Illum previous editions

ILLUM 12 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 illum • IL-ĦADD 12w TA' ĠUNJU 2022 aħbarijiet Il-Ministru Borg iwiegħed l-appoġġ kontinwu ta' Malta lil-Libja fuq bażi ewropea u internazzjonali "Iż-żjara tal-lum mill-Ministru Najla M. El-Mangoush hija waħda li tkompli tissimbolizza r-relazzjoni b'saħħitha li għandhom Malta u l-Libja u li se nkomplu naraw li tkompli tisaħħaħ f 'kull qasa." Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt li kien qed jindirizza lill-mezzi tax-xandir wara laqgħa uffiċjali li kellu mall-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Libja Najla M. El-Mangoush. Il-Ministru Ian Borg qal li Malta tħaddan valuri importanti fil-politika barranija Maltija, bħal dawk tal-kooperazzjoni, il- ħbiberija u l-parteċipazzjoni attiva. Dawn il-valuri wkoll kienu nnutati - kompla jgħid Borg - fil-vot b'saħħtu li Malta rnexxielha tikseb it tal-jiem ilu biex mis-sena d-dieħla se tkun qed tifforma wkoll parti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Matul il-laqgħa bilaterali kienu diskussi bosta suġġetti li huma ta' interess għaż- żewġ pajjiżi, primarjament ir-reġjun tal-Mediterran, sabiex ikun żgurat li fih ikun hemm stabbiltà u sigurtà. Ġew diskussi suġġetti oħra importanti bħall- immigrazzjoni irregolari u anke t-traffikar uman. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti sostna li waqt il-laqgħa uffiċjali ġiet diskussa wkoll il-qagħda preżenti fil-Libja u kif Malta tista' tagħti l-kontribut tagħha għal dan il-proċess ta' stabbiltà. "Għal darb'oħra tennejt il-pożizzjoni ta' Malta u ħeġġiġt lill-partijiet kollha sabiex joqogħdu lura milli jieħdu azzjonijiet li permezz tagħhom irażżnu l-paċi u s-sigurtà fil-pajjiż. Nemmen li hemm bżonn biex mill-aktar fiss possibbli jkun hemm soluzzjoni politika permezz ta' elezzjonijiet ġusti u inklussivi". Il-Ministru Borg qal li Malta se tibqa' tmexxi 'l quddiem u tagħti l-appoġġ tagħha lil-Libja anke fuq bażi Ewropea u internazzjonali. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Libja Najla M. El-Mangoush qalet li din il-laqgħa kienet importanti għaliex setgħu jiġġeddu iktar ir-relazzjonijiet tajba u l-ħbiberija li l-Libja għandha ma' Malta. Hija saħqet ukoll dwar is-sinjifikat tad-data tal-lum, il-11 ta' Ġunju għaliex kien proprju f 'din id-data fis- sena 1965 li timmarka l-anniversarju minn meta bdew ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-Ministru Ian Borg flimkien mal-Ministru Najla M. El-Mangoush

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2022