Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869
11 intervista illum • IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 trid tippritkah imma fil-każini, fit- in-nies li rridu nikkonvinċu' by Crisis, li għax is-servizz mhux ilaħħaq qed ikollhom jintervjenu tal-Cleansing," ipprotesta Zammit Lupi li kompla jgħid kif dan kollu dejjem fid-dawl ta' "infurzar kompletament ineżistenti." Dwar il-punt tal-infurzar Steve Zammit Lupi fakkar illi l-Kunsilli lanqas biss għandhom poteri leġiżlattivi biex, per eżempju, jwaħħlu multi għal min ma josservax ir-regoli. "Green wardens ma jeżistux u persuna tista' taqbad toħroġ saqqu fit-triq, ma ċċempilx lill-Kunsill biex jiġbru (b'xejn!) u qisu xejn mhux xejn," ilmenta l-Kunsillier. Huwa kompla jgħid li din qed toħloq sitwazzjoni fejn persuna kważi, kważi tkun inċentivata tkompli tagħmel l-istess minflok tkun immultata għal azzjonietha, bil-Kunsill ma jkollu ebda għażla ħlief li jneħħi dak li jkun tħalla barra. Huwa qal li hemm bżonn ċar ta' tibdiliet strutturali. Mistoqsi ċar jekk jemminx li hemm ir- rieda għal din il-bidla, Zammit Lupi kien skjett: "Le". Huwa fakkar li anke modi kif narmu ż-żibel hemm bżonn li jinbidlu u jistaqsi fejn tara ġbir ta' skart minn fuq il-bankini, meta hemm modi oħrajn li jħallu lit-toroq aktar nodfa, fosthom wheely bins u anke bring-in sites. Dwar dawn tal-aħħar jgħid li f 'diversi postijiet tneħħew minflok saru kameras CCTV, sorveljanza u infurzar kif suppost. Siġar fil-pots? 'Traqqigħ tal-pannu...' Zammit Lupi huwa - ma' sezzjoni dejjem tikber tal-poplu - voiċferu fuq il- bżonn ta' aktar siġar fl-urban u bir-raġun! Fl-aħħar snin rajna inizzjattivi ta' siġar f 'diversi ċentri urbani, bħal Ħaż Żebbuġ stess, il-Ħamrun, Birżebbuġa, bħalissa f 'Birguma u aktar. Imma dawn huma kollha inizjattivi ta' traqqigħ tal-pannu bil-qargħa aħmar jew inizjattivi ġenwini biex nagħmlu tajjeb għal nuqqas ta' siġar? Huwa qal illi dan jiddependi għal post u semma' l-inizjattiva ta' siġar fi Triq Żaren Dalli f 'Birżebbuġa u jgħid li dan huwa eżempju ta' "tokenism" għaliex ifakkar li s-siġar qegħdin f 'kontenituri (pots) u allura, apparti li ma jistgħux jikbru aktar, jeħtieġu manutenzjoni kontinwa biex jibqgħu ħajjin. "Stajna Vjal il-Ħelsien għamilna kontenituri u konna naqilgħu l-prosit, iżda imbagħad jekk ta' warajja jiddeċiedi li ma jsaqqix jew ikun hemm problema mal-kuntrattur dawn imutu." Huwa kompla jispjega li kien propju għalhekk illi l-Kunsill Żebbuġi minflok ħaffer l-isfel u ħoloq mod ta' kif l-għeruq jinżlu 'l isfel sabiex ma jersqux lejn id-djar, jissaqqew għall-bidu sakemm imbagħad jikbru waħedhom. "Ara l-inizzjattiva f 'Birguma fejn qed issir l-istess ħaġa bħal Ħaż Żebbuġ, hija xi ħaġa tajba u hemm bżonn naraw aktar bħalha," qal Zammit Lupi. Mistoqsi iżda jekk in-nies japprezzawx dawn l-inizjattivi huwa wieġeb fil- pożittiv u fakkar li hu kien ġabar €4,000 mir-residenti għas-siġar li kien saru. Minn naħa l-oħra jgħid illi inizjattivi bħal Green Walls u Green Roofs jeħtieġu ħafna flus, eluf biex isiru u eluf oħrajn biex jinżammu. 'L-ambjent urban f 'Malta huwa fqir immens' Kemm jinkwetah l-istat tal-ambjent f 'Malta u jemmen li hemm tama? Steve Zammit Lupi jaħsibha ftit din, u imbagħad jirrispondi li jixtieq ikun ottimist. "Pero jinkwetani ħafna l-istat tal-ambjent f 'pajjiżna - kemm dak urban u anke dak naturali." Il-Kunsillier jisħaq illi l-ambjent urban Malti - u allura l-pjazez, it-toroq, kif nibnu, il-bankini u aktar huwa "fqir immens." Huwa qal li ma jħossx li kif inhu l-ambjent urban Malti qed ikun rispettat il-bżonn li l-poplu jkollu kwalità ta' ħajja aħjar. "Imbagħad l-ambjent naturali wkoll. Saru ħafna affarijiet tajbin." jisbda jispjega. "Saru sforzi għal protezzjoni, siti ta' Natura 2000, fost oħrajn - Imma l-pressjoni fuq is-siġar, fuq l-għasafar u fuq l-ambjent rurali hemm qiegħed. Żvilupp tiela', nies li jixtru raba' biex jagħmluhom pixxini jew jagħmlu l-BBQs fihom, ħafna kaċċa illegali...." Wasalna lejn it-tmiem u allura l-gazzetta tistaqsi: Imma resqin lejn punt li minnu ma nistgħu nirritornaw qatt? Huwa qal illi diġà hemm il-bozza tal- bidla fil-klima li qed tixgħel u wissa- bħal diversi oħrajn qablu fuq din il-gazzetta wkoll - li jekk jinxef l-ilma kollu l-pajjiż isir deżert u wara l-ambjent imut mewta naturali waħdu. Imma dan il-poplu qed jirrealizzah? Fuq il-midja soċjali, hekk jidher... Iżda Steve Zammit Lupi jtemm ifakkar li "l-Facebook huwa bużżieqa. Huwa tajjeb li ninżlu fil-livell tan-nies. L-ambjent trid tippridkah, mhux fuq il-Facebook imma fil-każini, fit-toroq u fil-pjazzez għax huma dawk in-nies li rridu nikkonvinċu." U b'dak il-ħsieb interessanti tal- importanza li l-kwistjonijiet ambjentali u l-prioritajiet urġenti jiġu ppopolarizzati, nagħlqu din l-ewwel intervista tal-ILLUM maż-żagħżugħ, politiku, ambjentalist, Kunsillier u ż-Żebbuġi Steve Zammit Lupi.