Illum previous editions

ILLUM 26 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471698

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 editorjal IL-ĦADD 26 TA' ĠUNJU 2022 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa l-pajjiż kien qed jiddiskuti l-każ ta' koppja Amer- ikana li ġiet Malta għal vaganza u spiċċat f 'nofs kontroversja. Dan wara li l-omm kienet se titlef it-tqa- la u xtaqet li tagħmel abort minħabba li sostniet (u kien ikkonfermat mill-Isptar) illi din it-tqala kienet waslet biex tintemm, anke jekk kien għad hemm taħbit tal-qalb. Hi flimkien mas-sieħeb tagħha sostnew li din it-tqala kienet qed tipperikolalha ħajjitha, xi ħaġa li magħha qablet il-kump- anija tal-assigurazzjoni, li daħlet sabiex il-koppja tkun tista' tmur Spanja u tagħmel abort hemmhekk. Dan qajjem furur u ħafna argumenti dwar il-liġi fil-pajjiż - fost l-aktar stretti fid-dinja u l-aktar ristrettiva fl-Unjoni Ewropea kollha - dwar l-imminenza jew le tal-periklu fuq ħajjet l-omm minn din it-tqala li kienet se tintemm xorta u minn kemm din "l-eċċezzjoni" għandha tiddetermina jew le bidliet potenzjali fil- liġi Maltija. Li huwa żgur hu li dan il-każ ta wiċċ ħafna iktar uman lill-kwistjoni tal-abort li traġikament dejjem ġie "diskuss" f 'dan il- pajjiż permezz tal-assolutiżmu, l-għajjat u l-fundamentaliżmu, fuq estrem u fuq ieħor. Kemm jekk temmen li l-ħajja tibda mill- konċepiment u anke jekk le, il-mistoqsija hawnhekk trid tkun ferm differenti. U l-mistoqsija hija: Lilhinn minn dan il- każ, jekk tqala tkun qed tipperikola ħajjet l-omm - u dan ikun ippruvat u aċċertat minn tobba u mediċi - għandu f 'din iċ- ċirkostanza jitħalla li jsir abort? Dan l-editorjal jemmen li iva. Huwa ta' xejn li ngħidu illi "huwa ovvju li ħajjet l-omm għandha tkun priorità" jekk il-liġi kif inhi ma tippermettix li jsir abort fi kwalunkwe ċirkostanza, inkluż meta ħajjet l-omm tkun ipperikolata. Għax jekk il-liġi hekk tgħid, mela fl- aħħar mill-aħħar it-tabib ikun qed jikser il-liġi, meta propju jagħti din il-priorità u jneħħi lit-tarbija. Mela hawnhekk, dawk li huma kontra l-abort akkost ta' kollox - f 'kull ċirkostanza - iridu jkunu konsistenti wkoll. Jekk inti temmen li l-ħajja tibda mal-konċepiment, ma tistax minn naħa l-oħra tgħid li f 'każi bħal dawn "għandha tingħata priorità ħajjet l-omm" għax dan ma jkun ifisser xejn ħlief li "tneħħi" jew - biex nużaw l-istess lingwaġġ li jużaw dak li huma kontra akkost ta' kollox - "toqtol" it-tarbija f 'ġufek. Mela ejja nieqfu nkunu iporkiti u nduru mas-semantika u nirrispondu din il-mistoqsija sempliċi: Jekk ħajjet mara tkun f 'periklu minħabba t-tqala, għandna nilleġiżlaw sabiex f 'din iċ-ċirkostanza jkun jista' jsir abort u allura verament nagħtu priorità lil ħajjet l-omm? Jew se nibqgħu ninħbew wara proċessi - li għad hemm mistoqsijiet dwarhom - li frankament huma abort, imma b'isem ieħor. Inti jekk it-tabib ma jneħħix it-tarbija jew iċ-ċelloli fil-ġuf imma minflok japplika proċess li jwassal għat-tmiem ta' dawk iċ- ċelloli/embrijun/tarbija - mhux xorta qisu abort qed jagħmel? Mhux qed jagħmlu direttament, qed jagħmlu indirettament! Allura f 'ġieħ is-sewwa u f 'ġieħ il- konsistenza, ladarba hawn qbil kważi kunsenswali li f 'sitwazzjoni bħal ta' Andrea Prudente ħajjet l-omm għandha tingħata prijorità, għaliex ma nilleġiżlawx b'mod ċar f 'din id-direzzjoni? Ikun tajjeb għall-omm fil-periklu u tajjeb ukoll għat-tobba u l-mediċi tagħna li jkollhom gwida ċara ta' x'għandhom jagħmlu f 'din is-sitwazzjoni mingħajr biża' li jiksru l-liġi jew inkella jitilfu l-warrant! Kieku meta l-eks Deputat Marlene Farrugia ressqet Private Members' Bill għad-Dikriminalizzazzjoni tal-Abort saret imqar diskussjonji matura u sobrija, kieku dan il-każ - u min jaf kemm oħrajn bħalu li baqgħu fis-silenzju - ma kienx iseħħ! Imma xi kultant dan il-pajjiż - li għamel passi ta' ġgant f 'tant oqsma soċjali, mhux l-inqas fi drittijiet ta' persuni LGBTIQ riċentement, pero' wkoll fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri - iħobb jehda jħares in-naħa l-oħra, ifarfar taħt it-tapit u jibqa' trux għar-realtajiet. Fil-verità, jekk irridu nkunu onesti - għax il-figuri u l-fatti li diġà ħarġu hekk juru - għan-nisa Maltin diġà hawn abort, imma biss għal dawk li għandhom biżżejjed flus biex jagħmluh barra. Iż-żewġ partiti minn naħa l-oħra, baqgħu f 'silenzju kważi assolut. Ftit tgergir u vuċijiet, ta' vera it nies imma mill-bqija l-episodju ta' din il-koppja Amerikana qishom ma semgħux biha u ma qrawx dwarha. Politiku ta' stoffa, meta jara sitwazzjoni bħal din jitkellem u juri l-fehma tiegħu. Mill-politiċi u d-deputati rridu nisimgħu x'jaħsbu fuq dan il-każ partikolari u x'jemmnu li huma s-soluzzjonijiet biex nisa (speċjalment Maltin) li jkunu fl- istess sitwazzjoni u anke t-tobba fl-istess sitwazzjoni jkunu jistgħu jieħdu azzjoni fl-interess tagħhom u tal-ħajja tal-omm. Biex ħajjet l-omm tkun prijoritizzata - kif donnu ħafna qed jaqblu li għandha tkun - ma hemm ebda triq oħra ħlief li l-abort ikun l-ewwel dikriminalizzat u imbagħad legalizzat f 'każ fejn ħajjet l-omm tkun f 'periklu. Biex ħajjet l-omm fil-periklu tingħata priorità, triq waħda hemm...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2022