Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552
04 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 • illum 'Qed jgħidulna bil-pulit biex nitilqu 'l hemm' Residenti Beltin jilmentaw dwar il-mużika fl-istabbilimenti sas-siegħa ta' filgħodu Fl-aħħar jiem ġie ppubblikat Avviż Legali biex ir-ristoranti u l-bars fil-Belt Valletta jkunu jistgħu jibqgħu bil-mużika sas-siegħa ta' filgħodu YENDRICK CIOFFI "Lir-residenti qed jgħidulna bil- pulit biex nitilqu 'l hemm. Il-Belt ma għadhiex tal-Beltin. Storbju sa tard bil-lejl u issa se jħalluhom idumu aktar bid-daqq." Hekk saħaq wieħed mir-residenti Beltin li tkellmu mal-gazzetta ILLUM biex jilmentaw dwar l-istorbju eċċessiv mill-istabbilimenti tad- divertiment, ristoranti u bars u dwar l-Avviż Legali li ħareġ fl-aħħar jiem u li se jkun qed jippermetti li l-mużika fuq barra tibqa' għaddejja sas-siegħa ta' filgħodu. Kif kienet il-liġi, l-istabbilimen- ti fil-Belt Valletta ma setgħux idoqqu mużika fuq barra wara l-11pm, iżda s-sidien kienu qed jilmentaw li dan ma jagħmilx sens u ma' din l-istess gazzetta, ħmistax ilu, saħqu li "fl-ebda belt fid-dinja ma jwaqqfu l-mużika fil-11pm." L-Avviż Legali jippermetti li issa l-mużika fuq barra f'post kummerċjali tista' tibqa' tin- daqq "f'livell moderat" anke wara l-11.00pm u tieqaf kompleta- ment wara s-1.00am. Dan l-Avviż Legali ma niżel xejn tajjeb mar-residenti Beltin li qed jisħqu li daħal baxx baxx mingħajr l-ebda konsultazzjoni magħhom u mingħajr ma ħa inkonsiderazzjoni d-diffikultajiet li jgħaddu minn- hom. Wieħed mir-residenti li joqgħod fi Strada Stretta, ilmenta kif l-is- torbju huwa "insopportabbli" u saħansitra qal li qabel ma daħal l-Avviż Legali, il-mużika xorta waħda kienet tibqa' tinstema' anke jekk tindaqq fuq ġewwa biss. "X'nagħmlu? Naqbdu l-affari- jiet u nitilqu? Hekk qed jgħid- ulna bil-pulit," kompla jisħaq. Iżda dan ma kienx l-uniku resident li tkellem mal-gazzet- ta ILLUM. Oħrajn ilmentaw kif l-istorbju jibqa' għaddej anke wara li tieqaf il-mużika u ilmentaw li ftit li xejn hemm kontrolli. Residenti oħra fakkru li l-is- torbju ma jiqafx malli tieqaf il-mużika. Insistew li anke me- ta l-mużika tieqaf fil-11pm, il-klijenti jibqgħu barra jixorbu u jgħajtu. "Aħseb u ara jekk issa l-mużi- ka tibqa' għaddejja sas-siegħa," kompla resident. "X'ħin se norqod? Jiena nqum għax-xog- ħol fil-5am." Residenta partikolari saħqet li anke meta, fost il-ġimgħa, ma jkollhomx nies jew ikollhom ftit, xorta waħda hemm barijiet li jibqgħu għaddejin bil-mużika sakemm tagħtihom il-liġi. "Dan biex ma nsemmux il- ħmieġ mal-faċċati tad-djar," temmet tgħid. Aħna se nitolbu biex l-Avviż Legali jkun irrevokat ... Jekk il- Gvern mhux se jisma', nistgħu nippakkjaw u nitilqu 'l hemm Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Minority Leader tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, l-eks Sind- ku Christian Micallef li akkuża lill- Gvern li qed jgħaddi romblu minn fuq il-Kunsill Lokali u staqsa jekk kinitx din l-intenz- joni tal-Partit Laburis- ta meta ħadem biex jieħu f'idu l-Belt. Insista li r-reazzjo- ni tar-residenti għal dan l-Avviż Legali kienet negattiva ħaf- na aktar u aktar meta l-liġi se tkun qed tipper- metti li l-mużika tibqa' għaddejja sas-siegħa ta' filgħodu kuljum. "In-nies iridu jqumu għax-xog- ħol u jridu jistrieħu. Hemm familji u anzjani jgħixu fi Strada Stretta u bnadi oħra. Il-Gvern qed jiġi jaqa' u jqum minn dan kollu u minn kif jaħsibha l-Kunsill Lokali." Kien hawn li staqsa jekk kinitx din ir-raġuni għaliex il-Partit La- burista ried li jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-Belt, jiġifieri biex ikun jista' jagħmel li jrid, kif fi kliem Micallef, qed jagħmel fejn jidħlu l-parkeġġi riservati għall-Min- isteri u anke kif għamel fil-każ tal-pjattaforma li ngħatat lil Bou- tique Hotel Rosselli fi Triq Mer- kanti. "Issa ċar li l-wiegħ- da tal-PL li jwet- taq bidla fil-Belt Valletta kienet fiergħa," kompla Micallef. S a ħ a q m a l - g a z z e t t a ILLUM kif talab laqgħa urġenti tal-Kun- sill Lokali u se jkun qed jitlob lill-bqija tal-kunsilliera biex jitol- bu flimkien lill-Gvern biex jirrev- oka dan l-Avviż Legali u jiddiskuti magħhom dwar kif jista' jinħoloq bilanċ. "Jekk il-Gvern mhux se jisma', nistgħu naqbdu, nippakkjaw u nit- ilqu 'l hemm għax inkunu qegħdin hemm għalxejn," kompla jinsisti. Saħaq li jixtieq jara x'se tkun ir-reazzjoni tal-bqija tal-Kun- silliera Laburisti għax irrimarka li sal-lum ħadd minnhom ma kkummenta jew ikkundanna dan l-Avviż Legali u l-aġir tal-Gvern. "Sa issa ħadd minnhom ma tkel- lem. Ma għandhomx jibżgħu jit- kellmu," insista. Iżda l-ILLUM tfakkru li l-Belt hija l-Belt Kapitali u kull belt oħra Kapitali fl-Ewropa hija ċ-ċentru tad-divertiment. Micallef saħaq li l-Belt Valletta ma tistax titqabbel ma' bliet oħra Ewropej. "Fil-Belt, iċ-ċentru residenzjali mhuwiex 'il bogħod miċ-ċentru kummerċjali. Ma hemmx differ- enza. Fuq ir-ristoranti u l-bars jgħixu l-anzjani u l-familji," kom- pla jisħaq. Temm jinsisti li l-Kunsilliera Nazzjonalisti mhumiex kontra d-divertiment fil-Belt. Tenna li huma favur il-bilanċ, li fi kliemu, l-Avviż Legali kif inhu, mhuwiex qiegħed jilħaq. "Ma jagħmilx sens li l-mużika titħalla tibqa' għaddejja sas-siegħa ta' filgħodu kuljum, mit-Tnejn sal- Ħadd.' 'Se niktbu lill-Gvern biex l-Avviż Legali jkun aktar ċar' Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit irrikonoxxa r-rabja tar-residenti għal dan l-Avviż Legali iżda saħaq li l-Kunsill Lokali ma kellu l-ebda kontroll u it li xejn jista' jagħmel meta jidħol fis-seħħ Avviż Legali. M a d a n a k o l l u insista li l-Kunsill se jkun qed jikteb lill-Gvern biex immedjatament jiċċara l-Avviż Legali speċjalment meta jitkellem fuq "mużika moderata." L-ILLUM staqsietu jekk il- Gvern setax ikkonsulta qabel mal- Kunsill u Zammit insista li dwar dan kien hemm laqgħa waħda biss u fiha l-Kunsill Lokali għamilha ċara li r-residenti jridu jkunu protetti u kwalunkwe mużika wara l-11pm għandha tkun biss "so music." "So music tfisser backround music, jiġifieri mużika li tinstema biss mill-klijent li qiegħed bilqiegħda fuq il-mejda," saħaq is- Sindku. "Se ninsistu li dan ikun iċċarat fl-Avviż Legali, anke l-fatt li wara l-11pm ma jistax ikun hemm live bands." Sadanittant insista li l-Kunsill Lokali se jżomm mal- pożizzjoni tiegħu u ma joħroġx permessi għal DJs fil-Belt Valletta. "Aħna ma rridux li l-Belt issir Paceville ieħor. Irridu divertiment li jixraq lill-Belt Valletta," kompla Zammit. Insista wkoll li l-Kunsill Lokali se jkun iebes ma' min jabbuża u jikser l-Avviż Legali u se jkun qed jagħmel pressjoni mal-Pulizija biex jieħdu passi kontra min jiġi jaqa' u jqum mir-residenti. "Se jsibuna l-ħin kollu warajhom," temm jisħaq Zammit.