Illum previous editions

ILLUM 19 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 festi illum • IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJI 2022 Maltija: L-armar fil-knejjes (4) Is-Satla / Sasla u l-Asperġes Il-ġimgħa li għaddiet bdejna nagħtu ħarsa lejn xi affarijiet żgħar li anke jekk ma jiġbdux l-għajn, ikunu armati u huma importanti għax jintużaw fil-funzjonijiet. Ħafna minn dawn l-oġġetti żgħar, jintramaw, kif spjegajna, fuq il-gradenzina, biswit l-artal maġġur. Illum se nitkellmu fuq is-satla jew inkella s-sasla kif isejħulha f 'xi lokalitajiet u marbuta magħha anke l-asperġes. Nibdew mis-satla. Din hija bħal bowl jew inkella kontenitur tal-fidda li fih jitpoġġa l-ilma mbierek. Fis-satla, jkun hemm l-asperġes, jiġifieri dik il-boċċa li s-saċerdot ibill fl-ilma bierek biex imbagħad iroxxu fuq il-ġemgħa. Is-satla u l-asperġes jintużaw fit-tberik tal-familji u anke f 'xi funzjonijiet importanti tal-Knisja, bħall-Vġili tal-Għid. Jintużaw ukoll meta xi Isqof jintlaqa' mill-kleru tal-parroċċa. Malli jasal fil-bieb tal-knisja, l-Isqof iroxx l-ilma mbierek fuq il- kleru u l-kongregazzjoni. Tintuża wkoll fil-funerali, meta s-saċerdot ibierek it-tebut. Fiż-żmien, kien hemm it- tradizzjoni li waqt it-tberik, il-familji jitfgħu donazzjoni (muniti) fis-satla stess. Illum hawn tipi ta' asperġestijiet fejn lanqas ikun hemm bżonn is- satla għax l-ilma mbierek jimtela' fl-asperġes stess. L-Arċisqof ibierek bl-asperġes filwaqt li seminarista jżomm f 'idu s-Satla bl-ilma mbierek Il-Verumeral Meta l-ġimgħa li għaddiet tkellimna fuq l-apparat tal-festa (ara l-artiklu) semmejna l-verumeral bħala parti minn dan l-ilbies liturġiku. Madanakollu ma tajnix spjega ta' x'inhu dan il-verumeral. Il-verumeral huwa bħal kappa żgħira li titpoġġa fuq spallejn is-saċerdot fil-ħin tal-Barka Sagramentali. Fil-fatt, bħala sinjal ta' venerazzjoni, is-saċerdot ma jaqbadx l-isfera (ara l-artikli li għaddew) b'idejh, iżda juża d-drapp tal-verumeral biex jaqbadha bih. Il- verumeral, għalhekk, jintuża wkoll waqt il-purċissjonijiet Ewkaristiċi. Apparti minn hekk, il-verumeral jintuża wkoll mis-saċerdot biex jitrasporta l-Ewkaristija magħluqa fil-pissidi minn fuq l-artal maġġur sal-Kappella tas-Sagrament fejn ikun hemm it-tabernaklu. Meta jagħmel hekk, is-saċerdot bħal jostor l-Ewkaristija fid-drapp tal- verumeral. Matul is-sena, l-verumeral li jintuża jkun wieħed sempliċi, iżda fil-ġranet tal-festa u anke f 'festi kbar tal-Knisja, dan jinbidel għal wieħed aktar elaborat u rrakmat, x'aktarx b'simboli tal-Ewkaristija. Il-verumeral ikun dejjem ta' kulur abjad jew inkella dehbieni iżda jista' jkun aħmar ukoll meta jintuża biex is-saċerdot iġorr il- Verulinju, jiġifieri r-relikwa tas- Salib ta' Kristu li dwarha tkellimna bħal-lum ġimgħa. Il-verumeral li jintuża fil-festa tal-Madonna tal- Karmnu fil-Belt Valletta Il-Mant / Il-Pavaljun Fost l-isbaħ u anke l-aktar armar prominenti fil-knisja nsibu wkoll il-mant jew inkella l-pavaljun kif jissejjaħ f 'xi rħula. Dan ikun bħal tron tad-drapp, imsaqqaf b'kuruna, li taħtu titpoġġa l-vara fil-ġranet tal- festa. Żewġ anġli, kbar jew żgħar, jintramaw fil-ġnub tiegħu, daqslieku qed iżommu u jiftħu d-drapp. Dak tal-Bambina tan- Naxxar, jinkludi aktar minn żewġ anġli. Mhux kull knisja għandha mant, anke għax dan jintuża biss minn uħud minn dawk il-knejjes li jiċċelebraw festa tal-Madonna jew inkella ta' San Ġużepp. Fil-każ tal-festi Marjani, x'aktarx li minn barra, il-mant ikun wieħed aħmar, blu jew ċilest u abjad, aħmar jew ċilesti minn ġewwa. Fil-każ ta' San Ġużepp, il-mant ikun blu minn barra u abjad jew ċilest minn ġewwa. Hemm imbagħad knejjes li l-mant tagħhom huwa wieħed partikolari. Pereżempju fil- Parroċċa ta' Porto Salvo u San Duminku, tal-Belt Valletta, jintrama mant mill-isbaħ, li jixbaħ iżjed lil tron, biex taħtu titpoġġa x-xbieha tal-Madonna tar-Rużarju. Anke dak ta' Għajnsielem huwa xi ftit jew wisq differenti fil-forma, anke għax il-kuruna li minnha joħroġ hija kwadra u mhux tonda. F'xi knejjes, jintrama mant iżgħar biex fih titpoġġa l-kapsola tas-Sepulkru fil-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa u hawn ukoll min għandu mant ċkejken ħafna li jintuża fil-Milied biex taħtu titpoġġa x-xbieha ta' Ġesù Bambin. Ritratt: Il-mant li jintrama fil- Parroċċa ta' Ħaż-Żabbar u li taħtu fil-ġranet tal-festa titpoġġa l-vara devota tal-Madonna tal-Grazzja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2022