Illum previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472274

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 dħul: Aktar minn €120,000 fis-sena f'pagi u allowance Allowance - li b'kollox ilaħħqu €63,838 fis-sena. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Business Registry jaqla' €5,961 fix-xahar jew inkella it aktar minn €71,500. Il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Channel li qed iservi l-kariga bħala Interim u huwa wkoll ċermen fl-istess ħin - għandu paga ta' €48,285, filwaqt li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall- Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex għandu dħul ta' €49,337 - jekk tgħodd it-€8,354 f 'allowances separati. Salarji oħrajn li ħarġu fil- Parlament kien hemm dawk tal- Kapijiet Eżekuttivi tal-Malta Food Agency u tal-Governance of Agricultural Bioresources Agency, b'dak tal-ewwel jaqla' €40,183 u allowances annwali li jlaħħqu l-€10,858 f 'allowances għal komunikazzjoni, trasport u responsabilità fost oħrajn. Fit- tieni każ is-CEO jaqla' €47,568 u allowances li jlaħħqu is-€9,442. F'dan l-ilma wkoll hija l-paga tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Mediċini li jaqla' €44,354 iżda imbagħad għandu €11,822 f 'allowances, biex b'kollox id- dħul jitla' għal €56,176. Viċin ukoll hija l-paga tal-Aġenzija għall-Programmi tal-UE (EUPA) bil-Kap Eżekuttiv jaqla' paga bażika ta' €40,967, iżda ma' dawn hemm eluf f 'allowance li jlaħħqu l-€11,038. Paga oħra li ma tidhirx illi hija astronomika iżda li mbagħad jiżdiedu magħha hemm allowances, hija dik tal- Kap Eżekuttiv tal-Malta Digital Innovation Authority, li jaqla' salarju ta' €46,729 iżda imbagħad għandu allowance ta' €25,618. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kordin Grain Terminal jaqla' €56,629, apparti allowances li ma humiex kwantifikati. Miċ-ċifri mogħtija fil- Parlament il-Kapijiet Eżekuttivi kollha fil-qasam tal-Edukazzjoni jaqilgħu salarju bażiku bejn €40,000 u €50,000, li magħhom imbgħad jiżdiedu elenku ta allowances. L-aktar CEO li jitħallas f 'dawn l-entitajiet edukattivi huwa dak tal-MCAST, bi dħul ta' €68,086. Is-CEO tal-Enemalta Jonathan Cardona

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 July 2022