Illum previous editions

ILLUM 5 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 • illum aħbarijiet Abbandunati proposti għall-iskola primarja tal-Mellieħa; L-applikazzjoni għall-estensjoni għadha pendenti Minkejja li l-applikazzjoni ilha quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar mill-2018, il-permessi għall-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa għadhom ma ħarġux u proposti li kienu saru biex ikun massimizzat l-użu tal-iskola issa qed ikunu meqjusa 'mhux vijabbli' YENDRICK CIOFFI L-applikazzjoni għall-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar minkejja d-diffikultà ta' spazju li din l-istess skola ilha tħabbat wiċċha magħha. Apparti minn hekk, proposti li kienu saru biex ikun massimizzat l-ispazju ta' din l-iskola, anke għall-ġid tal-komunità residenzjal u kummerċjali tal-Mellieħa, issa ngħataw il-ġenb u qed ikunu meqjusa "mhux vijabbli." Sorsi mill-iskola li tkellmu mal- gazzetta ILLUM qalu kif minkejja li din l-iskola ilha snin tiffaċċja problema ta' spazju, minħabba l-popolazzjoni dejjem tikber tal- lokalità, ix-xogħol fuq l-estensjoni tal-iskola għadu ma bedix. F'Ottubru, "meta kien hemm ix-xniegħat ta' elezzjoni f 'Novembru," dehru gafef jaqilgħu l-ħamrija fuq dik il-biċċa art, (kantuniera ma' Triq Napuljun Caruana Dingli u Triq il-Mitħna l-Ġdida), li fuqha qed ikun propost li tinbena l-estensjoni tal-iskola. Madanakollu, sal-lum il-ġurnata, permessi għall-estensjoni tal- iskola għad ma hemmx, minkejja li l-applikazzjoni ilha quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar mill-2018. Il-gazzetta ILLUM ilha snin issegwi s-sitwazzjoni f 'din l-iskola tant li għal dawn l-aħħar snin, kien hemm studenti li kienu qed jirċievu l-lezzjonijiet fil-Mellieħa Sports Club. Fil-fatt, kien fl-2016 meta l-Kumitat tal-Kontijiet Dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kien approva emenda mressqa mill-Gvern bil-għan li l-Mellieħa Sports Club ikun jista' jintuża bħala estensjoni ta' din l-iskola. Is-sorsi spjegaw kif il-problema baqgħet tikber sena wara l-oħra hekk kif mill-iskola kienu qed jispiċċaw inqas studenti minn kemm kienu qed jidħlu fis-sena ta' wara. Dan għax il-popolazzjoni tal-Mellieħa baqgħet tikber fosthom minħabba għadd ta' familji barranin li jmorru jgħixu hemm. "Almenu, fi żmien il-Covid-19, kien hemm familji barranin li telqu u għalhekk f 'dawn l-aħħar sentejn il-problema ma komplitx tiżdied kif kien qed isir kull sena." Minkejja li l-problema ilha teżisti snin, sal-lum ix-xogħol fuq l-estensjoni għadu ma bedix u dan minkejja li sas-sena li għaddiet, kienet reġgħet saret konferenza tal-aħbarijiet, mill-Ministru tal- Edukazzjoni, li dak iż-żmien kienet Justyne Caruana, biex jiġu żvelati d-disinji tal-estensjoni li se tkun qed issir b'investiment ta' €5 miljun. Jekk wieħed jidħol fis-sit tal- Awtorità tal-Ippjanar, sal-lum il-ġurnata, għad ma hemmx permessi u din l-applikazzjoni qed tistenna d-deċiżjoni finali. Liema proposti ġew meqjusa mhux vijabbli? Intant, il-proposti li kien ressaq id-Deputat Mellieħi u l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar u li dwarhom jidher li kien hemm qbil anke mid- Deputati Melliħin tal-Gvern, issa ngħataw il-ġenb. Fil-fatt, meta kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari, il-Ministru għall- Edukazzjoni Clifton Grima qal li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) sabet li l-proposti mhumiex vijabbli. Fost oħrajn, Cutajar kien qed jipproponi li l-parkeġġ tal- iskola li se jinbena taħt l-estensjoni jkun mifrux fuq sitt sulari u mhux fuq tnejn biex jaqdi l-bżonnijiet tar-residenti wkoll. Ippropona wkoll biex mill-parkeġġ ikun hemm mina pedonali li tixref fi Triq Borg Olivier, it-triq ewlenija tal- Mellieħa, bil-għan li jonqos it- traffiku fl-istess triq u l-ħwienet ikunu aktar aċċessibbli. Kien ippropona wkoll li s-sala tal-iskola tinbena mill-ġdid biex tirbaħ sular u nofs taħt l-art biex tkun tista' taqdi wkoll mhux biss lill-istudenti imma anke l-għaqdiet tal-Mellieħa. Dwar dan l-ILLUM tkellmet ma' Robert Cutajar li saħaq li huwa ddiżappuntat ferm bir- risposta tal-Ministru anke għax is-suġġett huwa għal qalbu u dejjem ħadem id f 'id mal-Gvern għall-ġid ta' dan il-proġett. Cutajar saħaq li kemm Evarist Bartolo u anke Justyne Caruana, meta kienu Ministri għall- Edukazzjoni tawh l-opportunità li jiltaqa' fuq il-post mal-FTS u kollox kien jindika li kien hemm qbil dwar il-proposti li kien qed jagħmel hu. "Ħadd ma kien infurmat li l-proposti issa ma ġewx milqugħa sakemm għamilt Mistoqsija Parlamentari. Ħasra li problema tal-parkeġġ li ilha ġġorr il-qalba tal-Mellieħa u l-komunità kummerċjali mhux se tkun solvuta," kompla Cutajar waqt li akkuża lill- Gvern li, fi kliemu, qed j i x x a ħ ħ a ħ m a l - komunità tal- Mellieħa. Cutajar saħaq li fil-Mellieħa ma hemmx postijiet oħra li joffru opportunità li jsir parkeġġ bħal dan li jintuża mhux biss mill- iskola imma anke mir-residenti u li jkun viċin postijiet importanti, inkluż il-posta, id-dar tal-anzjani u l-qalba kummerċjali. 'Għal binjiet oħra l-permessi malajr jinħarġu...' Tkellem ukoll dwar is-sala u saħaq li l-proposta tiegħu, li ħariġha anke wara li kkonsulta ma' esperti u periti, kienet importanti mhux biss għall- iskola imma anke għall-għaqdiet tal-Mellieħa, inkluż dawk mużikali u gruppi oħra u setgħet tiġbed lejn il-Mellieħa n-niċċa tat-turiżmu tal-konferenzi. "Meta konna identifikajna post fid-daħla tal-Mellieħa għall-bini ta' sala għall- komunità tal-Mellieħa u anke biex tintuża għall-konferenzi, il- Gvern iddeċieda li jagħtiha lill- Privat u minflokha llum hemm binja ta' disa' sulari." Temm jappella biex din l-applikazzjoni ma tibqax fuq l-ixkaffa għax fi kliemu, għal binjiet oħra, ma kienx hemm bżonn daqshekk dewmien. Intant, il-gazzetta ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill- Ministeru għall-Edukazzjoni u staqsiet, fost oħrajn, għaliex dawn il-proposti issa ġew meqjusa mhux vijabbli X'se tinkludi l-estensjoni? Il-proġett jinkludi r-rino- var tal-binja eżistenti u anke l-bini ta' blokka ġdida biswit l-iskola. F'din il-binja se jkun hemm tmien klassijiet ġodda tal-kindergarten u 26 klassi ġdida għall-primarja. Se jinkludi wkoll faċilitaji- et għall-edukaturi u servizzi oħra, fosthom kamra għall- First Aid, liberija, gym u sa- la. Il-gym se jkun jintuża mill-pubbliku wara l-ħinijiet tal-iskola. Ix-xogħlijiet se jkunu qed jassiguraw li jkun hemm il-ħolqien ta' klassijiet addizz- jonali għal suġġetti vokazzjo- ni, ix-xjenza, l-arti u l-mużika u anke għall-iżvilupp soċjali u personali. Se jkun hemm kamra wkoll multi-sensorjali għat-terapija ta' dawk it-tfal li jiġu bżon- nha u anke spazju għal ċentru ġdid ta' childcare. Meta jkun konkluż, l-iskola se tkun qed tilqa' 700 student u l-edukaturi jiżdiedu b'25 persuna. Robert Cutajar Dehra ta' kif se tidher l-iskola wara li tkun rinovata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2022