Illum previous editions

ILLUM 26 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471698

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 26 TA' ĠUNJU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-qawmien tal-faxxiżmu nażista u l-qilla u l-ħruxija tal-S.S Ta' min jinnota li qabel Adolf Hitler laħaq Kanċillier, il-films fil-Germanja kienu diġa' jesibixxu spirtu faxxista. Il-battalja fil-Germanja miġġielda mill-Partit Nażista lejn l-aħħar tas-Snin Għoxrin u dawk tal- bidu tas-Snin Tletin kienet indirizzata mill- ġurnali u kienet ukoll taqbida għall-kontroll taċ-ċinema Tedesk. Ħadd mill-kapijiet tal- propaganda tal-partit ma kellu esperjenza f 'dan il-qasam. Dan ix-xenarju malajr inbidel totalment meta fl-arena politika wasal Dr. Josef Goebbels li, bħal Hitler, kien ċineasta ferventi. Hu mill-ewwel irrealiZZa l-importanza tal-film bħala nfluwenza fuq il-poplu meta studja bir-reqqa l-effett li ċ-ċinema rivoluzzjonarju Sovjetiku kellu fuq il-poplu Russu. Taħt l-inizzjattiva tiegħu twaqqaf Reichsfilmstelle (Aġenzija Nazzjonali tal-Film) taħt il-kontroll tal-Ministru tal- Propaganda. Din l-aġenzija ndipendenti kienet tissorvelja l-fażi kollha waqt li l-film ikun qed jinħadem, id-distribuzzjoni u anki meta jkun jintwera. Meta jitlesta jkun irid jiġi approvat wara li jarawh dawk il-membri tal- aġenzija. Minn żmien bikri sa mill-1932, is-sena li fiha ħa l-poter il-Partit Soċjalista tal- Ħaddiema (jew Nażi), xi dokumentarji jew produzzjonijiet oħra ta' reklutaġġ bdew jintwerew fil-meetings u rallies. Billi f 'din l-epoka n-Nażisti kienu neqsin mill-flus, bdew iħajru ndirettament lill-kumpaniji Germaniżi tal-films. L-ewwel konfrontazzjoni ideoloġika maċ- ċinema Germaniż dehret fil-gazzetti Nażisti – il-karattru Germaniż (ir-razza superjuri Arjana), in-nazzjonaliżmu u l-armata kienu suġġetti komuni u popolari ma' dawk li jattendu fis-swali tat-talkies. Fl-istess żmien, l-industrija tal-films Lhudija kienet attakkata li kienet il-kaġun li qed tixrob il-forzi vitali tan-nazzjon u li qed twassal il-veru ndustrija tal-films Tedeski f 'xifer falliment. La darba l-kap tal-kumpanija U.F.A. (Universum Film AG imwaqqfa fl-1917 u ta' ħafna prodotti eċċellenti), Alfred Hugenberg politiku ultra lemini, ċeda u ħalla l-istudjo illustri tiegħu u wisq popolari mad-dinja kollha jaqa' taħt l-influwenza tan-Nażi, l-kumplament tal-industrija ċinematografika Germaniża gradwalment kellha tagħmel l-istess. Wieħed mill-ewwel films propogandist li U.F.A. ħadmu kien Die Letzte Kompagnie (1930, e Last Company), storja dwar suldati Germaniżi fi żmien il-gwerra ma' Napuljun li jħallu ħajjithom biex jidefendu triq vitali u b'hekk isalvaw stakkament ieħor ta' suldati sħabhom. Films oħra ta' propaganda assoluta, anki mgħejjunin minn kor waqt il- wiri organiżżat minn Goebbels, kienu: Ein Burschenlied aus Heidelberg (1930, A Youth Song From Heidelberg) u Morgenrot (1933, Dawn), dwar U-boat Germaniża fl-azzjoni fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Kopji ġodda ta' dawn il-films reġgħu saru waqt it-Tieni Gwerra Dinjija biex jistimulaw l-ispirtu tas- suldati. Mod kurjuż ieħor ta' propaganda kien il-ġeneru ta' films tal-"muntanja". Luis Trenker idderieġa Berge in Flammen (1932, Mountain In Flames) u Der Rebell (1932, e Rebel), it-tnejn ambjentati fil-muntanji Germaniżi u Awstrijaċi. Għalkemm l-influwenza tal-magna propagandista Germaniża fuq l-istudjo tal- films kienet evidenti ħafna fix-xogħlijiet tas-snin ta' wara, kien biss taħt forma ta' divertiment li l-aktar irnexxa. Goebbels kien iqis il-films storiċi anki dawk ambjentati f 'mijiet ta' snin qabel u minn pajjiżi barranin li jinkorporaw l-ispirtu Nażista tal-mument, bħala addattati għall-wiri. Fost dawn insibu: Das Madchen Johanna (1935, Joan Of Arc), b'din l-eroj tinkorpora l-figura tal-Fuhrer u Il Condottieri (1937, Knights Of the Black Eagle), fl-Italja fis-Seklu Sittax bil-protagonist qisu xi El Cid faxxista. Ironikament, l-aqwa xogħlijiet artistiċi li ħarġu miċ-ċinema Germaniż f 'dak iż- żmien kienu l-films propagandisti ta' Leni Riesfenstahl u dawk li diġa' semmejt ta' Luis Trenker u oħrajn bħal Der Verlorene Sohn (1934, e Prodigal Son) u Der Kaiser von Kalifornien (1936, e Emperor Of California) li fihom barra li kien direttur, Trenker kien ukoll attur. Leni Riesfenstahl hija figura illustri tal- propaganda Nażista b'żewġ dokumentarji tassew brillanti mfaħħrin ma' kullimkien li wrew lid-dinja bil-qawwa spettakulari tal- Germanja Nażista. Riesfenstahl li twieldet fl-1902 ġejja minn familja rispettabbli tal- klasi medja ta' Berlin li kienu jħobbu l-arti fina. Wara nċident li minħabba fih kellha tabbanduna z-zfin, ta' 23 sena sabet ruħha fil-films taħdem mad-direttur Dr. Arnold Fanck f 'sensiela ta' produzzonijiet "tal- muntanji". Mhix sodisfatta, xtaqet tirnexxi bħala direttriċi u fl-1931 l-ambizzjoni tagħha twettqet bil-film Das Blaue Licht (1932, e Blue Light). Kien dan il-film li laqat l-attenzjoni ta' Hitler u li tant impressjonah. Fih hi, barra d-direzzjoni, pproduċietu u ħadmet il-parti ta' Junta li tmut wara li taqa' minn fuq muntanja. IKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA Leni Riesfenstah

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2022