Illum previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472274

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 • illum CEOs tal-Gvern jaqilgħu d-doppju tal-PM. L-akbar dħul: Ċifri ppubblikati fil-Parlament minn diversi Ministri juru kif numru ta' Kapijiet Eżekuttivi ta' entitajiet tal-Gvern jaqilgħu iktar minn €100,000 fis-sena f'pagi, benefiċċji u allowances, ħafna iktar mill-Prim Ministru nnifsu! ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minkejja li l-Prim Ministru huwa eventwalment u politikament responsabbli mill-entitajet governattivi kollha, uħud mill- pagi ta' Kapijiet Eżekuttivi (CEOs) tal-istess entitajiet tal-Gvern jaqbżu l-paga tal- Prim Ministru b'eluf kbar, f 'xi każi saħansitra d-doppju. Dan hekk kif Prim Ministru Malti għandu pakkett ta' dħul li huwa ta' kważi €66,000, bħala dħul annwali u allowances, filwaqt li numru konsiderevoli ta' Kapijiet Eżekuttivi jaqbżu d-dħul ta' €90,000 u f 'każi diversi - paga u allowances b'kollox - saħansitra l-€100,000. Fil-fatt minn ċifri li ngħataw lill- Parlament jirriżulta li l-Kapijiet Eżekuttivi tal-Enemalta u tal- Malta Enterprise huma fost l-aktar persuni li jitħallsu u li jinsabu f 'din il-kariga f 'entitajiet pubbliċi. Is-CEO tal-Enemalta Jonathan Cardona jaqla' b'kollox pakkett ta' €129,593 - li jinkludu €112,193 f 'paga bażika - jiġifieri €9,349 fix-xahar - allowance għar-responsabiltà u l-komunikazzjoni ta' €6,000, €11,400 f 'allowance għall-karozza flimkien ma' performance bonus u assikurazzjoni medika u tal-ħajja. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia jiġi it wara Cardona f 'termini ta' dħul u jaqla' €120,363 f 'pakket li jinkludi €115,363 f 'paga bażika, disturbance allowance ta' €5,000, performance bonus u assikurazzjoni. Dawk iċ-ċifri ingħataw minn Ministeri rispettivi għall-Mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo, mistoqsija li saret lill-Kabinett kollu. Dawn iċ-ċifri li qed tikkwota l-gazzetta ILLUM jirrigwardaw uħud mill-Ministeri li rrispondew, b'Ministeri oħrajn li għad iridu jagħtu din it-tweġiba. Il-Ministeru tal-Ambjent, l-Enerġija u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu fih l-entitajiet li fihom l-aktar li hemm CEOs li jitħallsu, u apparti dawn li diġà semmejna hemm il-Kapijiet Eżekuttivi tal- Wasteserve u anke tal-Mimcol (li jaqa' taħt il-Ministeru tal- Ekonomija) li jiġu warajhom. Fil- fatt meta tgħaqqad il-benefiċċji kollha is-CEO tal-MIMCOL li bħalissa huwa Stanley Mifsud dan qed jaqla' madwar €109,734 f 'paga annwali u benefiċċji. Din fil-fatt tinqasam bejn paga ta' €80,674 fis-sena, b'€16,560 f 'allowances, €12,500 fuq karozza u assigurazzjoni tas-saħħa. Dan apparti, 15% f 'Performance Bonus. Minn naħa l-oħra s-CEO tal-Wasteserve, Richard Bilocca, jaqla' paga bażika ta' €55,442 - iżda mbagħad dawn jiżdiedu aktar b'numru ta' allowances, fosthom allowance speċjali ta' €35,000. Ma' dan hemm allowance ta' €2,096, €2,000 għall-allowance tal-komunikazzjoni u disturbance allowance ta' €15,000. Kapijiet Eżekuttivi oħrajn li jaqbżu l-€100,000 fis-sena meta tgħodd il-paga, benefiċċji u anke allowances huma dawk tal- Korporazzjoni għas-Servizzi tal- Ilma (€102,050), Interconnect Malta (€106,900), Engineering Resources Ltd (€106,091), Petromal Ltd (€110,861) u Enemed (€115,350). €95,435 għas-CEO ta' San Vinċenz u €95,500 għal tal- Arms Il-Kap Eżekuttiv ta' San Vinċenz De Paule - li bħalissa hija Dr Josianne Cutajar - qed taqla' paga ta' €95,435, jekk tgħodd il-paga annwali ta' €86,794, allowance ta' €453 f 'allowance ta' ikel u €8,188 f 'Performance Bonus. B'€92,258, paga u benefiċċji, il- Kap Eżekuttiv tal-Active Ageing Community Care - li bħalissa hija kariga mimlija minn Renzo De Gabriele - hija wkoll fost l-aktar karigi ta' CEO b'pagi għolja meta wieħed jgħodd il-paga (€80,000), €6,000 f 'allowance għall-ispejjeż, €4,658 għal car allowance u €1,600 f 'allowance għall-komunikazzjoni. Kapijiet Eżekuttivi oħrajn li jaqbżu pakkett ta' dħul ta' €90,000 huma dak tal-Arms (€95,500), li jinkludi paga ta' €80,000, allowance ta' €8,000 u allowance ieħor ta' €7,000 għall-karozzi, is-CEO tal-Community Malta Agency fil-Ministeru tal-Intern b'€99,858 - li minnhom €9,858 huma allowances. U dawk li jaqbżu t-€80,000 fis-sena... Pagi ta' Kapijiet Eżekuttivi oħrajn li jaqbżu it-€80,000 bil- benefiċċji b'kollox jinkludu dak tal-MGI b'paga ta' €80,000 u numru ta' allowances li mhumiex kwantifikati, ta' Industrial Innovative Solutions Malta b'paga ta' it aktar minn €80,000 u €10,468 f 'allowances, mobile imħallas u 10% f 'performance bonus u tal-Awtorità tal-Artijiet b'paga ta' €75,000 u allowance ta' €8,600. Is-CEO tal-Identity Malta jitħallas €80,000 f 'paga bażika u għandu allowance tat-trasport ta' €4,659 bil-paga se tiżdied b'€2,500. Dak ta' Residency Malta Agency jaqla' paga ta' €85,000 b'żieda ta' €2,500 minn din is-sena stess b'allowance għall-karozza, mill- ġdid ta' €4,659 Pagi oħrajn ta' Kapijiet Eżekuttivi li huma pjuttost astronomiċi huma dawk tal-Malta Freeport bi it iktar minn €73,000 li jinqasmu b'€67,536 f 'paga, €6,000 f 'allowance tal-karozza, ħlas għall-mobile, telephone tad-dar u l-internet u sa 15% f 'bonus. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Gaming Authority jaqla' €78,782 bħala paga, €850 f 'Expertise Allowance, €35 fix-xahar għall- internet, spejjeż imħallsa għall- mowbajl kif ukoll bonus li jlaħħaq l-20%. Dak tal-Land Registration Agency, jaqla' kważi €74,000 fis-sena bil-benefiċċji b'kollox, filwaqt li s-salarju tal- Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas- Servizzi tal-Qrati jaqla' salajru ta' €50,800 għalkemm imbagħad għandu allowance ta' €4,658 għat-trasport, €1,880 f 'Allowance marbut mal-komunikazzjoni, €2,500 f 'Expense Allowance u €4,000 f 'Responsibility Minkejja li l-Prim Ministru huwa eventwalment u politikament responsabbli mill-entitajet governattivi kollha, uħud mill-pagi ta' Kapijiet Eżekuttivi (CEOs) tal-istess entitajiet tal-Gvern jaqbżu l-paga tal-Prim Ministru b'eluf kbar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 July 2022