Illum previous editions

ILLUM 12 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 kotba IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 • illum Jitnieda l-film Jurassic World, bix-xeni ta' Malta jiddominaw partijiet minnu Din il-ġimgħa tnieda l-film blockbuster tal-franchise Jurassic World Dominion, bix- xeni ta' Malta jiddominaw fl- ewwel siegħa tal-film. L-hekk imsejjaħ Gran Finali tat-triloġija, Dominion jara r-ritorn tal-kast oriġinali mill-ewwel edizzjonijiet ta' Jurassic Park fit-tmeninijiet - Laura Dern, Sam Neill u Jeff Goldblum, jingħaqdu mal-atturi prinċipali - Chris Pratt u Bryce Dallas Howard. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-films f 'Malta, Pajjiżna sab ruħu fi' blockbuster ta' dan il-livell, bid-direttur Colin Trevorrow ifaħħar lil Gżejjer tagħna u l-crew Malti li ħadem fuq dal-film. Għat-tnedija ta' Jurassic, il- kummissarju Malti għal films Johann Grech sostna li llkoll "ninsabu kburin u eċitati bit- tnedija ta' dan il-film, b'pajjiżna fil-quċċata" u kif il-Malta Film Commission qed tikseb dawn ir-riżultati bis-saħħa tal-ħidma kontinwa b'għan komuni. Il-Ministru għat-Turizmu, inkarigat mill-industrija tal-films, Clayton Bartolo qal li ż-żminijiet meta ffilmja Jurassic World Dominion f 'Malta ma kinux faċli, speċjalment għal-fatt li kien l-ewwel blockbuster movie fid- dinja li ffilmja waqt il-pandemija. Bartolo qal li l-industrija tal-films, mhux biss kienet reżiljenti u fost l-ewwel li rkuprat, iżda anke qed taċċellera fuq kull fronti. Huma għalqu billi rringrazzjaw lil kull persuna li b'xi mod għen biex inġibdet din il-produzzjoni, u wassal biex illum Malta spiċċat fuq il-'big screen'. B'xeni mill-ajru tal-Belt u l-Birgu li juru s-sbuħija ta' Malta, id- dinosawri jagħmlu ħerba fi' Pjazza San Ġorg, bil-bandiera Maltija tperper fl-isfond tal-istampa. Mil- Ġimgħa, il-pubbliku jista jara Jurassic World Dominion fis-swali taċ-Ċinema kollha madwar id- dinja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2022