Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471698
06 analiżi IL-ĦADD 26 TA' ĠUNJU 2022 • illum L-ewwel 100 jum tal-Gvern: Wegħdi mwettqa, arroganza, għoli ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ftit ġranet oħra l-Gvern se jkun ilu 100 jum fil-poter f 'din il-leġiżlatura - perjodu ta' żmien li ġeneralment jintuża fil-politika biex ikunu analizzati l-ewwel deċiżjonijiet u l-ewwel indikazzjonijiet ta' dak li se joffri dan il-Gvern għas-snin li ġejjin. Għax kif jgħid il-Malti, il-ġurnata minn filgħodu turik! U x'urewna dawn il-100 jum ta' Gvern ta' Robert Abela - li fil-fatt jimmarkaw disa' snin ta' Gvern Laburista u sentejn u nofs ta' Gvern immexxi minn Robert Abela? Il-gazzetta ILLUM tħares lejn dawk id- deċiżjonijiet pożittivi, oħrajn (għalissa) newtrali u dawk id-deċiżjonijiet (jew nuqqas tagħhom) li nistgħu nikkunsidraw bħala negattivi. L-FATF - ċertifikat pożittiv għall-Gvern ta' Abela! Irridu nitilqu mill-premessa - kif wara kollox għamel il-Prim Ministru innifsu illi Malta ma messha qatt daħlet f 'din il- lista. U t-tieni premessa li probabbilment Malta daħlet fuq din il-lista mhux tant għax kellha nuqqasijiet marbutin ma' ħasil ta' flus (Londra kienet imlaqqma l-Kapitali tal-Ħasil tal-flus - minn istituzzjonijiet finanzjarji - u r-Renju Unit ma spiċċax fil- Lista l-Griża), iżda aktar minn hekk, għax attirat lejha l-agħar tip ta' attenzjoni bl- assassinju ta' ġurnalista. Sussegwentement, biex Malta tattira aktar attenzjoni negattiva, ġew implikati f 'punt jew ieħor f 'dan l-assassinju nies li kienu qrib ħafna tal- poter (Yorgen Fenech) u nies li kienu parti mill-poter (Keith Schembri u anke Chris Cardona). Schembri - li kien diġà f 'nofs kontroversja minħabba li fetaħ kumpanija fil-Panama u kellu rabtiet ma' 17 Black - kien qrib ħafna tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Joseph Muscat. Lilhinn minn dan kollu, jibqa' fatt li t-tpoġġija ta' Malta fuq il-Lista l-Griża kienet sfida enormi u daqqa ta' ħarta reputazzjonali, li setgħet tmur f 'direzzjoni ħafna iktar gravi li kieku l-FATF iddeċidiet li ma tneħħix lil pajjiżna minn din il-lista. Il-fatt li l-Gvern Malti avvanza biżżejjed fuq ir-riformi li kienu mistennijin li jsiru biex Malta ħarġet minn din il-lista, f 'perjodu rekord, huwa mertu wkoll tal-Gvern ta' Abela - anke jekk uħud mir-riformi ħolqu ilmenti fost diversi negozji żgħar u medji, bħal dawk li jitrattaw flus kontanti u banek bi proċessi aktar konservattivi. Issa xogħol il-Gvern fiż-żmien li ġej huwa li kemm jista' jkun isewwi minn din il-ħsara reputazzjonali, sabiex is-settur finanzjarju li kien fuq ix-xwiek u f 'ċerta element ta' inċertezza jerġa' jiorixxi. Sinjali ta' arroganza! Il-Gvern ma bbrillax wisq fil-mod kif tratta l-kwistjoni ta' Kemmuna u għaffiġha fil-każ tal-Avviż Legali tal-Belt Valletta, fejn qed tidher ċerta sens ta' arroganza u nuqqas ta' rieda li ma kinitx daqstant karatteristika ta' Gvern Laburista f 'dawn id-disa' snin, meta l-poplu jew parti minnu jqum u jilmenta. Għalkemm il-kwistjoni tal-mużika fil- Belt Valletta mhijiex l-akbar kwistjoni nazzjonali u tolqot biss għexieren li jgħixu f 'toroq speċifiċi fil-Kapitali (xorta hija kwistjoni importanti ħafna) il-mod kif il- Gvern ta' Abela qed jitrattaha tista' tkun sintomatika ta' arroganza li issa bdiet terfa' rasha sew. L-ewwelnett, il-fatt li l-Gvern daħħal dan l-Avviż Legali mingħajr konsultazzjoni ma' ħadd - la man-negozji (bħal-lukandi) u wisq inqas mar-residenti li kien ovvju mill- bidu illi se jintlaqtu. It-tieninett, kien hemm id-deċiżjoni tal- Partit Laburista li ma jħallix lid-Deputati tiegħu tal-Ewwel Distrett jesprimu ruħhom fuq dan l-avviż legali meta mitlubin jagħmlu dan minn din il-gazzetta. Għalkemm dan il-punt partikolari seta' ma kienx innutat minn uħud, huwa sintomatiku ta' Gvern li 1) Ma jafdax lid-Deputati tiegħu stess bl- opinjoni tagħhom 2) Li fih dieħla ċerta sens ta' paranoia u biża' li d-differenza fil-ħsieb li hemm internament toħroġ u tiġi meqjusa bħala firda, 3) Li l-Gvern qed inaqqas kemm jista' l-kuntatt u l-mistoqsijiet diretti mal-midja (tant li Robert Abela għadu ma qgħadx għal intervista waħda mill-elezzjoni ġenerali mal-midja indipendenti!) u 4) Li ma jindunax illi dan kollu qed jagħmel ħsara lill-immaġini tiegħu. U finalment, id-difiża assoluta tal-Prim Ministru kemm għall-Avviż Legali u anke għall-mod kif iddaħħal, mingħajr ma mqar indika li l-Gvern lest illi jpoġġi, jisma' u jekk hemm bżonn ibiddel aktar tfakkar lil bosta fl-arroganza tal-aħħar snin ta' Gvern Nazzjonalista, milli l-aħħar snin ta' Gvern Laburista. IVF u wegħdi miżmuma fl-ewwel 100 jum Definittivament li l-ewwel 100 jum ta' din il-leġiżlatura wrew Gvern ta' Abela li huwa determinat li jwettaq ħafna wegħdi li għamel qabel l-aħħar elezzjoni, li huwa importanti sabiex jibni fuq il-perċezzjoni diġà eżsitenti u popolari illi Gvern Laburista jwettaq dak li jwiegħed. It-twessigħ tas-servizzi tal-IVF, flimkien mal-kontinwità fil-ħlas lura ta' flus minfuqin fuq mediċini tal-IVF huma passi pożittivi li minnhom qed igawdu - finanzjarjament u moralment ukoll - ġenituri li ilhom biex ikollhom it-tfal. L-emendi fil-Liġi tal-IVF qed jagħmluha aktar faċli li ġenituri b'embrjuni ffriżati barra mill-pajjiż ikomplu l-proċess hawn Malta, aktar faċli għal koppji nisa li jagħtu l-bajda lil xulxin u inqas tbatija u stejjer ta' trabi li jmutu jew jgħixu ħajja qasira u ta' tbatija permezz tal-introduzzjoni ta' ttestjar PGT. Il-Gvern wiegħed li se jwettaq dawn il- bidliet u wettaqhom. Matul din il-ġimgħa wkoll il-Gvern ressaq il-ehim li sar mal-AUM u anke SmartCity hekk kif kien wiegħed il-Prim Ministru Abela qabel l-elezzjoni. Dan seħħ wara illi l-Gvern waqqa' pjanijiet għal żvilupp ta' dormitorju fiż-Żonqor u waqqa' wkoll il-pjanijiet għal yacht marina fl-istess lokalità ta' Wied il-Għajn - passi meqjusin pożittivi minn ħafna u li anke kien hemm xi it tad-dubju dwarhom minħabba li saru propju waqt kampanja elettorali. Din il-ġimgħa wkoll il-Gvern ħabbar l-estensjoni tal-In Work Benefit (imħabbra fil-baġit) għal ħafna aktar nies - definittivament aħbar tajba hekk kif il- familji qed jiffaċċjaw il-problema tal-għoli tal-ħajja. U finalment il-Gvern kompla fejn ħalla fuq il-femiċidju f 'dawn il-100 jum - mill- ġdid pass meqjus bħala pożittiv minn bosta, speċjalment għaqdiet li jirrapreżentaw lin- nisa. Għoli tal-Ħajja: Laqa' għall-prezzijiet tal-enerġija, iżda l-għafsa hemm qegħda Żgur illi pass pożittiv li ħa l-Gvern kien illi daħal għall-prezzijiet tal-enerġija li qed jisplodu minħabba diversi fatturi biex b'hekk - evidentement kontra dak li qed jiġri madwar l-UE kollha - il-prezzijiet tal-uwil u tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma baqgħu stabbli, minflok għolew hawn ukoll. Il-Gvern alloka €200 miljun għal dan il-għan. Pass pożittiv ieħor - li mill-ġdid ifisser aktar flus mill-"Kaxxa ta' Malta" - huma miljuni li l-Gvern għadda lill-fornituri tal-qamħ sabiex kemm jista' jkun iżommu l-prezzijiet stabbli. Minkejja dawn il-passi pożittivi, jibqa' fatt illi l-għoli tal-ħajja hija sfida reali ħafna li qed tagħfas mhux ħażin fuq il-familji, speċjalment dawk bi dħul baxx u medju. Hawnhekk qed nitkellmu fuq għoli fi prezzijiet ta' prodotti bażiċi: Laħam, ħalib, ġobnijiet, yoghurts... u l-lista hija twila. Il-Gvern wiegħed mekkaniżmu speċjali tal-COLA għal persuni vulnerabbli, li għadu ma seħħx u li importanti li jiġi introdott issa (din is-sena) hekk kif il- problema hija daqstant aċċentwata. Il-Gvern se jkollu imbagħad test ieħor jaħraq meta se jiġi għall-COLA li titħabbar fil- Forsi għax wara l-Covid, forsi għax wara ħames snin ta' taqlib politiku u forsi għax il-PN reġa' qala' tkaxkira papali. Imma dawn il-100 jum kienu kkaraterizzati minn ħafna diżinteress fil-politika. Xorta iżda kellna l-ewwel tieqa żgħira lejn il- ħames snin li ġejjin...