Illum previous editions

ILLUM 17 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 • illum Minn Ottubru li ġej, in-Neptunes Waterpolo Club ser jibda jsaħħan il-pool ta' barra permezz ta' pompa ġdida li ser tiffranka lill-Club eluf ta' ewro u tnaqqas b'mod sinifikanti l-carbon footprint tiegħu. Dan l- investiment ta' €450,000 qed isir possibbli wara li l-Awtorità tal- Ippjanar (PA), permezz tal-Fond tal- Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF) tagħha qablet li tiffinanzja dan il-proġett. Bħala wieħed mill-pijunieri biex jippromwovi l-isport tal-għawm f 'Malta, matul is-snin il-Club investa b'mod sinifikanti fl-infrastruttura tiegħu biex jiżgura li jibqa' joffri lill-atleti tal-għawm ta' kull età l- opportunità li jtejbu l-potenzjal tagħhom fl-isport u jkollhom stil ta' ħajja ta' kwalità għolja. L-operat tal-pool bejn Ottubru u Mejju kien ta' sfida finanzjarja għall-Club. It- tmexxija tal-Club esplorat teknoloġiji ġodda biex issib soluzzjoni li tista' tkun ta' benefiċċju kemm finanzjarjament kif ukoll ambjentalment. Fil-verità, bl-installazzjoni tas-sistema l-ġdida tal-pompa mhux biss ser ikun hemm tnaqqis sostanzjali fl- emissjonijiet lokalizzati tal-boiler tal-gass eżistenti iżda t-tnaqqis ta' CO2 ser ikun ekwivalenti għal tħawwil ta' 15,000 siġra kull sena. L-applikazzjoni għall-finanzjament ġiet sottomessa flimkien mal-Kunsill Reġjonali tal-Lvant. Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif permezz ta' dawn il- fondi mill-Awtorità tal-Ippjanar se jkunu qed jintleħqu tlett miri importanti. L-ewwel li jissarrfu l-fondi li jinġabru mill-proċess tal-Ippjanar fi proġetti fil-qalba tal-komunitajiet u t-tieni, li tiżdied l- aċċessibbiltà għall-pubbliku ġenerali għal faċilitajiet sportivi fil-bliet u l-irħula. It-tielet mira hi li permezz ta' dan l-investiment, se tkompli tintleħaq l-effiċjenza enerġetika biex pajjiżna jkollu carbon- neutral economy billi jitnaqqsu l-emmissjonijiet tal-karbonju fl- arja. Il-Ministru Zrinzo Azzopardi kompla jgħid li jħares 'l quddiem "għal aktar proġetti bħal dawn biex ikomplu jibbenefikaw aktar lokalitajiet iżda fuq kollox nkomplu ninvesti fi proġetti favur l-ambjent sabiex jiġu appoġġjati l-impenn u l-isforzi ta' Malta fil-mitigazzjoni u l-addattament tat-tibdil fil-klima." Il-Perit Vincent Cassar, Chairperson tal- Kumitat tal-Fond qal li "l-PA hija kburija li hija assoċjata ma' dan il-proġett għax huwa investiment dirett fid-dixxiplina tal-isport u żżid in-numru ta' faċilitajiet tal- għawm matul ix-xhur tax-xitwa. Aktar importanti minn hekk, dan l-investiment qed jittrasforma l-mod kif nagħmlu l-isports u jpoġġi fuq quddiem l-impatt ambjentali tal-mod kif inħaddmu l-faċilitajiet tagħna." Il-Perit Cassar żied jgħid li "konxju mill- fatt li l-isport huwa katalist għal moħħ u ġisem aktar b'saħħtu, l-Awtorità fi tmiem is-sena li għaddiet neħħiet il-miżati kollha relatati ma' applikazzjonijiet ta' iżvilupp fuq proposti ta' proġetti sportivi infrastrutturali. Min-naħa tagħna, irridu nippromwovu l-introduzzjoni ta' faċilitajiet sportivi ġodda u l-aġġornament ta' dawk eżistenti." Dan mhux l-uniku proġett fil-qasam sportiv li l-Awtorità ffinanzjat permezz tal-Fond. Matul ix-xhur li għaddew, iffinanzjajna wkoll iċ-ċentru ġdid ta' €2.2 miljun tas-Sirens f 'San Pawl il-Baħar, li jinsab fl- aħħar stadji ta' tlestija tiegħu, kif estensjoni ta' żewġ sulari tal-klabb tat-tennis court fil-lokalità tas- Swieqi. L-estensjoni ser tipprovdi lil diversi organizzazzjonijiet sportivi bi spazju għall-uffiċċji u kmamar tal-laqgħat li huma tant meħtieġa għal taħriġ, seminars u lekċers. Il-President tan-Neptunes Matthew Bonello irringrazzja bis-sħiħ lill-Kunsill Reġjonali u lill-Awtorità tal-Ippjanar għall- appoġġ finanzjarju biex tittejjeb is-sistema tal-pool tal-klabb. Is-sistema l-ġdida ser tnaqqas b'mod sinifikanti l-ispejjeż operattivi li tippermetti lill-Club jinvesti aktar fl-atleti tiegħu kif ukoll f 'partijiet oħra tal-infrastruttura tal-Club. Is-sistema l-ġdida tal-pool, minbarra li hija aktar favur l-ambjent, hija wkoll mistennija li tkun aktar affidabbli mis-sistema eżistenti li taħdem bil-gass, li għandha t-tendenza li tieqaf pjuttost reqolari. Il-Fond jirċievi finanzjament minn sorsi differenti, bit-tariffi tal-parkeġġ fit-toroq huma l-aktar sinifikanti fosthom. L-idea hija li l-komunità trid tiġi kkumpensata għan-nuqqas ta' spazji ta' parkeġġ tal- karozzi li jkun jeħtieġ il-proġett. Il-qligħ mill-ippjanar ukoll jagħmel parti mill-Fond, fejn żviluppatur ta' żvilupp imdaqqas ġdid huwa mitlub jagħti kontribut finanzjarju għall-inkonvenjent ikkawżat fil- lokalità fejn iseħħ l-iżvilupp. Il-kontribuzzjonijiet kollha li jsiru lejn il-Fond jinżammu fil- lokalità fejn ikun ingħata l-iżvilupp. Matul l-aħħar ħames snin, il-Fond iffinanzja 'l fuq minn 170 proġett għall-ekwivalenti ta' €17.5 miljun. L-Awtorità tal-Ippjanar tiffinanzja sistema ġdida energy-efficient tal-pompa tal-pool tan-Neptunes Waterpolo Club

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2022