05
illum • IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022
aħbarijiet
Il-white paper tal-liġi l-ġdida tal-qbiela titnieda fil-jiem li ġejjin
MARIANNA CALLEJA
Fil-jiem li ġejjin se tkun qed titnieda
l-white paper l-ġdida tal-liġi tal-qbiela.
Dan kien żvelat minn sorsi ta' din il-
gazzetta li qalu wkoll li l-whitepaper
se tkun mnedija mill-Prim Ministru
Robert Abela nnifsu.
Il-qbiela f 'Malta kienet meqjusa minn
bosta bħala sfida għall-bdiewa iżda wkoll
problema kostituzzjonali għas-sidien.
Wara snin fuq l-aġenda tal-gvernijiet
tal-passat, lura f 'Diċembru tal-2021, mal-
gazzetta ILLUM il-Ministru Anton Refalo
żvela li l-Ministeru qed jaħdem fuq liġi
ġdida.
Dan kollu wara bdiewa bdew jitkeċċew
mill-art agrikola li jaħdmu mis-sidien
tal-art, li ħafna drabi jkunu jridu ħlasijiet
ħafna ogħla.
Minn dakinhar il-gazzetta ILLUM
baqgħet tirraporta kull xahar fuq il-
kwistjoni nnifisha, l-użu ta' art agrikola, il-
prezz tagħha u saħansitra deċiżjonijiet tal-
Qorti dwar din il-kwistjoni. Ejja flimkien
nagħtu ħarsa lejn dak kollu li l-gazzetta
ILLUM rraportat dwar il-liġi tal-qbiela fl-
aħħar seba' xhur.