Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472274
18 Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Ambjen, Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli opinjoni IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 • illum L-ambizzjoni li tmexxina H ija l-ambizzjoni li tmexxina f 'dak kollu li nagħmlu. Dik l-ambizz- joni u d-determinazz- joni li rridu naraw minn pajjiżna eżempju ta' ekonomija li tikber u toħloq il-prosperità. Prosperità li jħossuha l-familji u l-anzjani, it-tfal u ż-żgħażagħ. Qed naħdmu favur tkabbir li jgħin liċ-ċittadini jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom filwaqt li jgħixu ġo pajjiż li tassew joffrilhom kwalità ta' ħajja aħjar. Kwalità ta' arja aħjar, spazji miuħa, opportunitajiet ta' xogħol ta' kwalità, sistemi u infrastrutturi moderni li jirriflettu ż-żminijiet li qed ngħixu. Din hi l-ambizzjoni li qed naħdmu għaliha, ambizzjoni li tirrifletti l-futur li qed nippreparaw għalih. Intenni li l-ambjent, is-soċjal, il-governanza u t-tkabbir ekonomiku jmorru id f 'id u nsibha diffiċli nitkellem fuq suġġett minnhom mingħajr ma nallaċċja mat-temi l-oħra. Matul id-diskussjonijiet li kelli l-ġimgħa l-oħra f 'Lussemburgu, waqt in-negozjati fuq livell ta' Kunsill Ewropew iffukajt primarjament fuq is-setturi ambjentali u tal-enerġija. Matul dawk in-negozjati bdejt inġib quddiem għajnejja t-tranżizzjoni lejn ekonomija ambjentali u sostenibbli, l-opportunitajiet għas-suq tax-xogħol, l-opportunitajiet edukattivi u kif iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin se jiggwadanjaw minn dan kollu – kemm mil-lat ta' opportunitajiet ta' xogħol u kwalità ta' ħajja u arja aħjar. Wara kollox dan hu dak li dejjem tkellimna dwaru anke' sa' mill-Parlament Ewropew meta nnegozjajt flimkien ma' gruppi Politiċi oħra l-viżjoni tagħna dwar il-Green Deal. Matul id-diskussjonijiet tal- Kunsill Ewropew , enfasizzajna l-ħtieġa ta' tranżizzjoni lejn operat aktar aħdar li trid tieħu kunsiderazzjoni tar- realtajiet tal-pajjiżi differenti. Viżjoni ambizzjuża teħtieġ soluzzjonijiet realistiċi biex tkun implimentata. Miri li joħolqu ostaklu wara l-ieħor m'humiex soluzzjoni tajba, għax ikissru kwalunkwe ambizzjoni li jista' jkollna. Għalhekk nitkellmu fuq tranżizzjoni: għax filwaqt li l-bidla ma sseħħx mil-llum għall- għada, lanqas m'hu tajjeb it- tkaxkir tas-saqajn. Jekk inkaxkru saqajna, l-isfidi li jkollna nindirizzaw ikunu ferm akbar. Jeħtieġ li bil-politika tagħna, bil- politika Ewropea, nwittu t-triq li tħeġġeġ stakeholders differenti – il-pubbliku inkluż – biex ikun parti minn din il-bidla. Kont sodisfatta illi dan is-sentiment irnexxilna naqsmuh mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej. Irnexxilna infehmu u nikkonvincu anke' lill- Kummissjoni Ewropea li dak li kien oriġinarjament ppreżentat fuq il-mejda fuq ċertu issues kien diffiċli ħafna għal pajjiżna. Ħadt gost nara li rnexxilna ninnegozjaw pakkett leġislattiv aħjar, bi ehim aktar b'saħħtu għal Malta u Għawdex, li jinkludi wkoll għajnuna finanzjarja biex inkunu nistgħu nagħmlu t-tranżizzjoni meħtieġa. Il-pakkett leġislattiv Fit- for-55 huwa wieħed wiesgħa. Waqt il-Kunsill tal-Ambjent, ġew diskussa l-proposti relatati mat-tnaqqis tal-emmissjonijiet mis-setturi tal-marittimu, tal-avjazzjoni, tat-transport, infrastruttura, carbon sinks, effort sharing bejn l-iStati Membri, l-istandards tal- emmissjonijiet tas-CO2 għall- karozzi u l-vannijiet u l-Fond għall-Klima Soċjali. Dak li rnexxilna ninnegozjaw joffri pakkett finanzjarju b'saħħtu li se jgħin lill-pajjiżna jimxi aktar lejn ekonomija li ma tħammiġx. Irridu nilħqu l-miri ambizzjużi tagħna tad-dekarbonizazzjoni, imma dan irridu nagħmluh b'mod li jagħmel sens. Li ma jitfax piżijiet żejda fuq il-konsumaturi u s-setturi ekonomiċi differenti. B'mod speċjali f 'dan iż-żmien ta' rkupru ekonomiku. Irnexxilna nassiguraw u nipprotegu setturi importanti għall-ekonomija ta' pajjizna bħas-settur marittimu, tal-avjazzjoni u tat-trasport. Dan għamilnih għax irridu li dawn is-setturi jibqghu b'sahhithom f 'pajjizna filwaqt li jagħmlu l-parti tagħhom ukoll favur l-ambjent, u jnaqqsu t-tniggiz. Iridu li dawn l-industriji wkoll ikollhom l-opportunita li jinvestu f 'operat aktar modern u aktar nadif. Rajna kif inżidu l-għajnuna għal pajjiżna. Malta ġabet aktar fondi minn żieda fl-allokazzjoni taħt il-leġiżlazzjoni marittima. Fuq insistenza tagħna, dawn il-fondi mhux biss se jgħinu d-dikarbonizazzjoni tas-settur marittimu iżda se jghinuna wkoll biex niddikarbonizzaw it-trasport fuq l-art, inkluż it-trasport pubbliku. Għamilna dan għax irridu li pajjiżna jkompli jaħdem biex iġib din il-bidla pożittiva. Malta hija gżira u Membru Stat fil-periferija tal-UE. Is-settur tal- avjazzjoni huwa settur kruċjali għal pajjiżna. Għalija huwa ta' sodisfazzjon kbir li rnexxilna ninegozzjaw b'suċċess biex is- settur tal-avjazzjoni jkun protett minn xokkijiet eventwali. Ġew inklużi proviżjonijiet legali bil- għan li jtaffu l-impatt tal-ispejjeż ta' tali titjiriet. Dan għammilnih billi assigurajna li d-differenza fil-prezz bejn il-kerosene u uwil sostenibbli għal-linji tal-ajru tkun koperta. Waqt il-Kunsill tal-Ministri għall-Enerġija, lqajna r-reviżjonijiet tad-Direttivi dwar l-Enerġija Rinnovabbli u dik dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija. Il-Kunsill appoġġja dawn l-elementi li għandhom x'jaqsmu direttament mal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl- enerġija, kruċjali biex il-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea jnaqqsu l-emissjonijiet. F'dawn il-ġranet ta' negozjati, mingħajr ma dgħajjifna l-ambizzjoni tagħna, irnexxilna niksbu riżultati aħjar minn dak li kien qed jiġi propost inizjalment. Ovvjament, il-ħidma taghna ma tiqafx hawnhekk. Għax dak li kien maqbul fil- Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent issa jrid jitla' għan-negozjati mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Malta se tkompli taħdem favur il-pożizzjoni tagħha waqt in- negozjati li jmiss. L-għan tagħna huwa li nassiguraw li r-realtajiet tal-Istati Membri differenti kollha jiġu kkunsidrati. L-ambizzjoni tagħna qiegħda hemm. Mhux se nħalluha tbgħatti, għalhekk li rridu naċċertaw li r-realtajiet tagħna jkunu dejjem ikkunsidrati. Bl-ambizzjoni akbar li għandha Malta u l-Unjoni Ewropea, rridu nnaqqsu d-dipendenza fuq il-fossil fuels, sors ta' enerġija li huwa impurtat u jniġġes. Li ninvestu fl-enerġija rinnovabbli mhux biss isaħħaħ l-indipendenza tal-pajjiż imma nkunu qed nimxu eqreb lejn ekonomija li ma tniġġisx. Hawnhekk teżisti opportunità għal Malta biex sservi bħala testbed għal investimenti f 'enerġija rinnovabbli offshore fuq skala kbira.