Illum previous editions

ILLUM 12 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 storja IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2022 • illum Il-Mixja lejn is-7 ta' Ġunju Ħarsa lejn il-qagħda ta' pajjiżna GODFREY PIROTTA (Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Kif spjegat fir-Rapport tagħha, din il-Kummissjoni ta' Francis Mowatt, Russell Rea u Mackenzie Chalmers kkonfermat li l-ekonomija Maltija kellha sors wieħed ta' dħul barrani: In-nefqa militari u navali kemm f 'xogħolijiet u kemm fil-preżenza ta' truppi u bastimenti fil-gżira. Is-soluzzjonijiet prinċipali li rrakkomandat il-Kummissjoni tal- 1911 kienu ħamsa. L-ewwel, li għandha tinħoloq strateġija biex kemm jista' jkun numru kbir ta' Maltin jemigraw lejn pajjiżi oħra. It-tieni, li l-Gvern Imperjali kellu jikkontribbwixxi għal kull xogħlijiet li setgħu jaffettwaw is-saħħa u l-kumdità tal-qawwiet Ingliżi f 'Malta. It-tielet, li l-Gvern Imperjali ma jibqax jintaxxa lill-kaxxa ta' Malta £5000 fis-sena bl- iskuża li dan kien biex tkopri l-ispiża għad-difiża ta' Malta. Ir-raba', li t-taxxa tal-qamħ kellha titnaqqas bin-nofs u t-telf jitpatta minn taxxi fuq il-birra, is-sigaretti u z-zokkor u, possibilment, minn taxxi fuq wirt u djar. Il-ħames, li l-proċeduri fil-qorti kellhom jeħfiefu, in-numru ta' mħallfin u impjegati jonqos, u li fil-qrati inferjuri il-proċeduri orali kellhom ikunu bil-Malti u f 'dawk superjuri il-Maltin kellhom ikollhom id- dritt li l-każ tagħhom jinstema' bil-Malti. Mandankollu, il-Kummissjoni falliet li tgħid kif setgħu jiġu ffrankati l-ispejjeż fit–tħaddim taċ-Ċivil. Il-Kumitat Clauson: Kif il-Gvern kellu jnaqqas in-nefqa pubblika mingħajr ma jkun hemm żieda fit-taxxi Għalhekk huma rrakomandaw it- twaqqif ta' kumitat apposta taħt it- tmexxija tal-Maġġur Clauson, li dak iż-żmien kien Logotenent Gvernatur f 'Malta. Huma saħqu li sakemm jirraporta dan il-kumitat, ebda vakanza ma kellha timtela jekk ma tkunx assolutament bżonnjuża għat-tmexxija tajba taċ-Ċivil. Il-Kumitat Clauson ħareġ ir-rapport tiegħu f 'Marzu 1913. Huma kkonkludew li x-xogħol tagħhom kien li jaraw liema miżuri setgħu jitwettqu, waqt li jħallu lill-Gvern ilaħħaq l-għanijiet tiegħu, jnaqqsu n-nefqa pubblika mingħajr ma jkun hemm żieda fit-taxxi. Ir-rapport jgħid li ekonomija kienet possibbli jekk xogħlijiet pubbliċi jiġu ristretti għal dak li kien verament meħtieġ; billi jkun hemm ekonomija fin-nefqa fuq tiswijiet ta' toroq u dwal; jekk jingħataw b'tender lill- privat il-ġbir tal-iskart u tindif tat-toroq; billi s-servizzi tal-isptarijiet u tad-Dar tal-Karità (illum San Vinċenz de Paule) jiġu mogħtija strettament li dawk li għandhom bżonn il-kura u jiġu utilizzati għaqdiet u organizzazzjonijiet immexxija mill-knisja u individwi privati. Huma ukoll sejħu għat-tneħħija tal-pensjoni lil dawk kollha li kienu jitħallsu bil-ġurnata u s-sensja lil madwar dsatax-il iskrivan u impjegati oħra. L-ewwel sinjali ta' militanza... Dawn u miżuri oħra ma kinux oriġinali wgħax ħafna minn dawk li kienu dehru quddiem il-Kummissjoni Rjali kienu għamlu l-istess suġġerimenti. Li hu żgur hu li s-sitwazzjoni f 'Malta, minħabba din il-kriżi, kienet qed issir dejjem iktar diffiċli u s-sens ta' rabja baqa' dejjem jikber. Il-prezzijiet komplew jogħlew u minħabba dawn id-diffikultajiet il- ħaddiema kienu qed isiru, ftit ftit, iktar militanti. Diġà, qabel is-sena 1913, is-sinjali ta' dan il-moviment kienu jidhru ċari. L-ewwel strajk industrijali kien seħħ fi Frar tal-1900 mill-ħaddiema tal-faħam ġewwa l-port li, sa dak iż-żmien, lanqas kienu organizzati f 'xi unjin. Kienu imbagħad il-ħaddiema tat-Tarzna li ħadu azzjoni industrijali fi ġlieda għal pagi aħjar f 'Novembru 1902. Il-kbir kien għadu ġej. Il-Gwerra l-Kbira u l-impatt tagħha F'Lulju 1914 l-imperi Ewropej daħlu fi gwerra kontra xulxin. Bħal kull gwerra qabilha, din il-gwerra pprovdiet opportunitajiet kbar ta' xogħol għal Maltin, imma minħabba n-natura tagħha ħolqot diffikultajiet kbar ukoll. Malta, iktar minn qatt qabel, kienet fil-bżonn li t i m p o r t a k w a n t i t a j i e t kbar ta' ikel, kemm biex i s s o s t n i p o p o l a z z j o n i li kienet kibret ħafna, kif ukoll minħabba l-eluf ta' membri tal- qawwiet Alleati. Imma l-gwerra ġabet skarsezza kbira u l-prezzijiet tal-ikel għolew mas-smewwiet. Il-prezz tal- ħobż, l-ikel komuni ta' parti kbira mill-popolazzjoni, ittripla, il-laħam bi tlett darbiet u nofs u taz-zokkor erba' darbiet. Il-Gvern ipprova jtaffi l-ġuħ b'sussidji lill-importaturi tad-dqiq u bil- ħolqien ta' bordijiet biex jikkontrollaw il-prezzijiet. Imma dawk impjegati b'paga fissa batew ħafna, għax il-paga ma kinitx biżżejjed biex titma lilhom u l-familji kbar li normalment kellhom dak iż- żmien. Fost dawn kien hemm il-parti kbira tal-impjegati taċ-Ċivil. Dan huwa wkoll punt importanti għax kienet waħda mill-konsegwenzi li żiedet il-militanza fost il-ħaddiema u ssoktat tindokra għal atmosfera ta' skuntentizza u rabja li wasslet għall-irvellijiet. Matul is-snin tal-gwerra membri taċ- Ċivil, speċjalment l-impjegati fl-iskala ta' isfel, bagħtu ħafna ittri lill-Gvernatur biex dan jagħtihom assistenza. Minn żmien għal żmien il-Gvernatur ħabbar l-għoti ta' War Bonuses biex jipprova jgħinhom. Ħaddiema oħra, minkejja li l-gwerra kienet fl-aqwa tagħha, fosthom il-ħaddiema tat-tarzna, marru iktar 'il bogħod u fl-1917 ħadu azzjonijiet industrijali li bis-saħħa tagħhom ħadu żieda ta' 50% tal-paga. F'Mejju 1918, probabbilment inkoraġġiti mis-suċċess tal-ħaddiema tat-Tarzna, u ftit xhur biss qabel tmiem il-gwerra, l - i s k r i v a n i tal-Gvern għamlu protesta mal-Gvernatur Lord Methuen li fiha talbu riforma fil-kundizzjonijiet tagħhom. Iżda, meta raw li din ma laħqitx l-għan tagħha, huma sejħu għal-laqgħa għall-membri klerikali kollha. F'din il-laqgħa, permezz ta' memorandum, spjegaw kif il-membri klerikali kienu qed ibatu minn nuqqas ta' nutriment, kif kellhom joħorġu it-tfal tagħhom mill-iskola u li kellhom saħansitra jċedu l-polzi ta' assikurazzjoni fuq ħajjithom. Madankollu r-risposta mil-Londra ma kinitx dik li xtaqu. F'Ottubru tal-istess sena l-affarijiet ħadu bixra iktar serja meta, issa, kienu l-pulizija li ħarġu fuq azzjoni industrijali. Dan forsi jispjega għaliex waqt l-inkjesta dwar l-irvellijiet ingħad li l-pulizija Maltija, kif ukoll il-Milizzja, mhux talli ma tawx sehem biex jitrażżnu l-irvelijiet, imma dehru nieqsa mill-ħeġġa biex jagħmlu hekk. Il-Gvernatur, iffaċċjat minn din is-sitwazzjoni, żamm lura milli jikkomunika r-risposta negattiva ta' Londra lill-iskrivani b'iktar minn xahar. Meta fl-aħħar il-Gvernatur għadda din ir-risposta, minflok is-soltu deferenza li kienet mistennija lejh minn membri taċ- Ċivil, sab ma' wiċċu memorandum ieħor b'ton ferm iktar militanti. Din il-ġimgħa Malta ċċelebrat is-Sette Giugno u l-Professur Godfrey Pirotta jkompli jieħu lill-qarrejja ta' din il-gazzetta lura fl-istorja, lura fil-ġrajjiet li waslu għall-irvellijiet li ħallew sitta mejta Godfrey Pirotta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2022