta' klikkek indipendenti li jirreżistu lill-gvern federali fejn l-aqwa liġijiet huma dawk li jikkmandaw lokalment, sa minn żmien l-ilsiera, bix-xeriff tal-post oħxon, kollu għaraq u korrott għall-aħħar. Films oħra li juru dan kollu huma White Lightning (1973), dwar il-maniffattura tal-lampik, Macon County Line (1974) u s-serje televiżiva e Dukes Of Hazard (1972-1985). In-nannu tal-films dwar id- distillazzjoni tax-xorb alkoħoliku illegali (lampik) hu under Road (1958), proġett ta' Robert Mitchum li kiteb l-istorja, kanta t-tema tal-film u ħadmu flimkien ma' ibnu James fil-muntanji ta' Tennesse u North Carolina. Mitchum li kien ukoll il-protagonist ta' Night Of e Hunter ħa parti oħra li tbeżża' f 'Cape Fear (1961), xi kultant kienu jaħsbuh mis-Sud Amerikan. Biex inaddfu din il-korruzzjoni mferrxa sewwa kien hemm bżonn ta' eroj ta' b'kuraġġ ta' ljun bħal Joe Don Baker bħala x-xeriff, bniedem waħdu fil-parti tal- veru Buford Pusser li jnaddaf il-belt mill- korruzzjoni b'lembuba biss f 'idu f 'Walking Tall (1973) jew f 'dak li ħareġ ħafna snin qablu, e Phenix City Story (1955), kważi film semi-dokumentarju. Liġi oħra popolari f 'dan ir-reġjun hi dik tat-tgħallieq li bija ħafna nies tilfu ħajjiethom wara l-1930. Il-film Fury (1936) ta' Fritz Lang żamm il-bogħod mis-suġġett tar-razziżmu, fejn Spencer Tracy, bniedem ordinarju, jkun il-vittma ta' minn jgħassislu għemilu. Warajh wasal Intruder In e Dust (1949) dwar problema soċjali ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Horton Foote minn Texas kiteb l-iskrinplej ta' To Kill A Mockingbird (1962) kif ukoll ta' e Chase (1965) li kien ibbażat minn fuq novella tiegħu tal- 1956. Dawn iż-żewġ xogħlijiet urew il- ġustizzja diżonesta tat-tgħallieq fuq akkużi foloz. Gregory Peck, bħala l-avukat Atticus Finch li jiddefendi żagħżugħ iswed fil-qorti minn akkuża ta' stupru meritatament rebaħ l-Oscar fTo Kill A Mockinbird mill-ktieb ta' (Nelle) Harper Lee. It-titlu speċifiku "Southern Gothic" huwa konness ma' kritika soċjali ġdida u kif l-arti nfirxet fis-Sud, xi ħaġa li bdiet kmieni fis-Seklu Għoxrin, fis-snin eżatt ta' wara l-pubblikazzjoni ta' rapport ta' H. L. Mencken fl-1917, e Sahara Of e Bozart (Bozart huwa laqam ta' Beaux Arts (Arti Sabiħa), frażi bil-lingwaġġ tal-hillybilly – dawk ta' wara l-muntanji). Dan ix-xogħol letterarju ta' Menchken, tassew elaborat, kixef proporzjon kbir ta' kultura f 'dawn l-Istati Konfederali ta' qabel id-dikjarazzjoni rriutata immedjatament minn grupp ta' awturi ġodda, fosthom James Branch Cabell, omas Wolfe, Carson McCullers u Tennesse Williams. L-awtriċi McCullers kitbet e Heart Is A Lonely Hunter fl-1940 u Reflections In A Golden Eye fl-1941 li kien ikkritikat li fih stramberiji eċċessivi, pero' Tennesse Williams faħħarulha u kompla jiddeskrivi l-Gothic School tal-lokali fejn hu u McCullers jattendu. e Heart Is A Lonely Hunter inħadem għal fuq il-liżar il-kbir fl-1968 bl-attur Alan Arkin u Reflections In A Golden Eye fl- 1967 bil-protagonisti jkunu Marlon Brando u Elizabeth Taylor. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla William Faulkner

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022