Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 14 analiżi IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 • illum 'Ma, int l-aqwa omm; Tħalli lil ħadd ANTHEA CACHIA Jum l-Omm wasal ukoll u f 'dan il-jum partikolari nfakkru s-sagrifiċċji kollha li għamlu l-ommijiet - kemm dawk bijoloġiċi jew le - biex irabbu lil uliedhom b'imħabba u għożża. Illum infakkru wkoll dawk lil dawk l-ommijiet li tilfu lil uliedhom, lill-ulied li tilfu lil ommhom, lil dawk li qatt ma kellhom l-opportunità li jkunu ommijiet u dawk il-persuni kollha li m'humiex ommijiet iżda kellhom l-istess irwol. Għal din l-edizzjoni, il-gazzetta l-ILLUM tkellmet ma' tliet ommijiet u tliet personalitajiet Maltin li ma għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni. Dawn ma huma ħadd ħlief; Ben Camille u ommu Carina, Danita Camilleri u ommha Anna Dimech u Christine Haber u ommha Eileen Montesin. L-ILLUM staqsiet lil dawn l-ommijiet u l-personalitajiet ħames mistoqsijiet fuq it-trobbija u t-tfulija, x'jammiraw f 'xulxin, fuq xiex jaqblu l-aktar u fuq xiex ma jaqblu assolutament xejn u fuq kollox x'parir jagħtu lil xulxin. Element li ħareġ sew mit- tweġibiet kollha kien dak tal- imħabba. Minkejja li l-ommijet u uliedhom ma rawx it-tweġibiet ta' xulxin qablu f 'ħafna affarjiet u fihom ma naqasx iċ-ċajt, il-botti u li jaqbdu ma' xulxin. Minn ċajt dwar minn hu żbukkat għal pariri fuq il-ħajja. L-ILLUM titkellem ma' Carina Camilleri, Anna Dimech u Eileen Montesin… tliet ommijiet ikoniċi ta' tliet personalitajiet ikoniċi Ben jistqarr mal-gazzetta li l-aktar ħaġa memorabbli għalih fi tfulitu hi li ommu dejjem ħallietu liberu li jagħmel dak li jixtieq. Jgħid li ommu qatt ma kienet tradizzjonali fil-mod ta' kif kienet trabbi lilu u lil ħuh, Dale. "Qatt ma kont inħossni skomdu nkellimha. Meta kien ikolli xi problema, dejjem konna nsolvuha flimkien. Għadni sa issa niftaħ qalbi magħha u għandna relazzjoni onesta ħafna," qal il- preżentatur. Carina tirrakkonta li meta kien għadu żgħir, Ben li ħafna jafuh bħala preżentatur u attur, kien mistħi ħafna u meta kien ikollu xi kunċert l-iskola kienet tkun sfida kbira għalih. Hija tgħid ukoll li ta' età żgħira kien diġà jidher li se jaqbad linja ta' intraprenditur u "kien plejer tal- futbol brillanti". 'Ma tantx naqblu fuq ħafna affarjiet!' It-tnejn qablu li l-aktar ħaġa li jħobbu jagħmlu flimkien huwa li jqattgħu ħafna ħin flimkien. Carina tgħid li l-aktar għal qalbha huwa meta jmorru xi btala flimkien ma' Dale. Filwaqt li Ben jgħid li l-għena tiegħu jara lil ommu ma' uliedu Elle u George. "Iħobbuha ħafna!" kompla Camille. "Ma tantx naqblu fuq ħafna affarjiet" qal Ben. Huwa kompla jgħid li t-tnejn iħobbu l-isport u li kważi kważi, ommu tħobb il-futbol aktar minnu. Stqarr li l-akbar passjoni li jaqsam ma' ommu hija l-imħabba għall-arti u l-industrija tad- divertiment. Mistoqsija x'inhi l-iktar ħaġa li jammiraw f 'xulxin, Ben irrefera għall-fatt li ommu hija mara onesta u realistika u li n-nies jirrispettawha proprju fuq hekk. "Mhux dejjem naqbel magħha, speċjalment meta tkun wisq diretta man- nies. Iżda dejjem immur għand ommi meta nkun irrid opinjoni onesta. Kemm jekk tkun fuq xi ħaġa sempliċi fuq id- dehra tiegħi jew inkella fuq xi deċiżjoni importanti fuq negozju," qal Ben. Min-naħa l-oħra Carina tgħid li tammira ħafna lil binha fuq kif jirnexxielu jlaħħaq mal-ħajja miżżewġa, il-karriera u li jqatta' ħin ma wliedu. 'Igdem ilsienek darba kultant' Ben jgħid lill-ommu biex tinkwieta inqas u biex tqatta' aktar ħin man- neputijiet u tgħix ħajjitha bl-aħjar mod possibli "u igdem ilsienek darba kultant". Dan filwaqt li Carina tgħidlu biex jieħu l-ħajja aktar bil-mod u jaħdem ftit inqas. 'Ma ommi dejjem ħassejtni komdu nagħmel dak li xtaqt' Ben u ommu Carina Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022