Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 • illum Taqtigħat Hemm bżonn naslu f 'tarf dil-kobba mħabbla. Għaliex minkejja suq perennement fi kriżi u jħabbat wiċċu ma' diffikultajiet qodma u ġodda, il-ktieb Malti għadu ħaj u jferfer. Għall- edizzjoni l-ġdida tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, intlaħaq rekord ġdid b'199 sottomissjoni ta' kotba ta' kull tip u xorta, iżda sikwit ikkaratterizzati minn ismijiet stabbiliti u produzzjoni ta' livell għoli. Ċifra li tista' tfisser ħafna jew ma tfisser xejn, iżda li huwa żgur huwa li hemm attività pjuttost frenetika għal dan is-suq żgħir iżda varjat, imma fl-istess ħin xi ħaġa fil- mekkaniżmu ekonomiku normali jaf sejra żmerċ. Jew inkella qed neżaġeraw, u jaf qed nipproġettaw xewqat partikolari għal suq mod ieħor li fir-realtà ma jistax ikun? Mistoqsija li ma nafx inweġibha, imma li naħseb qiegħda fuq fomm bosta, u jaf għalhekk wasal ukoll iż-żmien li ssir Konferenza Nazzjonali dwar il-Ktieb u l-Industrija Editorjali, xejn xejn nagħmlu l-punt dwar il-qagħda: fejn qegħdin, lejn fejn sejrin, fejn kieku nixtiequ mmorru. Intant, niċċelebraw dan ir- rekord li b'xi mod juri stat ta' saħħa, almenu apparenti. Il-199 ktieb, minbarra fil-kategorija tat- teatru, huma tista' tgħid imxerrda ndaqs mal-kategoriji kollha, f 'taħlita ta' ismijiet stabbiliti u oħrajn ġodda jew inqas magħrufa, u jista' wkoll jagħti l-każ li ta' min nistħarrġu wkoll il-qagħda tal- pubbliċità għall-ktieb Malti, fejn donnu hemm diżlivell bejn id-djar editorjali, l-ismjiet u t-tipi ta' kotba, anki jekk, għal darb'oħra, is-suq isuq u jiddetta u kull imprenditur jara kif l-aħjar imexxi l-bejgħa. Din hi l-lista t-twila, il-kunċett tal-longlist li ġie introdott xi snin ilu mill-Kunsill Nazzjonal tal-Ktieb, li jagħti dimensjoni aktar kompetittiva lil-premju, u li għalhekk jinstalla fażi fejn l-ewwel jiddaħħlu l-kotba, u mbagħad il-ġudikanti jaraw liema pubblikazzjonijiet ikun ħaqqhom tassew jieħdu sehem fil-finali. Sistema imperfetta u li forsi jeħtiġilha xi modifiki: il-lista t-twila f 'konkorsi simili barranin tkun waħda li tkun ġa għaddiet mill-ewwel għarbiel kritiku, u din il-fażi intermedja għadha nieqsa fil-premju Malti. Bħal dejjem il- qagħda dik li hi: il-limitazzjonijiet relattivi fil-fondi, id-diffikultà li ssib ġudikanti, mhux biss tajbin, iżda li b'xi mod ma jkollhomx kunflitt ta' interess. Min-naħa l-oħra, l-ammont kbir ta' kotba li jkollhom jinqraw u jinflew huwa wieħed importanti, u b'xi mod jista' anki jolqot l-għażla finali, jew inkella jillimitaha b'tali mod li mhux bilfors tkun tassew rappreżentattiva. Il-konkors ta' din is-sena se jkun mimli taqtigħat sbieħ, li tista' tgħid se jibdew ġa mill-pass minn lista għal oħra. Uħud minn dawn it-titli ġew pożittivament reċensiti fuq dawn il-paġni, b'oħrajn jistennew jew li niktbu dwarhom jew inkella li niskopruhom (u għal darb'oħra, in- nuqqas ta' reċensuri jagħmel dan l-apprezzament komprensiv ideali, diffiċli wkoll). Għall-kategorija tar-rumanz, ngħidu aħna, li ilha stabbilita bħala l-aktar prestiġġjuża tal-konkors, hemm mhux biss il- fenomenu gradwalment jikber ta' aktar kotba bl-Ingliż (4 minn 42), iżda almenu tliet ismijiet kbar u tliet proposti ġodda ta' suċċess, kif ukoll awturi popolari li, għalkemm jafu ma jgħaddux għall-fażi finali, huwa wkoll parti vibranti mix- xena letterarja. Odjużi l-paraguni, u m'aħniex fin-negozju tal- imħatri, imma nistgħu nistennew kompetizzjoni li jaf tinkludi lil Camerata ta' Aleks Farrugia, xogħol ieħor mill-prolifika Lou Drofenik, l-esperiment tal- istorja kważi vera ta' Toni Sant, u l-proposti interessanti ta' Daniel Schembri, Tyrone Grima u Kirsten Spiteri. In-novella wkoll tibqa' ġeneru prolifiku. 14-il sottomissjoni fejn, bejn wieħed u ieħor, hemm sebgħa papabbli sew u oħrajn li jaf qed jistennew il-ġudizzju, wara li ntilfu tul it-triq, mill-qari mirqum tal-ġurati. Interessanti f 'din il- kategorija hija li l-biċċa l-kbira Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022