Illum previous editions

ILLUM 19 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 festi IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJU 2022 • illum 'Ġejt hawnhekk sħiħ, trid terġa' familja tistennik' – Charles Borg, Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal- pirotekniku Charles Borg, li mill- kamra tan-nar ta' San Ġorġ, f'Ħal Qormi, jispjega aħjar l-isfidi tal- arti tal-piroteknika imma ukoll is- sodisfazjon li wieħed jieħu minn dan ix-xogħol MARIANNA CALLEJA Fil-belt ta' Ħal Qormi hemm żewġ qaddisin li jiġu ċċelebrati u frekwentament tispikka l-pika l-iktar waqt il-marċ bejn iż-żewġ festi, imma dik il-pika tinħass ukoll fil-kamra tan- nar? Fil-pront Charles Borg, pirotekniku ġewwa l-kamra ta' San Ġorġ, wieġeb li "assolutament le." Huwa insista li f 'dan ix-xogħol m'hemmx post għal pika. Jikkunsidra li forsi jkun hemm element ta' kompetizzjoni fejn jipprovaw jipperfezzjonaw ix-xogħol li qed jaħdmu fuqu iżda din xorta mhux prijorità. "Pika żejda ġġiblek il-periklu, lanqas l-amministru tal-kamra qatt mhu se jippermettiha. Ġejt hawnhekk sħiħ, trid terġa tmur lura d-dar sħiħ, għandek familja tistennik." żied Borg. Tenna li l-priorità assoluta hi s-sigurtà u li hi idea żbaljata li l-pika li forsi tinstab fil-marċi tmur lill hinn mill-pjazzez. Il-pandemija u l-għoli tal-ħajja jaffetwaw ukoll lill-kmamar tan-nar Mid-dehra l-pandemija affetwat lill- kmamar tan-nar ftit mhux ħażin. Charles Borg jiddeskrivi l-pandemija bħala "xokk kbir" li ma kienx qed jistenna. Irrakkonta kif meta waslet il-Covid-19 f 'Malta, il- Kamra tan-Nar ta' San Ġorġ kienet waslet fl-aktar parti kruċjali tal-praparamenti tagħha. Dan minħabba li kienu ġimgħat 'il bogħod mill-festa liturġika ta' San Ġorg Martri, dik tat-23 ta' April, imma wkoll xhur 'il bogħod mill-festa, li tkun iċċelebrata fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju. "Kienu stejjer li nismgħu biss, bħal fit-Tieni Gwerra Dinjija meta l-festa ma saritx, jew meta kien hemm it-traġedja tal-1982 u l-festa kellha titħassar. Kien xokk! Il-kamra, li s-soltu tkun mimlija attività, kella tibda' timplimenta distanza soċjali, anke fil-kamra tan-nar fejn is- soltu inkunu familja waħda," qal Borg. Jgħid li dan kien virus li ħadd ma kien jaf x'inhu, u għalkemm kien hemm kmamar tan-nar li ddeċidew jagħlqu l-bibien għal kollox, huma żammew il- kamra miftuħa, iżda b'ħafna miżuri. "Imma x'ġara? Waqaf il-qligħ kollu finanzjarju. Il-commitments li għamilt xorta trid tħallashom, u dik kienet spiża kbira," qal Borg filwaqt li żied jgħid li wara ftit xhur ta' inċertezza ġie mħabbar li l-festi jistgħu jsiru b'mod ridott. "Tan-nar ingħatajna permess li naħarqu xi ħaġa ukoll fl-istaġun tas-sajf ta' dik is- sena partikolari. Kien hemm avvenimenti tal-Gvern li saru biex il-kmamar tan- nar jittafew xi ftit mill-materjal, mill- ammont ta' nar li kellhom u dik is-sena għaddejniha hekk." Jiddeskrivi mal-ILLUM is-snin tal- 2020 u l-2021 bħala "ta' dwejjaq kbar" għad-dilletanti. Qal li minkejja illi ħarqu xi materjal xorta' baqa' l-fatt li l-festi ma sarux bħas-soltu, it-toroq baqgħu vojta u nies kienu imbeżżgħin. Għaldaqstant, skont hu, l-pandemija għallmet lil din kamra tan-nar partikolari "biex ma narawx kbir." Spjega li għalkemm jaf biċ-ċert li se jkollhom festa tajba bħas- soltu, għamlu biċ-ċert li ma jesaġerawx. "Ħadna ħsieb kollox, xejn mhu se jkollna inqas mis-soltu pero' hemm ċertu limitazzjonijiet. Eżempju fejn qabel konna nagħmlu spettaklu ta' nofs siegħa issa ħa nagħmluh 20 minuta. Trid tibża' għal li għandek." Mal-ILLUM spjega li issa li l-pandemija qegħda warajna l-ikbar sfida hi "ż-żidiet fil-prezzijiet, li qed jisparaw 'il fuq. Il- materjal li normalment jintuża sabiex tiġi preparata din l-arti f 'ċertu każi trippla fil- prezz." Mistoqsi mill-ILLUM x'qed iseħħ rigward fondi, huwa spjega li l-ġbir ta' fondi wkoll inbidel drastikament, u illum jiddependi aktar fuq bejgħ ta' nar u fondi mill-Gvern. Il-fondi mir-residenti naqas, kemm minħabba l-isfidi tal-ħajja nnifsihom u anke minħabba li hemm nies ġodda li ġew jgħixu fil-lokalità li għandhom rabta inqas profonda ma' Ħal Qormi. "Is-sistema ta' ġbir tal-festa, inbidel xi ftit ukoll, m'għadekx tmur tħabbat bieb bieb u tiġbor kemm tixtieq. Illum is-sistema ta' finanzi tiddependi fuq ix- xogħol li jinbigħ għal barra. Min qabel kien jaħsibha li n-nar m'għandekx tbigħu u żżommu biss għal festa tiegħek, issa qed ibiddel il-ħsieb għax finanzi għandu bżonn biex jibqa għaddej." 'Li l-art qed tonqos hi xi ħaġa li tweġġa' ħafna nies u mhux lilna biss' Sfida oħra kbira għad-dilettanti tan- nar hi dik tal-art minn fejn jaħarqu n-nar li qed tkompli titnaqqar biż-żmien. Huwa saħaq li l-iżvilupp fil-pajjiż hu "realtà li ma nistgħux inwaqfu" u qal li din mhux xi ħaġa inkwetanti għall-bdiewa,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2022