Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501
IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 • illum aħbarijiet Jiddubbaw l-uniformijiet u jixtru l-ikel għall- istudenti żvantaġġjati... 'L-għalliema qed jagħmlu ħafna iktar milli suppost' MARIANNA CALLEJA Jixtru l-ikel u jiddubaw l-uniformijiet tat-tfal, jixtru l-lapsijiet, il-kuluri, xi pinna, pitazzi imma wkoll kotba u ġugarelli. Mhux nirreferu għal ġenituri hawn imma għall- għalliema. Skont sondaġġ maħruġ mill- Malta Union of Teachers (MUT), 85.1% mill-181 parteċipant, iddikjaraw li jwettqu dmirijiet żejda, b'mod volontarju, fosthom dawn li diġà semmejna. Meta l-parteċipanti ġew mitluba jelenkaw eżempji ta' dmirijiet li jwettqu fil-ħin tax- xogħol u anke wara, huma semmew dmirijiet, li ejja ngħiduha kif inhi, ma tistenniex li jsiru mill-għalliema. Fosthom insibu, xiri ta' ikel għal studenti li ma jkollhomx lunch jew ma jkollhomx biżżejjed, akkwist ta' uniformijiet għal studenti żvantaġġjati, għajnuna lill- istudenti fi kwistjonijiet mhux edukattivi, dmirijiet ta' infermiera, ġardinar, ħajjata, purtinara u electrician. Eżempji oħra li ġew elenkati, huma dmirijiet li sa ċertu punt tistenna li jsiru, iżda qed isiru fil- ħin liberu tagħhom, fosthom illi jwieġbu ġenituri u tfal b'email jew telefonati virtwali tard bil-lejl. Dan minbarra li jagħmlu xogħol li diġà hu mistenni minnhom bħal ippjanar tal-lezzjonijiet fil-ħin liberu tagħhom u organizzazzjoni ta' avvenimenti jew ħruġ. 62% jagħmluh għall-istudenti imma 43% jagħmluh għax mistenni minnhom minn dak li jimpjegahom Il-biċċa l-kbira tal-edukaturi, madwar 62%, wieġbu li jwettqu d-dmirijiet purament għall- istudenti u l-ġenituri għax jemmnu li jridu jagħtuhom kull ma jistgħu. F'dan is-sens, xi wħud wieġbu li "aħna edukaturi u għandna ngħinu kemm jista' jkun." Madankollu, 43% ammettew li jwettqu dawn id-dmirijiet għax minkejja li mhumiex fid- deskrizzjoni tax-xogħol, jemmnu illi l-irwol tagħhom jinkludi dawn id-dmirijiet żejda. 40% saħansitra jwieġbu li min iħaddimhom jistenna minnhom dan ix-xogħol żejjed. Huwa hawn fejn xi wħud qalu li jħossuhom skomdi meta saħansitra jiġu ttimbrati mis-superjuri tagħhom bħala "persuna li ma tikkollaborax." Il-maġġoranza jwettqu dawn id-dmirijiet żejda fuq il-post tax- xogħol matul il-ħin tax-xogħol Mistoqsija x'ħin jagħmlu dan ix-xogħol żejjed, il-parteċipanti wieġbu li l-maġġoranza ta' dawn id-dmirijiet żejda jagħmluhom fuq il-post tax-xogħol tagħhom matul il-ħinijiet tax-xogħol (83.7%). Għaldaqstant 65% qalu li jwettquhom id-dar barra l-ħin tax-xogħol u anke fi tmiem il- ġimgħa u/jew waqt il-vaganzi (58.7%). Madwar terz tal-parteċipanti (35%) wieġbu li jibqgħu fuq il- post tax-xogħol wara l-ħin tal- iskola. Dan filwaqt li kien hemm parteċipanti li ma eskludewx li jwettqu dmirijiet anke fil- ġranet meta jkunu morda, peress li jkunu l-unika persuna responsabbli mid-dmirijiet magħżula. Ftit aktar minn 67% wieġbu li jaħdmu bejn siegħa u 10 sigħat iktar fil-ġimgħa fuq dawn id- dmirijiet filwaqt li 7% wieġbu li jaħdmu iktar minn 10 sigħat fil- ġimgħa fuq dawn id-dmirijiet, b'3% minnhom jgħidu li jaħdmu iktar minn 20 siegħa żejda fil- ġimgħa. Edukatur li tkellem mal-MUT stqarr li bħala għalliem tal- midja, mistenni li jieħu ritratti ta' kull avveniment tal-iskola u anke vidjografija. L-istess imur għal għalliema oħra bħal dawk tal-mużika, drama, arti u aktar. "Dawn isiru 'volontarjament' iżda normalment issir pressjoni u ma titqiesx b'mod favorevoli jekk tirriuta," kompla jgħid fit-tweġiba tiegħu. Il-maġġoranza tal-għalliema jemmnu li ħafna minn dan ix- xogħol volontarju se jibda' jsir mandatorju Kważi nofs il-parteċipanti (47%) jaħsbu li dawn it-tip ta' dmirijiet se jsiru obbligatorji fis-snin li ġejjin. Min-naħa l-oħra, 40% jaħsbu li dawn id-dmirijiet kollha għandhom jibqgħu volontarji anke jekk hemm minnhom diġà mistennija mill-edukaturi. 54.7% innotaw żieda f 'dawn it- tip ta' dmirijiet, speċjalment wara l-pandemija, fejn id-dar saret il- post tax-xogħol. Fid-dawl ta' dawn l-aħħar risposti, l-MUT staqsiet lill- parteċipanti jekk jaqblux allura li dawn id-dmirijiet jiġux obligatorji u anke imħallsa għalihom. Ftit iktar minn 41% jaqblu li iva, 24% ma jaqblux, 23% qalu li "forsi" u 12% qalu li ma jafux. Fil- kummenti tagħhom, iddikjaraw li għalkemm kull skola titlob affarijiet different, xorta jemmnu li ċerti affarijiet jeħtieġ li jiġu miktuba iswed fuq abjad fid-deskrizzjoni tax-xogħol, irrispettivament jekk humiex imħallsin jew le. Fost eżempji tad-dmirijiet li jemmnu li għandhom jiġu obbligatorji u imħallsin, l-edukaturi semmew; Lezzjonijiet żejda, kull tip ta' xogħol amministrattiv u kull xogħol relatat mal-MATSEC, fost oħrajn. Hemm minn semma' wkoll li għandhom jiġu mħallsin tal-ikel u l-oġġetti li jixtru lit-tfal żvantaġġjati. 'Edukaturi li jagħmlu dan ix- xogħol żejjed huma preferuti minn dawk li jimpjegaw' Ftit aktar minn 40% qalu li nnotaw trattament privileġġ- jat fuq il-post tax-xogħol meta jwettqu dmirijiet b'mod volon- tarju. Mistoqsija x'hemm iwaqqa- om milli jagħmlu dmirijiet b'mod volontraju, 68% tal-eduka- turi wieġbu li fl-aħħar minn l-aħħar iħossu li xorta ma jkunux apprezati mill-impjegaturi u l-ġen- ituri. 65% innotaw li meta minn jimpjegahom jara li qed jagħmlu dan it-tip ta' xogħol ikompli jżidilhom aktar xogħol minflok jieħdu l-grazzi. 47% tal-għalliema jemmnu li x-xogħol li qed jagħmlu sal-lum u huwa volontarju se jibda' jsir mandatorju u 65% jgħidu li din it- tip ta' ħidma - barra l-ħin tax-xogħol - mhux apprezzat