Illum previous editions

ILLUM 12 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

05 Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill- Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. illum • IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 aħbarijiet Proposta biex mewt minn abort mhux sikur f'pajjiż bħal Malta tibda titqies bħala femiċidju L-abort lura fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew wara rapport mill-Qorti Suprema tal-Istati Uniti. Il- Parlament jerġa' jisħaq illi l-abort sikur u l-aċċess għalih għandu jkun prijorità... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Abort li jwassal għall-mewt għax ma jkunx sar b'mod sikur u li jkun sar f 'pajjiż - bħal Malta - fejn huwa pprojbit għandu jibda jitqies bħala "qtil arbitrarju speċifiku għall-ġeneru." Hekk qed jipproponi l-Parlament Ewropew f 'riżoluzzjoni li għadda propju din il-ġimgħa msejħa 'edid Globali għad-Dritt għall- Abort', fid-dawl tad-deċiżjoni li ħadet Qorti Amerikana fuq dan is-suġġett u l-possibilità li l-Qorti Suprema Amerikana tirrevoka d-dritt għall-abort f 'dan il-pajjiż. Essenzjalment b'din il-proposta l-Parlament Ewropew qed jisħaq li mewt ta' omm minn abort mhux sikur f 'pajjiż fejn dik il-mara ma għandhiex għażla għandu jitqies femiċidju, għax jinsisti li din il- mewt tkun "konsegwenza tad- diskriminazzjoni minquxa fil- liġi." Il-Parlament Ewropew jelenka figuri u fatti dwar l-abort u jfakkar illi 45% kollha tal-aborti li jsiru madwar id-dinja ma jsirux b'mod sikur u li 97% minn dawn iseħħu f 'pajjiżi fejn l-abort huwa llegali. Dan apparti l-fatt li fis-sena huwa stmat li jkun hemm 121 miljun tqala "mhux intenzjonata" li minnhom xejn inqas minn 60% - jiġifieri 72.6 miljuni - jintemmu f 'abort. Ir-riżoluzzjoni tfakkar li skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas- Saħħa, "il-proporzjon ta' aborti mhux sikuri huwa ogħla b'mod sinifikanti f 'pajjiżi b'liġijiet restrittivi ħafna fir-rigward tal- abort milli f 'pajjiżi b'liġijiet inqas restrittivi." U finalment minn punt ta' figuri u fatti dwar l-abort il-Parlament ifakkar li l-kumplikazzjonijiet fit-tqala huma meqjusin bħala l-akbar fattur ta' mwiet globalment għal tfajliet ta' bejn il-15 u d-19-il sena. Fil-fatt ifakkar ukoll li kien il-Kumitat tal-Ġnus Magħquda għad-Drittijiet tat-Tfal li ħeġġeġ sabiex l-abort ikun dikriminalizzat u jkun żgurat li t-tfajliet ikollhom aċċess għal servizz ta' abort sikur. X'ġara eżatt fl-Istati Uniti? Il-Qorti Suprema Amerikana kienet stabbiliet preċedent fil- kawża storika Roe vs Wade (1973), li aktar tard ġie affermat fil-kawżi Planned Parenthood v Casey (1992) u Whole Woman's Health vs Hellerstedt (2016), li jiggarantixxi d-dritt kostituzzjonali għall-abort legali qabel ma l-fetu jsir vijabbli fl-Istati Uniti. Minkejja dan, abozz ta' opinjoni li għadu kif kien ippubblikat u li għandu l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Qorti Suprema, mill-Imħallef Samuel Alito fil-każ tal-Uffiċjal tas-Saħħa mid-Dipartiment ta' Mississipi kontra il-Jackson Women's Health Organization effettivament iwassal għar-revoka tas-sentenza Roe vs. Wade u jreġġa' lura d-drittijiet Kostituzzjonali fir- rigward tal-abort f 'dan il-pajjiż. Il-Qorti Suprema issa hija mistennija toħroġ deċiżjoni finali qabel l-aħħar ta' dan ix-xahar. Ir-riżoluzzjoni tisħaq illi l-abbozz ta' opinjoni żvelat "jirrappreżenta l-aktar eżitu detrimentali għad- drittijiet tal-abort f 'termini ta' dak li l-Qorti Suprema tista' tiddeċiedi għax jippermetti lill-istati jipprojbixxu l-abort fi kwalunkwe punt tat-tqala u jiaħ il-possibbiltà ta' projbizzjonijiet sħaħ fuq l-abort, li hija eventwalità li tneħħi l-protezzjonijiet li d-drittijiet eżistenti tan-nisa u l-bniet fl-Istati Uniti jagħtuhom." U fl-Unjoni Ewropea x'inhi s-sitwazzjoni? Is-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea hija tali li Malta huwa l-uniku pajjiż fl-UE li ma jippermetti ebda forma ta' abort taħt ebda ċirkostanza. Minn naħa l-oħra l-Polonja huwa l-uniku pajjiż tal-UE li neħħa mil-Liġi l-mottiv għall- abort, deċiżjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali li l-Parlament Ewropew ifakkar illi prattikament waslet għal projbizzjoni tal-abort f 'dan il-pajjiż. L-abort fil-bidu tat- tqala mhuwiex legali fl-Islovakkja u lanqas disponibbli fl-Ungerija, filwaqt illi l-Parlament Ewropew ifakkar li fl-Italja qed jonqos l-aċċess għall-abort. 'L-abort sikur u legali għandu jkun prijorità għall-Istati Membri tal-UE' Permezz ta' din ir-riżoluzzjoni l-Parlament Ewropew reġa' għamel aċċenn qawwi fuq l-importanza li jkun hemm garanzija tal- aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati komprensivi, l-edukazzjoni u s-servizzi komprensivi dwar is- sesswalità u r-relazzjonijiet, inklużi l-ippjanar tal-familja, il-metodi ta' kontraċezzjoni u l-abort sikur, legali u mingħajr ħlas. Il-Parlament Ewropew ifakkar ukoll li l-aċċess għall- kura mal-abort jippermetti li n-nisa jkollhom aktar kontroll ta' ġisimhom filwaqt li iżda jesprimi tħassib dwar il-fatt li projibizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-abort - bħal dawk f 'Malta u l-Polonja - jimpattaw l-aktar in- nisa fqar, b'mod partikolari n-nisa minn żoni rurali, il-persuni LGBTIQ, in-nisa b'diżabilità, l-adolexxenti, in-nisa migranti, inklużi l-immigranti irregolari, u familji b'ġenitur wieħed immexxija minn nisa. Filwaqt li l-Parlament rrikonoxxa l-irwol li għandhom l-NGOs fl-għajnuna li jagħtu lil nisa li jagħmlu jew ikunu se jagħmlu l-abort, fakkar fl- importanza li dawn jingħataw finanzjament biżżejjed biex joperaw. Finalment il-Parlament Ewropew qed jappella lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni Ewropea u lill- Istati Membri kollha tal-UE li jippromovu u jagħtu prijorità qawwija lill-aċċess universali għall-abort sikur u legali. Il-protesti Fl-Istati Uniti fejn hemm il-possibilità li l-Qorti Suprema tiddeċiedi kontra l-abort

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2022