Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472274
12 festi IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 • illum Enċiklopedija tal-Festa Maltija: Il-gazzetta ILLUM tkompli b'sensiela ta' artikli li matulhom qed tispjega kliem li huwa assoċjat mal-festi Maltin u Għawdxin, mill- armar tal-knisja u l-funzjonijiet sal-armar ta' barra u n-nar. Illum inkomplu nitkellmu dwar il-funzjonijiet u l-mużika fil-festa L-Għasar Il-ġimgħa li għaddiet spiċċajna dan l-artiklu billi tkellimna dwar it-Tranżlazzjoni, jiġifieri dik il- purċissjoni li ssir bir-relikwa minn fuq xi artal laterali jew xi kappella fil-lokalità sal-artal maġġur tal- knisja li tkun qed tiċċelebra l-festa. Din issir lejliet il-festa filgħaxija hekk kif tkun daħlet is-solennità. It-Tranżlazzjoni ssir fil-bidu ta' dak li jissejjaħ l-Ewwel Għasar. Imma dan l-Għasar x'inhu? L-Għasar jagħmel parti mil-Liturġija tas- Sigħat, jiġifieri t-talb permezz tas- salmi li l-Knisja tagħmel f 'ħinijiet differenti tal-ġurnata. L-Għasar jew inkella l-Vespri, hija t-talba li tingħad waranofsinhar, ma' nżul ix-xemx. L-Għasar jingħad kuljum u ma hemmx għalfejn tkun xi festa jew xi solennità. Is-saċerdoti huma obbligati li jitolbu l-liturġija tas-sigħat inkluż l-Għasar. Madanakollu, fil-festi, dan l-Għasar jieħu forma ħafna aktar solenni. Is- salmi jkunu kantati b'mod elaborat u jakkumpanjaw il-kor ikun hemm l-orkestra. Ġeneralment, fil-bidu tat- Tranżlazzjoni, is-saċerdot jintona l-bidu tal-Għasar bil-kliem 'Deus in adiutorium meum Intende' jiġifieri 'O Alla ejja eħlisni' u waqt il-purċissjoni bir-relikwa jitkanta l-innu tal-Għasar. Wara jkompli l-bqija tal-Għasar, jiġifieri l-kant tat-tliet salmi (is-Salmodija), il- Magnificat (Il-Kantiku ta' Marija) u talb ieħor. Waqt li jkun għaddej dan il-kant sabiħ u elaborat, is-saċerdoti ġeneralment ikollhom f 'idhom il-Brevjar u minn fuqu jkunu qed jitolbu l-Għasar, jiġifieri jaqraw f 'qalbhom dak li jkun qed jiġi kantat b'mod elabort. Kif rajna l-ġimgħa li għaddiet, is-solennità tal-qaddis jew il- qaddisa partikolari, tibda minn lejliet il-festa. Għalhekk, dak ta' Lejliet il-Festa jissejjaħ l-Ewwel Għasar, filwaqt li dak ta' nhar il- festa filgħaxija, li ġeneralment isir it qabel il-purċissjoni, jissejjaħ it- Tieni Għasar. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Għasar tintemm bil-Barka Sagramentali. YENDRICK CIOFFI Mument waqt l-Għasar Solenni fil-festa ta' San Ġorg tar-Rabat Għawdex Il-Pontifikal / il-Quddiesa Solenni / is-Settimo Ħafna ma jagħmlux differenza bejn Pontifikal u Quddiesa Solenni tal-festa. Huma bosta dawk li jagħmlu l-iżball li l-Quddiesa Solenni li ssir nhar il-festa filgħodu, isejħulha Pontifikal. L-ewwel u qabel kollox irridu nifhmu li biex isir Pontifikal jew inkella Quddiesa Solenni ma hemmx għalfejn tkun il- festa titulari. Mela x'inhi din id- differenza? Sempliċi. Kwalunkwe Quddiesa Solenni li tkun iċċelebrata minn Isqof tissejjaħ Pontifikal. Ma hemmx għalfejn tkun xi festa titulari. L-Arċisqof tad-djoċesi se jiċċelebra Pontifikal fis- solennitajiet kollha, ġeneralment fil-Katidral. Għalhekk, il-quddiesa solenni tal-festa tissejjaħ Pontifikal jekk tkun se titmexxa minn Isqof. Tinduna li jkun se jiġi ċċelebrat Pontifikal għax fuq l-artal maġġur ikun hemm dak li jissejjaħ is-settimo. Is-settimo hija dik ix-xemgħa twila li tintrama wara l-kurċifiss fuq nett tal-artal maġġur, flimkien mas-sitt xemgħat l-oħra li jkunu fuq il-prima (l-iskaluna ta' fuq tal-artal maġġur). Quddiesa Solenni hija quddiesa li tkun aktar elaborata. Anke jekk kollox ikun l-istess bħal quddiesa komuni (jew aħjar letta) li ssir matul is-sena, il- Quddiesa Solenni tkun tinkludi l-kant tal-Kyrie (Mulej Ħniena), il-Gloria, is-Sanctus (Qaddis) u l-Agnus Dei (Ħaruf t'Alla). Is-saċerdot x'aktarx li minflok jaqra, ikanta wkoll uħud mit- talbiet tal-quddiesa. Ġeneralment, il-Quddiesa Solenni tal-festa ssir nhar il- festa filgħodu u tissejjaħ ukoll, f 'xi bliet u rħula, il-Quddiesa l-Kbira. Ritratt: L-Arċisqof imexxi l-Pontifikal fil-festa ta' San Pawl Nawfragu tal-Belt. Fin-nofs, wara l-kurċifiss tal-artal maġġur, tista' tara s-settimo