Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471698
18 Alex Agius Saliba Alex Agius Saliba huwa Ewroparlamentari tal-Partit Laburista opinjoni IL-ĦADD 26 TA' ĠUNJU 2022 • illum Diżabilità: Il-bżonn li nikkonformaw Malta u l-esportazzjoni tal-abort G ħal min isegwi l-ħidma tiegħi fil-Parlament Ew- ropew jaf kemm dejjem fittixt li nkun attiv u nagħti sehem fid-diskussjoni dwar il-protezzjoni ta' persuni b'diżabilita'. Dejjem sħaqt dwar l-importanza li nipproteġu d-drittijiet ta' dawn il-persuni u li naraw li l-politika li nfasslu tkun waħda li tatihom ħarsien adegwat u li tiffaċilita l-ħajja fis-soċjetajiet tagħna, u għaldaqstant fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħi dejjem żammejt il-ħtieġa li nisma' u nagħraf it-tħassib u l-ostakli li jaffaċċjaw fil- ħajja ta' kuljum, għaliex nemmen li għal dawn l-isfidi għandna nirris- pondu b'aktar ħidma sabiex naraw li l-miri li ssettjajna u l-obbligi politiċi u legali li għandna jkunu rispettati. Din il-ħidma waslitni biex fil-bidu tal-leġiżlatura tiegħi fil-Parlament Ewropew ġejt innominat bħala rappreżentant tal-Kumitat tal- Petizzjonijiet fuq il-Monitoraġġ tal-Qafas tal-Konvenzjoni tan- Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tal-Unjoni Ewropea (UNCRPD). Il-qafas tal-Unjoni Ewropea jiġbor data u informazzjoni biex jivverifika li l-liġi tal-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tagħha huma koerenti mal- Konvenzjoni, u l-Parlament Ewropew għandu rwol li jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea permezz ta' rapporti ta' implimentazzjoni, rapporti dwar id-drittijiet tal-bniedem, mistoqsijiet orali, studji u valutazzjonijiet tal- implimentazzjoni. Bħala rappreżentant tal- Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea, matul din il-ġimgħa kelli l-opportunita' li nkun parti minn delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li rrappreżentat lill-Unjoni Ewropea fil-Konferenza Annwali tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni tan- Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li saret ġewwa l-bini tan-Nazzjonijiet Uniti ġewwa New York, fl-Istati Uniti. Din kienet opportunita' tajba ħafna għalina l-Membri Parlamentari Ewropej li għandna dan l-irwol ta' sorveljanzi fuq l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, għaliex stajna nosservaw mill-qrib il-ħidma li għaddejja fuq livell internazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin kellna wkoll l-opportunità li nddiskutu u naqsmu l-ħsibijiet ma' għaqdiet mhux governattivi, entitajiet tan-Nazzjonijiet Uniti, Istituzzjonijiet Nazzjonali tad- Drittijiet tal-Bniedem u entitajiet tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti differenti, dwar il-bini ta' soċjetajiet inklussivi u parteċipattivi għal nies b'diżabilità fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID u lil hinn minnha. Din il-Missjoni għall-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kienet waħda kruċjali li laqqat aktar minn 180 delegazzjoni minn madwar id-dinja biex jiddiskutu l-implimentazzjoni u l-iżviluppi marbuta ma' din il-Konvenzjoni. Sfortunatament għadna ngħixu realta' kerha li persuni b'diżabilità għadhom jiffaċċjaw ostakli f 'diversi oqsma fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, bħall-aċċess għat-trasport pubbliku, l-ambjent mibni, l-użu tal-lingwi tas-sinjali, paga ugwali u opportunitajiet indaqs ta' xogħol, il-finanzjament jew l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. L-Unjoni Ewropea għandha d-dmir li twieġeb għat- tħassib taċ-ċittadini tagħha u li ttejjeb il-ħajja tal-persuni b'diżabilità f 'Ewropa mingħajr ostakli. Dan huwa fundamentali biex jinkisbu miri li tant nitkellmu fuqhom, iġifieri li jkollna inklużjoni soċjali u ekonomika u parteċipazzjoni attiva tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetajiet tagħna, ħielsa mid-diskriminazzjoni u b'rispett sħiħ tad-drittijiet tagħhom fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor. Huwa d-dmir tagħna li nippromwovu dan kollu u jien kommess li nibqa' nwettaq aktar ħidma f 'dan l-isfond sabiex inkomplu ntejbu l-politika tagħna, nagħtu aktar protezzjoni u naħdmu sabiex negħlbu l-isfidi eżistenti u oħrajn ġodda li qed ikompli jinħolqu bil-progress u mal-milja taż-żmien. F'dan ir-rigward, fil-Parlament Ewropew ser inkompli wkoll bil- ħidma tiegħi sabiex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u kif ukoll tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fil-ġimgħat li ġejjin permezz tar-rapport li qed naħdem fuqu bħalissa bit-titolu "Lejn drittijiet ugwali għall-persuni b'diżabilita'". I l-każ tal-abort li kien meħtieġ mit-turista Amerikana Andrea Prudente biex tkun im- ħarsa ħajjitha, issa intemm, f 'Malta. Il-każ ġie esportat lejn il-gżira Spanjola ta' Mallorca fejn, hu ittamat, li kollox jispiċċa b'wiċċ il-ġid. Dan il-każ ġie ittrattat bl-istess mod tal-Maltija-Kanadiża Marion Mifsud Nora, liema każ kien seħħ f 'Malta wkoll fl-2014. Il-każ tal-lum ġie esportat lejn Mallorca filwaqt li dak tal-2014 kien esportat lejn Pariġi. L-appoġġ tal-insurance tal-ivvjaġġar, fiż-żewġ każi, kienet indispensabbli biex dawn iż-żewġ nisa jkunu trasferiti f 'pajjiżi oħra permezz ta' ajruplan- ambulanza. Kien b'hekk biss li irnexxielhom jegħlbu n-nuqqas tal-istat Malti li jipprovdilhom l-għajnuna medika meħtieġa. L-istat Malti falla fil-konfront ta' Andrea Prudente. Kien falla ukoll fil-konfront ta' Marion Mifsud Nora. Bl-istess mod ifalli fil- konfront ta' kull mara Maltija iffaċċata bi tqala ta' periklu għal ħajjitha. F'dawn iċ-ċirkustanzi, sfortunatament, in-nisa Maltin it li xejn jitkellmu, jippreferu li jsofru fis-skiet. L-istat Malti m'għandu l-ebda empatija fil-konfront ta' mara li tiffaċċa tqala perikoluża. Mid-dehra, l-fundamentalisti li qed imexxu l-Isptar Mater Dei ma tgħallmu xejn f 'dawn l-aħħar tmien snin minn meta esportaw il-każ ta' Mifsud Nora lejn Pariġi. Dan minkejja l-fehma espressa fil-pubbliku minn numru ta' avukati ta' esperjenza li f 'każ ta' tqala li tipperikola l-ħajja ta' mara, it-terminazzjoni tat-tqal hi ġustifikabbli. F'dawn il-każi t-terminazzjoni tat-tqal kien anke deskritt bħala att gustifikabbli ta' awto-difiża (self-defence). L-esportazzjoni ta' dawn iż-żewġ każijiet ta' abort lejn l-Ewropa kontinentali hi b'żieda mat-turiżmu tal-abort li hu magħruf li jeżisti bejn Malta u l-Ewropa, primarjament mar-Renju Unit u l-Italja, avolja dan mhux limitat lejn dawn iż-żewġ pajjiżi. ADPD-e Green Party hu l-uniku partit politiku li tkellem kontinwament dwar dan. Is-skiet tal-oħrajn, itarrxek! Għandna ħtieġa urġenti ta' bidla mill-qiegħ tal-liġi Maltija dwar l-abort: din m'hiex addattata għaż-żmienijiet tal-lum. L-inqas li nistgħu nagħmlu hu li jitneħħew l-ambigwitàjiet mill-liġi biex il-fundamentalisti li qed imexxu l-Mater Dei ma jibqalhomx wara xiex jistaħbew. M'għandu jkun hemm xejn xi jżommhom milli jintervjenu biex tqala mhux vijabbli li tkun ta' theddida għal saħħet kwalunkwe mara tkun terminata mingħajr tkaxkir tas-saqajn. Il-membri tal-professjoni medika lokali, sfortunatament, qegħdin fl-istess sitwazzjoni li kienu l-kollegi tagħhom Irlandiżi fl-2012 li kellhom f 'idejhom il-kaz ta' Savita Halappanavar. Dawn, fiċ- ċirkustanzi kif żviluppaw kellhom il-biża' li jaġixxu. Savita Halappanavar mietet taħt għajnejn il- membri tal-professjoni medika Irlandiża li ħassew li ma setgħux jintervjenu ħtija tal-liġi Irlandiża li kienet għadha, dakinnhar, tipprojibixxi kwalunkwe terminazzjoni ta' tqala fl-Irlanda. Sadanittant l-Irlanda tgħallmet sewwa x'kien qed jiġri u bdiet il-proċess li tneħhi l-ostakli li kien hemm għall-professjoni medika. Dan kien jinvolvi referendum nazzjonali li b'maġġoranza ta' 66 fil-mija approva proposta ta' Gvern Demokristjan (tal-Fine Gael) u daħħal l-abort fil-pajjiż. Kif jingħad, il-kitba qegħda fuq il-ħajt. Waqt li l-partiti politiċi l-oħra huma ġeneralment siekta, ADPD – e Green Party hu wieħed minn żewġ partiti politiċi fil-pajjiż li tkellmu. ADPD jappoġġa id-dikriminalizzazzjoni tal-abort u li dan ikun introdott f 'ċirkustanzi limitati, ċjoe, meta l-ħajja tal-mara tqila tkun fil-periklu, fil-każ ta' tqala li tkun riżultat ta' vjolenza (stupru jew incest) u fil-każ ta' tqala mhux vijabbli. L-esportazzjoni tal-abort lejn pajjiżi oħra la ser isolvi u l-anqas mhu ser jirranġa n-nuqqasijiet tal- liġi Maltija dwar l-abort, liema liġi ilha hemm iktar minn 160 sena. Liġi li żmienha għadda u li teħtieġ li tkun aġġornata għaż-żmienijiet u li taddatta ruħha għall-iżviluppi u l-prattika medika kurrenti. Sfortunatament il-partiti politiċi fil-Parlament Malti mhux interessati f 'dan kollu. Għal ġejjini qarib huma iffukati fuq l-esportazzjoni. Carmel Cacopardi huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo