Illum previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472274

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni jisponsorjaw esperjenza ta' studenti tal-arkitettura f'Londra Grupp ta' ħamsa u għoxrin student mill-Fakultà tal-Ambjent Mibni tal- Università ta' Malta ser jattendu għat- tielet edizzjoni ta' Archivisit, li huwa programm ta' ġimgħa ta' esperjenza hands-on f 'Londra. Organizzata mill- organizzazzjoni tal-istudenti tal- arkitettura, is-SACES, u appoġġjata mid- ditta lokali ta' disinn u l-immaniġġjar tal-proġetti l-iAS, l-Archivisit tipprovdi espożizzjoni għal studenti lokali biex jesperjenzaw l-aħjar prattiċi fid-disinn u l-immaniġġjar tal-proġetti, teknoloġiji ġodda, proċessi/proċeduri tas-siti, u tekniki tal-infrastruttura ekoloġika. L-edizzjoni ta' din is-sena li qed tkun sponsorjata mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostru- zzjoni (BCA) ser toffri lill-istudenti varjetà diversa ta' attivitajiet u tinkludi workshops dwar inġinerija strutturali u disinn arkitettoniku, wirjiet, walking tours u żjarat fuq il-post. Il-grupp ser ikun ospitat minn ditti ta' fama inter- nazzjonali tal-arkitettura multidixxipli- nari, u ċentri edukattivi rinomati li jin- kludu Arup, Hilson Moran, Thornton Tomasetti, BuroHappold Engineering, MAKE, Mizzi Studio, Bartlett School of Architecture, u r-Royal Institute of British Architects (RIBA). Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopar- di qal li "L-ispinta ewlenija tagħna trid tkun favur standards ogħla u ħolqien ta' proġetti sostenibbli li jiksbu l- aħ- jar riżultati possibbli. Irridu nkunu ambizzjużi u naħsbu fi pjan strateġi- ku fit-tul biex nilħqu l-miri stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea." Il-Minis- tru temm id-diskors tiegħu billi faħħar il- ħidma taż-żewġ Awtoritajiet ik- konċernati fejn flimkien qed jaħdmu qatiegħ sabiex jagħtu spinta 'l quddiem lil dan is-settur li jifforma parti sostanz- jali mill-ekonomija ta' pajjiżna. Martin Saliba, Chairperson tal-Aw- torità tal-Ippjanar, qal li "hu unur iżda wkoll dmir għalina li nkunu qed nappo- ġġjaw din l-inizjattiva u inizjattivi oħra simili. Aħna nemmnu bis-sħiħ li, per- mezz ta' esperjenzi u għarfien kruċjali, inkunu qed nipprovdu u ngħinu lill-is- tudenti jibdew il-karriera tagħhom. Ir- ridu ngħinu lill-ġenerazzjoni li jmiss ta' studenti tal-arkitettura biex ikollhom l-ambizzjoni, l-kapaċità u l-ispinta biex joħolqu postijiet u spazji inklussivi ta' kwalità li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-kli- jenti u tal-utenti, iżda jindirizzaw ukoll it-tħassib fiżiku, ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-komunitajiet tagħna." Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostru- zzjoni, Is-Sur Jesmond Muscat, qal li "l-BCA wara kważi sena minn kemm ilha mwaqqfa flimkien mal-Awtorità għall- Ippjannar rat li tgħin ukoll f'din l-inizjattiva li bdiet tara studenti li jat- tendu fil-Fakultà tal- Ambjent Mibni. Dan għaliex il-BCA tappoġja bis-sħiħ programmi edukattivi li jistgħu jmexxu l- ġenerazzjoni li jmiss ta' Periti biex jaħdmu lejn kultura ta' eċċellenza fl-in- dustrija tal-Bini u l- Kostruzzjoni." Huwa spjega li din l-opportunità għall-istudenti hi waħda kbira, għax għandha sservihom sabiex jiksbu aktar għarfien dwar kif din l-industrija qed titħaddem f'pajjiżi akbar minn tagħna u li diġa implimentaw ċertu miżuri qa- bel pajjiżna, dan permezz ta' ditti inter- nazzjonali ta' fama. Sostna li t-tieni fatt huwa għaliex din iż-żjara se tesponi lil dawn l-istudenti għal prattiċi fit-tfassil u l-immaniġjar ta' proġetti, teknoloġiji innovattivi u anke prattiċi ta' infrastrut- tura ekoloġika. Dan fid-dawl lill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropeja, u għalhekk pajjiżna, iridu jistabilixxu strateġija ta' rinovazzjoni fit-tul biex jappoġġ- jaw ir-rinovazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f'bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija fil-Bini. Il-fundatur u kordinatur ta' Archivis- it, Perit Mark Borg, qal li "Archivisit jesponi lill-istudenti tagħna għall-aħ- jar prattiċi fid-disinn u l-immaniġġ- jar tal-proġetti. Huwa dmir tagħna li noħolqu dawn l-opportunitajiet għall-ġenerazzjoni żagħżugħa jekk ir- ridu ntejbu l-industrija tagħna." Il-vjaġġ ser isir bejn l-10 u s-17 ta' Lulju 2022.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 July 2022