Illum previous editions

ILLUM 26 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471698

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' ĠUNJU 2022 tal-Gvern: għoli tal-ħajja u ċertifikat sabiħ! baġit u li mistennija tkun waħda konsiderevoli ħafna fid-dawl tal-fatt li qed nesperjenzaw l-ogħla rati ta' inflazzjoni fi snin. Filwaqt li dan jaf iġib it soljev - anke jekk dan is-soljev se jkun is-sena d-dieħla - żgur illi COLA għolja (€6+ fil-ġimgħa - L-ogħla livell li qatt laħqet il-COLA fl-aħħar 22 sena kien €5.82, fl- 2010) se tqajjem tħassib jew rabja jew inkella reżistenza fost min iħaddem hekk kif l-ispiża tal-paga tkun trid togħla b'mod konsiderevoli minn Jannar 2023. Għalhekk wieħed jista' jasal għal- konklużjoni illi minkejja passi fid- direzzjoni t-tajba li waslu biex il-uwils u l-kontijiet lokali ma jogħlewx, għad fadal diversi ostakoli marbutin mal-għoli tal- ħajja li dwarhom il-ġudizzju politiku għad irid isir. Il-każ tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd Każ ieħor li kien jaħraq - għalkemm ma tantx ingħata wisq attenzjoni probabbilment sforz l-għejja u l-apatija politika li ddominat dawn il-100 jum - kien dak li jitratta l-finanzjament tal-kampanja elettorali ta' Alicia Borg Said, minn uħud mill-akbar interessi fil-qasam tas-sajd. Sussegwentement Borg Said ingħatat ir- responsabilità tal-qasam tas-Sajd taħt il- Ministeru ta' Anton Refalo. Ma jistax ikun li l-Prim Ministru - li huwa avukat - ma ndunax li dan jista' joħloq kunflitt ta' interess, speċjalment fid- dawl ta' deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu u li hemm fejn jimpattaw lil dawn il-kumpaniji, li waħda minnhom tmexxi fost l-akbar rziezet tal-ħut fil-pajjiż. Iżda għażel li jibqa' fis-silenzju dwar dan u jikkumenta mill-inqas. Dan is-silenzju jaf jiswielu tajjeb għax 'il quddiem Bugeja Said jaf tagħti prova li hija 'l fuq minn kwalunkwe obbligi reali jew immaġinarji jew taħdem kontrih jekk iqumu dubji li Bugeja Said ma kinitx kapaċi tintrefa' l'fuq minn dawn l-obbligi u d-deċiżjonijiet tagħha jaqgħu taħt skruntinju ta' pubbliku dubjuż. Kabinett ġdid: Nies ġodda, neħħa li min kellu dell fuqu imma... Naturalment f 'dawn il-100 jum il- Prim Ministru kellu jagħmel l-għażla ta' Kabinett ġdid, għażla li kompliet issaħħaħ il-perċezzjoni favorevoli illi jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji, anke jekk dawn idejqu jew iweġġgħu lil uħud minn dawk li hemm madwaru fuq il-Grupp Parlamentari. Neħħa lil Ian Borg minn Ministru għat- Trasport filwaqt li ħalla lil Edward Zammit Lewis, Michael Farrugia u Carmelo Abela barra. Laqtuha wkoll nies bħal Chris Agius - anke jekk dan qatt ma kien f 'nofs kontroversji. Konna diġà rajna lil dan ir-Robert Abela, qabel l-elezzjoni ġenerali, meta neħħa mill-kariga ta' Segretarju Parlamentari lil Silvio Parnis - l-uniku Deputat li b'mod voċiferu ħafna favur appoġġja l-kandidatura ta' Abela mill- Kabinett kollu ta' dak iż-żmien, fl- elezzjoni għal Mexxej Laburista ġdid fl- 2020. Naturalment iżda, kif jingħad bl-Ingliż - the proof of the pudding is in the eating u allura wieħed ma jistax jgħid li l-għażliet ta' Abela kienu pożittivi jew negattivi, sakemm jgħaddi biżżejjed żmien biex tkun iġġudikata l-ħidma tal-Kabinett. Nerġgħu niltaqgħu biex nitkellmu dwar dan is-suġġett qrib is-26 ta' Marzu 2023, sena wara l-elezzjoni u allura meta l-affarijiet u l-mod li bih se jkun qed jiggverna Abela jkunu ħafna aktar ċari, meta ċerti realtajiet ikunu żviluppaw ħafna aktar u meta l-Oppożizzjoni forsi tkun f 'qagħda ftit aħjar milli hi bħalissa!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2022