Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 illum • IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 aħbarijiet il-kredibbilità u l-kwalità tal-ħajja; jelenka l-prijoritajiet tal-Gvern L-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna appella lill-politiċi, li llum ħadu l-ġurament bħala Deputati Parlamentari, biex l-azzjonijiet tagħhom ma jkunux imqanqla biss minn urġenza, imma appella biex iħarsu fit-tul u jindirizza l-għerq tat-tbatija u jindirizzawha. Appella wkoll biex jaħdmu sabiex jissuperaw il-mentalità tribali u biex ma jħallux il-flus jieħdu f 'idhom il-poter tal-Istat. "Il-karita politika tidher ukoll f 'qalb miuħa għal kulħadd," ikkwota l-Arċisqof lill-Papa. "Ħuti, din il-kelma tal-Papa naraha kelma li tagħmlilna kuraġġ biex nissuperaw il-mentalità tribali — aħna u intom, huma u aħna — u mhux se nagħmluha f 'ġurnata. Nispera nilħqu nagħmluha f 'seklu imma aħna hemm bżonn naħdmu issa f 'ħajjitna, jiena magħkom." Monsinjur Scicluna qal dan waqt l-omelija tiegħu waqt il-Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu fil-Kon Katidral ta' San Ġwann li tat bidu għaċ- ċerimonju tal-uħ tal-Parlament Malti għall-14-il leġislatura. L-Arċisqof silet ir-riflessjoni kollha tiegħu mill-Enċiklika tal-Papa Franġisku Ilkoll Aħwa u anke mid- diskorsi li hu għamel it tal-ġimgħat ilu meta żar Malta. Fakkar li f 'din l-ittra tiegħu, l-Papa jiddistingwi bejn imħabba imqanqla minn urġenza, bħal meta xi ħadd iħossu ħażin -triq u ħaddieħor imur jgħinu u dik li l-Papa jsejħilha "tjubija ordnata." Hi karità li toqgħod qrib ta' persuna li qed tbati, u hi karità wkoll dak kollu li tagħmel, anki mingħajr ma jkollok kuntatt dirett ma' dik il-persuna, biex tibdel il-kundizzjonijiet soċjali li qed jikkawżaw it-tbatija tagħha," ikkwota l-Arċisqof. 'Jekk xi ħadd jgħin ieħor billi jagħtih x'jiekol, il-politiku joħloq għalih post tax-xogħol' Kien hawn li saħaq li jekk is- Samaritan it-Tajjeb ra l-urġenza u l-emerġenza u rrisponda mill-ewwel, il-politiku jrid jaħseb fit-tul, lejn l-għerq tal-problema u jindirizzaha. Insista li hija karità wkoll, anzi forma ogħla ta' kwalità dik li ssir minn xi ħadd li ma jkollux kuntatt dirett mal-persuna. Ta dawn iż-żewġ eżempji li jsemmi l-Papa: "Jekk xi ħadd jgħin anzjan jaqsam xmara – u din hi karità mill-aqwa – il-politiku jibnilu pont, u anki din hi karità. Jekk xi ħadd jgħin lil ieħor billi jagħtih x'jiekol, il-politiku joħloq għalih post tax-xogħol, u hekk ikun iħarreġ għamla l-aktar għolja ta' karità li tagħmel l-azzjoni politika tiegħu waħda tassew nobbli," insista l-Papa. Irrefera wkoll għaż-Żjara tal- Papa Franġisku f 'Malta u d-diskors b'saħħtu li hu għamel lill-awtoritajiet tal-pajjiż fil-Palazz tal-Gran Mastru it wara li rifes fuq gżiritna. Fakkar li l-Papa talab biex Malta tkun verament laboratorju ta' ġustizzja soċjali, ta' paċi soċjali. Talab ukoll biex l-impenn biex tintemm l-illegalità u l-korruzzjoni jkun qawwi "bħal dak ir-riħ li jonfoħ u jnaddaf il-kosta." "L-onestà, il-ġustizzja, is-sens tad-dmir u t-trasparenza huma pilastri essenzjali ta' soċjetà ċivilment avvanzata," qal l-Arċisqof waqt li kompla jikkwota lill-Papa. 'Għandna bżonn il-politika...' Insista li anke jekk illum il-politika saret kelma kerha, minħabba żbalji, korruzzjoni u ineffiċjenza ta' xi politiċi, jibqa' l-fatt li d-dinja ma tistax tiffunzjona mingħajr politika ġusta. "Għandna bżonn il-politika u għandna bżonn partiti politiċi magħmula min-nies determinati li jwettqu u jagħmlu xi ħaġa," insista l-Arċisqof. Kompla jikkwota lill-Papa u saħaq li politika tajba hija dik li ma tħallix l-ekonomija tieħu f 'idha l-poter reali tal-isptar, jiġifieri l-flus ma jistgħux jiġu qabel kollox. Saħaq li l-mistoqsijiet li jistaqsu l-politiċi ma għandhomx ikunu fuq kemm ġabu voti u kemm qala' ċapċip imma kemm poġġa imħabba fil- proġetti tiegħu, kemm għen biex il- poplu jimxi 'l quddiem, x'marka ħalla fuq is-soċjetà u kemm żera paċi. Temm jawgura lill-politiċi kollha u ħeġġiġhom biex il-ħidma tagħhom tkun espressjoni tal-imħabba politika li xandar il-Papa Franġisku. L-ewwel xogħol tal-Parlament malli fetaħ il-bibien tiegħu għall- erbatax-il leġislatura kienet il- ħatra tal-Ispeaker u li mill-ewwel wasslet għall-batibekk bejn il- Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. L-Oppożizzjoni minnufih qalet li mhux se tkun qed tivvota favur il- ħatra ta' Anglu Farrugia minħabba dak li sejħitlu bħala nuqqas ta' "imparzjalità" min-naħa tiegħu fl- aħħar leġislatura. Fl-ewwel diskors tiegħu, il-Prim Ministru saħaq li hija ħasra li l-ewwel deċiżjoni tal-Oppożizzjoni fl-ewwel ġurnata tal-leġislatura l-ġdida kienet li ma jaqbilx ma' din il-ħatra. Abela saħaq li l-id tal-ħbiberija ta' Bernard Grech tfisser li jrid li tgħaddi dejjem tiegħu u fakkar li ilhom sena u nofs biex jaqblu dwar il-ħatra tal- Ombudsman, kariga importanti ħafna. Saħaq li jittama li din mhux se tkun l-attitudni tal-Oppożizzjoni tul il-leġislatura iżda insista li l-bidu ma jawgurax tajjeb. Qal ukoll li hu se jkompli joħroġ l-id tal-ħbiberija tant li l-Gvern mill- ewwel qabel li jivvota favur il-ħatra ta' David Agius, li għadu jokkupa l-kariga ta' Viċi Kap Nazzjonalista, bħala Deputat Speaker. Eventwalment, Anglu Farrugia nħatar Speaker. Din se tkun it-tielet leġislatura tiegħu u se jkun l-ewwel Speaker li serva f 'din il-kariga għal tliet leġislaturi. Farrugia se jkun qed imexxi l-akbar Parlament fl-istorja tal-Parlament Malti hekk kif jinkludi xejn inqas minn 79 Deputat. 'Tħallux il-flus jieħdu f'idhom il-poter reali tal-Istat' - L-Arċisqof lid-Deputati l-ġodda Il-ħatra tal-Ispeaker twassal għall-ewwel battibekk bejn Abela u Grech fil-ftuħ tal-Parmalent Il-Kap tal-Oppożizzjoni waqt il-ġurament tiegħu bħala Membru Parlamentari u Kap tal- Oppożizzjoni Il-Prim Ministru waqt id- Diskors tal-President Il-Prim Ministri Emeriti Joseph Muscat u Lawrence Gonzi waqt id-Diskors tal-President

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022