Illum previous editions

ILLUM 19 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 festi illum • IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJU 2022 tmur lura d-dar sħiħ, għandek Borg, pirotekniku ambjentalisti u residenti biss. Kompla jgħid li "din l-isfida f 'Ħal Qormi hi agħar minħabba l-art limitata fil-belt." "L-agħar issa li s-sidien qed jinbidlu, u minħabba restrizzjonijiet personali, is-sid il-ġdid m'għadux ikun daqsek kuntent li jselfek l-għalqa biex taħraq in-nar minnha. Din realtà li mhux aħna biss naffaċjaw, imma wkoll lokalitajiet oħra. Il-problema hi, min fejn se taħraq in-nar?" Huwa insista li bħala l-kamra tan-nar ta' San Ġorġ, huma jieħdu kull prekawzjoni meta jaħarqu n-nar. Fiehem li qabel ma jaħarqu n-nar, jitkellmu mal-ġirien sabiex jaraw fejn jista' jkun hemm periklu u jaħsbu minn qabel kif se jevitawh. Bħala eżempju spjega x'jiġri f 'każ li fil- viċinanzi jkun hemm it-tiben, li jaqbad malajr jekk tmiss ġamra miegħu. Dan filwaqt li jekk ikunu jafu li hemm żoni kbar x'jipproteġu, jaħsbu għal iktar minn vettura waħda tat-tifi tan-nar. "Inċident huwa inċident, jekk taqalek ġamra f 'post li ma kontx qed tistenna li taqa', iġġiblek il-ħsara allura nipprovaw nieħdu l-prekawzjonijiet kollha minn qabel. Aħna prekawzjonijiet nieħdu iktar milli titlobna l-liġi." qal mal-ILLUM. 'Ma nafux il-pjanijiet eżatt imma jekk issir il-flyover se jkollna problema' Il-kamra tan-nar ta' San Ġorġ taħraq in-nar tagħha fl-Imrieħel, ftit għelieqi 'l bogħod minn fejn qed jiġi propost flyover mill-Gvern. Kien għalhekk li l-gazzetta ILLUM staqsiet lil Charles Borg jekk hux se jkun qed jaffetwahom dan il-proġett. Fi ftit kliem huwa qal li bħalma l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi m'għandux idea tal- pjanijiet il-ġodda min-naħa tal-Gvern, lanqas huma ma jafu x'se jinkludu fihom. Minkejja dan, "jekk titwessa' l-bypass, ovvjament ħa niġu affetwati bla dubju għax id-distanzi jonqsu," iżda jemmen li "s-sens komun jirrenja fl-aħħar minn l-aħħar." Il-karba tar-residenti, tal-bdiewa u tad-dilettanti tal-festa, hija l-istess iżda l-unika ħaġa li jistgħu jagħmlu hu li jistennew il-pjanijiet finali u jirreaġixxu għalihom skont il-bżonn. "Kamra tan-nar mingħajr post minn fejn tkun tista' taħraq, teżisti għalxejn. Jekk mhux se jkollna minn fejn naħarqu l-materjal mela ma jkunx jagħmel sens li jkollok kamra tan-nar," insista Borg. Huwa spjega mal-ILLUM kif iż-żoni fejn huma jaħarqu n-nar huma żoni ta' kuntrast. "Naħa minnhom hemm it-torrijiet, simboli tal-iżvilupp u n-naħa l-oħra għandek kamra tan-nar li ilha hemm mitt sena. Jien l-iżvilupp fejn sar hemmhekk ma jdejjaqni xejn imma rridu nirrispettaw lil xulxin. Aħna nirrispettawhom bil- prekawzjoni li nieħdu imma nistenna li r-rispett ikun reċiproku," temm jgħid fuq dan ir-rigward. 'Fl-aħħar snin ġew żviluppati materjali li ma jdaħħnux' Fuq suġġett puttost differenti l-gazzetta tfakkru li l-logħob tan-nar joħloq tniġġiż fl-arja u tistaqsih x'qed iseħħ f 'dan ir- rigward. Mal-ewwel huwa jammetti li xi ftit jew wisq in-nar jagħmel ħsara għax fl- aħħar minn l-aħħar huma gassijiet li qed jinħarqu fis-sema. Għaldaqstant, żied jgħid li matul l-aħħar snin, l-iżvilupp li qed isir fid-dinja tal-piroteknika wassal biex jiġu żviluppati materjali li ma jdaħħnux. Huwa qal li fl-aħħar ftit snin raw qabża kbira fil-kwalità tan-nar propju minħabba l-materjal li jintuża. "Is-soltu konna naħarqu dejjem bl- istess tliett kuluri. Tmur liema tmur festa, tara l-istess tliet kuluri. Illum grazzi għall-kuntatt mal-esperti barra minn Malta, żviluppajna," saħaq Borg. Bl-istess tema ta' ambjent huwa qal li anke huma ma jridux l-għelieqi jispiċċaw, forsi għal għan iktar 'egoist' iżda xorta jibżgħu għalihom. Huwa għalhekk li huma joħolqu ħbiberija sinċieri mal- bdiewa tal-madwar. "Kumbinazzjoni din il-ġimgħa kont qed nitkellem ma sid ta' għalqa, għidtlu "jiena narak parti mill-familja tagħna, aħna katina, aħna mingħajrek m'aħna xejn," qal mal-ILLUM. 'Dak li huma jaraw bħala storbju, għalina d-dilettanti hu ħoss tradizzjonali' Il-gazzetta talbitu għall-opinjoni tiegħu dwar ilmenti li bdew isiru fis-snin riċenti fir-rigward ta' "storbju żejjed," speċjalment minħabba l-ħruq ta' murtali. Hu mal-ewwel fehem li dawn il-persuni kienu qed jirreferu għal dawk li huwa sejjaħ "il-beraq." "Fejn jidħol ix-xogħol tal-beraq, importanti niftakru li dan hu xogħol tradizzjonali. Fil-fatt il-ħoss għandu sinifikat. Il-fatt li qed tara murtal tal- beraq b'żewġ ħsejjes, inti forsi mhux tiddenfikah imma għad-dilettant, dik mużika għal widnejn." Spjega li dan hi element mill-logħob tan-nar li huwa uniku għal pajjiżna, u li filwaqt li qed iseħħ biss f 'Malta, hemm pajjiżi speċjalment l-Italja li qed jippruvaw jimitaw il-ħoss. Tenna li din hija tradizzjoni li "fortunatament qed tinsteraq," u hawn fejn mid-dehra qed tinqala' dilemma bejn id-dilettanti. "Hemm min ma jridx li toħroġ mill- pajjiż għax hi tradizzjoni Maltija, pero' hemm kulturi b'mod partikolari fl-Italja, li qed jippruvaw jagħmlu xi ħaġa bħalna u dik għal uħud ma ddejaqhomx." Fil-fatt f 'dawn l-aħħar ġimgħat, eluf ta' Maltin tpaxxew jaraw il-marċ tal-festa tant popolari bl-isem 'Il-King', bl-istatwa ta' San Ġorġ tiġri f 'baħar aħmar, fit-toroq ta' Modica. Is-sodisfazzjon tal-ħaddiema fil- kamra tan-nar... L-ILLUM staqsiet x'inhu s-sodisfazzjon li wieħed jieħu minn dan ix-xogħol u Borg wieġeb li s-sodisfazjon hu differenti skont lil min tistaqsi. Spjega li jekk tistaqsi l-amministratur tal-kamra se jwieġeb li "jasal il-Ħadd filgħaxija, wara li tkun għaddiet il-festa, u ma jkun weġġa' ħadd." Min-naħa l-oħra jekk tistaqsi minn att ta' pirotekniku, is-sodisfazjon huwa li "dak il-prodott li poġġejt f 'kotenitur ta' tmien pulzieri wisa' bi tmien pulzieri għoli, rajtu fis- sema, għamel ċirku sabiħ, paxxik u ħoloq id-diżinn bil-kuluri u l-beraq li paxxa n-nies u ġab kliem ta' tifħir." Huwa temm jirrimarka li s-sodifazzjon ikompli jikber meta wieħed jagħraf li dik is-sena ħidma rriżultat fi prodott li ġie mfaħħar mhux biss mill-Maltin imma wkoll mit-turisti, li jfakkar li ħafna jitpaxxew bih Ħadd wara Ħadd fl-iljieli sħan tas-sajf. Charles Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2022